Jista' l-Ministru jgħid kemm hu twil iż-żmien ta' stennija biex wieħed jitla' għall-eżami tas-sewqan minn meta jdaħħal l-applikazzjoni, maqsuma kategorija b'kategorija?
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li l-eżamijiet tal-liċenzja tas-sewqan ikunu standardised u li qed tinżamm l-istess riga mill-eżaminaturi kollha?
CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23895, 24170 u 24234 u jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet ġew iċċertifikati minn persuni kkwalifikati u esperti f’xogħolhom bħal Periti, Inġiniera, u Quality Surveyor fost l-oħrajn. Ġejt infurmat li l-Onorevoli Interpellant huwa rappreżentat ta’ waħda mill-kumpaniji li għamlet appell fuq dan it-tender. Kien ikun xieraq u etiku li, jekk dan huwa l-każ, l-Onor. Interpellant jiddikjara dan fid-domandi parlamentari li qed jagħmel f’din l-istituzzjoni.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Light Passenger Transport Services, matul l-2023 u l-2024, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom kienu barranin?
Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni
Question
Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23779, 23975 u 24172 u ċjoè: Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21224, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoe f'kull każ jgħid fiex kienet tikkonsisti kull parti tax-xogħol, min għamel ix-xogħol u kull parti minn dan ix-xogħol ingħatatx b'direct order, quotation, tender jew mod ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20715 u 21224.
Awtorità tal-Ippjanar – Enforcement Unit — Ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista' ta' lmenti li saru mal-Enforcement Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadhom mhux solvuti, maqsuma lokalità b’lokalità u ilhom miftuħin:
i. aktar minn ħames snin;
ii. bejn sentejn u ħames snin; u
iii. inqas minn sentejn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
LPTS (Y-plates) — Public Service Garage - Applikazzjonijiet
Question
Peress li l-Avviż Legali 269 tal-2024, Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi, jgħid li operaturi ta' LPTS (Y-plates) li għandhom minn 5 vetturi 'l fuq, kellhom sat-18 ta' Diċembru tal-2024 sabiex jippreżentaw applikazzjoni għal Public Service Garage, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-operaturi kollha li ma kinux konformi ma' dan ir-rekwiżit, inkluż kemm għandu karozzi l-operatur, u meta ġiet sospiża jew revokata l-liċenzja tal-operatur?
Fid-dawl li l-Artiklu 29, (2)(g) tal-Liġi Sussidjarja 441.07 jgħid "huwa projbit l-użu u l-provvediment ta’ utilitajiet pubbliċi lil bejjiegħa fit-triq li jbiegħu minn imkien fiss (street-hawkers)”, tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Enemalta ppermettiet u installat għexieren ta' metres temporanji madwar Malta u Għawdex, kollha lil diversi bejjiegħa ta' dan it-tip?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-professjonisti tal-Allied Health Services għadhom mingħajr l-uniformi? Jista' jgħid ukoll meta huwa ppjanat li jaslu l-uniformijiet għall-istaff kollu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kunsinja tal-uniformi waslet Malta u se tibda tiġi mqassma fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-istaff tal-Allied Health Services għadhom ma ngħatawx djarju għas-sena 2025 biex ikunu jistgħu jippjanaw u jiktbu l-appuntamenti tal-pazjenti għal Jannar 2025 'il quddiem?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsba infurmat li s-CPSU irċiviet appell fit-2 ta’ Diċembru 2024 u għaldaqstant il-proċess ta’ sejħa kellu jiġi sospiż sakemm jinstema' quddiem il-Public Contracts Review Board (PCRB). Il-każ se jinstema’ fis-16 ta’ Jannar.
CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23895 u 24170 u jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23430, 23974 u 24171 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22516, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija f'din il-kariga hijiex "politically-restricted" skont Skeda A tad-Direttiva 5 tas-Servizz Pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li kull impjegat jimxi skont id-Direttivi maħruġa mis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art fejn twaħħlet katina (hekk kif jidher fir-ritratt anness) li tinsab fl-inħawi ta’ Ħas-Saptan, fil-limiti tal-Gudja u Ħal Għaxaq fejn indikat fil-link li qed tingħata separatament, ingħatatx lil xi entità privata jew għadhiex art pubblika?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-art fejn twaħħlet il-katina hija art tal-Gvern mikrija lil terzi bi qbiela.
CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23895 u jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.