Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità għall-Integrità fl-Isports — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23430 u 23974 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22516, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija f'din il-kariga hijiex "politically-restricted" skont Skeda A tad-Direttiva 5 tas-Servizz Pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23779 u 23975 u ċjoè: Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Parkeġġar ta’ vetturi — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni tittieħed meta jsir rapport ta' karozza li tkun parkeġġata b'mod li tostakola l-ħruġ u d-dħul ta' garaxx? Jista’ jgħid ukoll jekk jiġix ikkuntattjat is-sid tal-vettura minflok jingħata ċitazzjoni jew tiġi rmunkata l-vettura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat f'każijiet riferuti mill-Onor. Interpellant tkun enforzata l-liġi primarjament dak provdut fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ngombru. Infurmat ukoll li meta jkun possibbli, is-sid tal-karozza jiġi kkuntattjat biex il-vettura titneħħa.

Parkeġġar ta’ vetturi — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni tittieħed meta jsir rapport ta' karozza li tkun parkeġġata f'parkeġġ li jkun tħallas il-permess għalih mal-Kunsill Lokali biex jitħalla vojt minħabba makkinarju, skip, jew raġuni oħra? Jista’ jgħid ukoll jekk jiġix ikkuntattjat is-sid tal-vettura minflok jingħata ċitazzjoni jew tiġi rmunkata l-vettura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat mill-Aġenzija LESA li, meta jasal tali rapport, l-ewwel issir verifika dwar il-validità tal-permess u t-tabelli mwaħħla, kif ukoll l-evidenza li t-tabella effettivament twaħħlet mill-inqas 48 siegħa qabel. Infurmat li volontarjament jsir tentattiv biex is-sid tal-vettura jiġi kkuntattjat. Infurmat li meta il-vettura ma titneħħiex, il-vettura tiġi rmunkata.

Tabelli ta' ‘no parking’

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li ċittadin privat ipoġġi tabella ta' ‘no parking’ ma' barrier żgħira, jew ma' pole, jew ma' xi xorta ta' tagħmir ieħor, barra fit-triq anke quddiem il-garaxx tiegħu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi policy li tagħti permess għal xi miżura bħal din anke f'każi eċċezzjonali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istanzi msemmija mhumiex permessi mill-Awtorità u m’hemmx policy li tippermetti tali permessi. Il-limitazzjonijiet għall-parkeġġ quddiem garaxxijiet jiġu evalwati u approvati biss skont il-parametri stabbiliti fil-Liġi Sussidjarja 65.11.

Użu ta’ bollards — Policies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'policies hemm rigward l-użu ta' bollards fit-triq, jew jekk hemmx bollards li jsiru biex jikkontrollaw u/jew iżommu milli jsir parkeġġar illegali jew li jimblokka d-dħul jew ħruġ minn xi garaxx jew daħla oħra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bollards fit-toroq jiġu approvati skont Sezzjoni 4.2 tal-policy dwar “Vehicle / Pedestrian Protective Measures and Other Furniture” li hija pubblika u li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra u dan sabiex jiġi żgurat id-delinjazzjoni tal-korsiji.

Ritratti u/jew filmati privati — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jinħarġu ċitazzjonijiet għal sewqan perikoluż, ipparkjar ħażin, jew ksur ieħor tar-regolamenti tas-sewqan, abbażi ta' ritratti u/jew filmati meħudin minn ċittadini privati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li filwaqt li dan hu possibli, ikun jeħtieġ ix-xhieda fil-Qrati.

L.S. 499.68 — Regolament 17 - Multi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn hawn operaturi li jeħlu multa amministrattiva ta' €100, filwaqt li oħrajn qed jeħlu multa ta' €500 minħabba ksur tar-Regolament 17 tar-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi, Liġi Sussidjarja 499.68? Jista' jispjega xi tkun id-differenza f'dawn l-istanzi meta jkun qed jinkiser l-istess regolament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ksur tar-regolament 17 tar-Regolamenti dwar Servizzi ta' Garr ta' Passiggieri b'vetturi żghar u servizzi ta' kiri ta' vetturi, liġi Sussidjarja 499.68 iwassal għall-multa ta' Eur500 skont kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — Teleworking policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex teleworking policy? Jekk iva, f'liema gradi tapplika u kemm hemm ħaddiema f'kull grad li jagħmlu użu minnha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għandha teleworking policy li jagħmlu użu minnha 65 impjegat fi gradi differenti tal-istess Awtorità.

CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment ġie jiswa x-xogħol kollu relatat ma' tender CT3180/2014?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution

Question

Jista' l-Ministru jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Awtorità għall-Integrità fl-Isports — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23430 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22516, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija f'din il-kariga hijiex "politically-restricted" skont Skeda A tad-Direttiva 5 tas-Servizz Pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23779 u ċjoè: Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

TCNs — Blue papers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu 'blue papers' lil third country nationals bħala cab drivers/xufiera mill-1 ta' Lulju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li statistika marbuta mal-impjiegi tinħareġ skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08). Din il-klassifika toħroġ mill-Kummissjoni Ewropea(2009/824/KE). Infurmat li n-numru ta' TCNs reġistrati ma Jobsplus fid-19 ta' Novembru 2024 huwa ta’ 3171 full time, 1056 part time għal total ta' 4227 u dan ikkumparat mat-30 ta’ Ġunju tas-sena 2024 li n-numru ta' TCNs reġistrati ma’ Jobsplus kien ta’ 4024 full time u 1233 part time għal total ta' 5257. Infurmat li bħal kull ħaddiem ieħor TCN, dawk li japplikaw għal change of employer, change of designation u renewal jiġu provduti interim receipt, li hija magħrufa bħala 'blue paper'. Din il-proċedura ilha fis-seħħ għal ħafna snin. Dan id-dokument ikun revokat meta tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

TCNs – Part-time Cab Drivers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati third country nationals bħala cab drivers fuq bażi part-time mill-1 ta' Lulju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23857.

Awtorità għall-Integrità fl-Isports — Impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22516, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija f'din il-kariga hijiex "politically-restricted" skont Skeda A tad-Direttiva 5 tas-Servizz Pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — Enforcement Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23263 fl-intier tagħha, u jagħti l-ammont ta' enforcement officers ingaġġati fil-perjodu indikat, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-ingaġġament tal-Enforcement Officers dejjem isir skont il-ħtieġa u abbażi tas-sejħiet li jinħarġu perjodikament. Għaldaqstant, nista’ nikkonfermalek li fl-2022 ġew ingaġġati 5 Enforcement Officers, fl-2023 ġie ngaġġat enforcement officer wieħed u sa Ottubru tal-2024 ġew ingaġġati 48 enforcement officer.

Raħal Ġdid — Triq is-Sultana - Xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23345 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22995, fejn ġie mwieġeb li ‘fit-triq imsemmija, l-ebda sistema ta’ rainwater run-off tal-bjut ma tqabdet mas-sistema tad-drenaġġ.’, u fid-dawl li ir-ritratti annessi juru li f’tal-inqas każ wieħed (minn diversi f'din it-triq) ir-rainwater run-off li qabel saru x-xogħlijiet fuq il-bankina kien jagħti għat-triq (kif mitlub bil-liġi); ġie mqabbad mas-sistema tad-drenaġġ mill-kuntrattur ingaġġat minn-Infrastructure Malta; jista’ allura l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar dawn il-konnessjonijiet illegali, u jara li x-xogħol jiġi spezzjonat sabiex ikun stabbilit kemm saru konnessjonijiet ta' dan it-tip mill-kuntrattur imqabbad?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-kuntrattur ingħata struzzjonijiet u bagħat rapport formali li jindika l-istat tax-xogħlijiet qabel skatta ix-xogħol meħtieġ, u kwalunkwe azzjoni meħuda. Il-ġimgħa li għaddiet, il-kuntrattur wettaq l-arranġamenti meħtieġa li permezz tagħhom il-pajp kellu jitnaqqas fid-daqs sabiex jinxtered l-ilma fil-livell tat-triq.

Każ ta’ individwu — Rifużjoni ta’ ħlas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx rifużi xi ħlasijiet, u jekk iva kemm kien l-ammont, mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, dan wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt ta' konsulenza tagħha mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport ta’ investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali mkien ma jirrakkomanda li għandha ssir tali rifużjoni kif lanqas qatt ma kien hemm xi rakkomandazzjoni simili mill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Każ ta’ individwu — Rifużjoni ta’ ħlas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx rifużi xi ħlasijiet, u jekk iva kemm kien l-ammont, mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (K/036) u ksur ta' erba' artikoli tal-Kodiċi tal-Etika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irrispetta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u laqa’ r-rakomandazzjonijiet tiegħu u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, li mkien ma qalu li għandu jkun hemm tali rifużjoni li allura ma hiex dovuta. Wieħed irid jirrimarka kif il-persuna inkwistjoni refgħat ir-responsabbilità politika għall-kuntrarju ta’ dak li ġara fl-2020 meta f’investigazzjoni simili fuq numru ta’ Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li fin-nuqqas ta’ ftehim mal-prinċipali tagħhom, l-assenteiżmu tagħhom fuq il-post tax-xogħol kien jikkostitwixxi abbuż mill-kariga ta’ Deputat Parlamentari u miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi.