Legislature:
Category:
Reset
Active:

LPTS (Y-plates) — Public Service Garage - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24488 u 24665 u ċjoè: Peress li l-Avviż Legali 269 tal-2024, Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi, jgħid li operaturi ta' LPTS (Y-plates) li għandhom minn 5 vetturi 'l fuq, kellhom sat-18 ta' Diċembru tal-2024 sabiex jippreżentaw applikazzjoni għal Public Service Garage, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-operaturi kollha li ma kinux konformi ma' dan ir-rekwiżit, inkluż kemm għandu karozzi l-operatur, u meta ġiet sospiża jew revokata l-liċenzja tal-operatur?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi l-operaturi ta’ servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar li għandhom 5 vetturi jew aktar li ma ottemporawx ruħhom mar-rekwiżit indikat, in-numru ta’ vetturi abbinati ma’ kull operatur, u meta ġiet sospiża l-liċenzja tagħhom.

50 Sena Indipendenza — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24256 u 24667 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-Indipendenza, inkluż fir-reklamar?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement Unit - Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24429 u 24666 u jipprovdi lista' ta' lmenti li saru mal-Enforcement Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadhom mhux solvuti, maqsuma lokalità b’lokalità u ilhom miftuħin: i. aktar minn ħames snin; ii. bejn sentejn u ħames snin; u iii. inqas minn sentejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xufiera — tags

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Coaches (D), matul l-2018 u l-2024, maqsuma sena b'sena u fit-tabella jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom kienu barranin?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Eżaminaturi tal-liċenzji tas-sewqan — Rekwiżiti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24571 u jgħid x'inhuma r-rekwiżiti mitluba biex persuna tkun eżaminatur tal-liċenzji tas-sewqan, għal kull kategorija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikanti eliġibbli, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, irid ikollhom fil-pussess tagħhom: § Livell ta’ edukazzjoni MQF Livell 3 li huwa ekwivalenti f’suġġetti relatati fl-irwol ta’ driving examiner per eżempju (amministrazzjoni, inġinerija, manaġerjali, IT, psikoloġija u sapport lill-klijent) § Mill-inqas tlieta u għoxrin sena eta’ § Ikun f’pussess ta’ liċenzja tas-sewqan nadifa, f’kategorija B (Karozzi) għal dawn l-aħħar tliet snin § Kondotta tal-pulizija nadifa § Liċenzja tas-sewqan nadifa § Medikament tajjeb għax-xogħol § M’għandux kunflitt ta’ interess ma’ skejjel kummerċjali tas-sewqan u għalliema.

Skejjel tas-sewqan — Seminars jew laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 24572 u jgħid jekk sarux seminars jew laqgħat għall-instructors jew skejjel tas-sewqan mill-2011 'l hawn dwar x'inhu mistenni minnhom meta l-istudenti jitilgħu għall-eżami tal-liċenzja? Jekk iva, jista' jgħid meta u fejn saru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta organizzat diversi seminars għall-instructors tas-sewqan sabiex jiġu diskussi l-aspettattivi tagħhom u r-rekwiżiti relatati mal-eżamijiet tal-liċenzja tas-sewqan. Dawn is-seminars saru fl-2023 u ġew organizzati fi gruppi żgħar sabiex il-lettur seta’ jiffoka aħjar fuq kull parteċipant u jinħoloq spazju għal skambju ta’ idejat u diskussjoni effettiva. L-għan ta’ dawn is-seminars kien li nkomplu ntejjbu l-istandards tas-servizz mogħti lill-istudenti u nsaħħu l-komunikazzjoni bejn l-instructors u l-Awtorita’.

Eżaminaturi tal-liċenzji tas-sewqan — Linji gwida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24573 u jgħid meta l-aħħar li ħarġu linji gwida dwar l-eżamijiet tal-liċenzji tas-sewqan għal kull kategorija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Awtorità għat-Trasport f’Malta qegħdha taħdem fuq emendi u aġġornament tal-Proċeduri Operattivi (Standard Operating Procedures) relatati mat-test tal-prattika sabiex tottjeti l-liċenzji tas-sewqan għal kull katergorija. L-għan ta’ dan l-aġġornament huwa li jiġu indirizzati b’mod ħolistiku l-ħtiġijiet tal-instructors tas-sewqan, tal-eżaminaturi u tal-kandidati, sabiex jiġi ¿gurat li kull azzjoni tkun trasparenti, ġusta u konformi mal-ogħla standards professjonali. Dan il-proċess qed isir b’mod metikoluż, fejn qed naraw li jiġu integrati prattiċi moderni li jkunu addattati għar-realtajiet tal-lum.

Eżami tas-sewqan — Żmien ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24574 u jgħid kemm hu twil iż-żmien ta' stennija biex wieħed jitla' għall-eżami tas-sewqan minn meta jdaħħal l-applikazzjoni, maqsuma kategorija b'kategorija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija huwa bejn xahrejn u erba’ xhur.

Eżamijiet tal-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24575 u jgħid min hu responsabbli li jara li l-eżamijiet tal-liċenzja tas-sewqan ikunu standardised u li qed tinżamm l-istess riga mill-eżaminaturi kollha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lis-standards tal-eżamijiet tal-liċenzja tas-sewqan hija prijorità ewlenija għall-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta. L-eżaminaturi qed isegwu l-Proċeduri Operattivi (Standard Operating Procedures) attwali, li bħalissa qed jiġu riveduti u aġġornati sabiex ikunu riflessjoni aħjar tar-realtajiet u l-ħtiġijiet tal-lum. Dan il-proċess ta’ aġġornament qed isir bil-għan li jiġu stabbiliti kriterji aktar ċari, trasparenti u uniformi, sabiex jiġi żgurat li l-eżamijiet jitmexxew b’mod konsistenti u ġust għal kulħadd.

50 sena Repubblika — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24255 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sinjali tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex l-awtoritajiet responsabbli jżommu s-sinjali tat-traffiku f’qagħda tajba? Jista’ jara wkoll li partikolarment is-sinjali fir-ritratti annessi, li qegħdin proprju qrib iċ-Ċentru tat-Test tas-Sewqan fil-Furjana, jinżammu f’qagħda diċenti, hekk kif numru ta’ studenti qed jeħlu mit-test għax ma jimxux ma’ sinjali li lanqas biss jidhru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nara li tittieħed azzjoni.

Enemalta — Street hawkers

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24202 u ċjoè: Fid-dawl li l-Artiklu 29, (2)(g) tal-Liġi Sussidjarja 441.07 jgħid "huwa projbit l-użu u l-provvediment ta’ utilitajiet pubbliċi lil bejjiegħa fit-triq li jbiegħu minn imkien fiss (street-hawkers)”, tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Enemalta ppermettiet u installat għexieren ta' metres temporanji madwar Malta u Għawdex, kollha lil diversi bejjiegħa ta' dan it-tip?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-prassi tal-Enemalta, tal-inqas sa mill-1990, kienet li tippermetti installazzjonijiet temporanji għall-provvista tal-elettriku għall-kiosks. Il-liġi li fil-preżent tirregola l-installazzjonijiet temporanji, jiġifieri r-Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku (L.S. 545.41) tippermetti installazzjonijiet temporanji għal “unitajiet mobbli fuq barra” u d-drittijiet li jitħallsu għal installazzjonijiet temporanji huma maqsumin fi tliet kategoriji: boathouses, siti ta’ kostruzzjoni u oħrajn. Il-ħsieb tal-Enemalta wara l-provvista tal-elettriku b’installazzjoni temporanja hu li jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti li jgħixu fil-viċinanzi.

LPTS (Y-plates) — Public Service Garage - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24488 u ċjoè: Peress li l-Avviż Legali 269 tal-2024, Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi, jgħid li operaturi ta' LPTS (Y-plates) li għandhom minn 5 vetturi 'l fuq, kellhom sat-18 ta' Diċembru tal-2024 sabiex jippreżentaw applikazzjoni għal Public Service Garage, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-operaturi kollha li ma kinux konformi ma' dan ir-rekwiżit, inkluż kemm għandu karozzi l-operatur, u meta ġiet sospiża jew revokata l-liċenzja tal-operatur?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement Unit - Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24429 u jipprovdi lista' ta' lmenti li saru mal-Enforcement Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadhom mhux solvuti, maqsuma lokalità b’lokalità u ilhom miftuħin: i. aktar minn ħames snin; ii. bejn sentejn u ħames snin; u iii. inqas minn sentejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23779, 23975, 24172 u 24236 ċjoè: Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.. Interpellant li dalwaqt jiġi ppubblikat.

Light Passenger Transport Services — Tags maħruġa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24489 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Light Passenger Transport Services, matul l-2023 u l-2024, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom kienu barranin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi kemm ħarġu permessi ta’ xufier, tags, għal xufiera ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar matul l-2024, minn meta ġie mwaqqaf dan il-Ministeru, maqsuma xahar b’xahar, u kemm minnhom għandhom karta tal-identità Maltija (li tispiċċa bl-ittra M, L, G u H), u kemm minnhom għandhom dokumenti ta’ residenza (li tispiċċa bl-ittra A u F).

Skejjel tas-sewqan — Seminars jew laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux seminars jew laqgħat għall-instructors jew skejjel tas-sewqan mill-2011 'l hawn dwar x'inhu mistenni minnhom meta l-istudenti jitilgħu għall-eżami tal-liċenzja? Jekk iva, jista' jgħid meta u fejn saru?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.