Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex illegali li jitpoġġa żgombru fit-toroq li jimblokka l-passaġġ ta' karozzi, inkluż pjanti li jitqiegħdu f'passaġġi u/jew toroq pubbliċi? F'każ li iva, jista' jgħid jekk hijiex responsabbilità tal-Pulizija li tali żgombru illegali jitneħħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant huwa regolat skont il-provedimenti tal-Artiklu 3(1) tal-Liġi Sussidjarja 65.13.
Transport Malta — Persuni ingaġġati fi gradi maniġerjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25385 u jgħid kemm hemm persuni ingaġġati ma' Transport Malta fi gradi maniġerjali (minn Assistant Manager 'il fuq), jew ingaġġati bħala persuni ta' fiduċja (persons of trust), li ġew minn Identità Malta jew minn aġenzija u/jew awtoritajiet oħra tal-Gvern, u jgħid kemm hemm li ġew minn kull aġenzija f'kull grad minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 kien hemm total ta’ 17-il persuna minn 6 entitajiet/awtoritajiet/aġenziji li ġew ingaġġati ma’ Transport Malta fi gradi maniġerjali (minn Assistant Manager ’il fuq).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25387 u jippubblika tabella li turi l-kawżi tal-imwiet f'Malta għas-snin 2023 u 2024, bl-istess format li ntuża fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16663? Jista’ bl-istess mod il-kawżi tal-mewt juru speċifikament dawk kawżati minn inċidenti tat-traffiku, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, omiċidji, suwiċidji, u kawżi oħra li jidhirlu li huma pertinenti, filwaqt li l-imwiet minn kawżi naturali juru kemm kienu dawk kawżati minn attakki tal-qalb, dijabete, kanċer, u mard jew kundizzjonijiet oħra li jidhirlu għandhom ikunu inklużi? Jista' wkoll jissepara din l-informazzjoni skont firxa ta' etajiet kif sar fil-mistoqsija indikata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25425 rigward is-CEO jew Executive Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u peress li l-isem indikat fl-istess tweġiba ma jaqbilx mal-isem li jidher fid-direttorju tal-emails tal-Gvern stess kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx żball fid-direttorju jew fit-tweġiba tal-mistoqsija oriġinali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ħadtx żball fit-tweġiba tiegħi għaliex sal-lum iċ-chairperson tal-MCCAA hija l-Ing. Helga Pizzuto. Fl-aħħar ta' Jannar is-Sinjura Carmen Ciantar ġiet maħtura CEO u fil-frattemp il-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi irċieva n-nomina tagħha għall-ħatra ta' Chairperson tal-istess Awtorità.
Transport Malta — Persuni ingaġġati fi gradi maniġerjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ingaġġati ma' Transport Malta fi gradi maniġerjali (minn Assistant Manager 'il fuq), jew ingaġġati bħala persuni ta' fiduċja (persons of trust), li ġew minn Identità Malta jew minn aġenzija u/jew awtoritajiet oħra tal-Gvern, u jgħid kemm hemm li ġew minn kull aġenzija f'kull grad minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Quality Assessment jew Testing — Kwalità tal-cables
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk isirx xi forma ta' Quality Assessment jew Testing biex tiġi żgurata l-kwalità ta' cables li jiġu fornuti lill-Enemalta għal-linji tat-33kV u tal-11kV?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull tip ta’ tagħmir li jinxtara mill-Enemalta jintalbu ‘factory acceptance tests’ biex jiġi żgurat li dak li ntalab fl-offerta ikun verifikat. Ladarba t-tagħmir jasal Malta, apparti li jintalbu ċ-ċertifikati neċessarji jsiru testijiet biex ikun żgurat li dak li jkun speċifikat fl-offerta huwa dak li wasal għand l-Enemalta.
Jista' l-Ministru jippubblika tabella li turi l-kawżi tal-imwiet f'Malta għas-snin 2023 u 2024, bl-istess format li ntuża fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16663? Jista’ bl-istess mod il-kawżi tal-mewt juru speċifikament dawk kawżati minn inċidenti tat-traffiku, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, omiċidji, suwiċidji, u kawżi oħra li jidhirlu li huma pertinenti, filwaqt li l-imwiet minn kawżi naturali juru kemm kienu dawk kawżati minn attakki tal-qalb, dijabete, kanċer, u mard jew kundizzjonijiet oħra li jidhirlu għandhom ikunu inklużi? Jista' wkoll jissepara din l-informazzjoni skont firxa ta' etajiet kif sar fil-mistoqsija indikata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu s-CEO jew Executive Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u jqiegħed il-kuntratt tiegħu/tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa ċ-Chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hija l-Ing. Helga Pizzuto.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi fejn persuni li jġeddu l-liċenzja tas-sewqan ma taslilhomx bil-posta, u jkollhom jerġgħu japplikaw għal oħra, bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm tintalab tħallas persuna biex tinħarġilha oħra f'każi bħal dawn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-5 ta’ Frar 2025, total ta’ 319 individwu ddikjaraw li ma rċevewx il-kontroparti u/jew il-photo card tal-liċenzja tas-sewqan bil-posta.
Dawn kollha reġgħu inħarġu d-dokumenti tagħhom mingħajr ħlas skont il-proċedura li l-Awtorità għandha fis-seħħ, li tippermetti dan sakemm tiġi ssottomessa dikjarazzjoni (DRV011) li tintuża speċifikament f’ dal-każijiet fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-ħruġ tal-istess liċenzja.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kundizzjonijiet biex bejjiegħa fit-toroq (street hawkers) iwettqu attività kummerċjali huma dawk imniżżla fis-sit https://commerce.gov.mt/direttorat-tas-servizzi-u-l-progetti-relattati-mal-kummerc/bejjiegha-fit-toroq/ u li allura jinkludu wkoll il-kundizzjoni li hu projbit l-użu u l-provvista ta' utilitajiet pubbliċi biex wieħed jopera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-bejjiegħa fit-toroq (street hawkers) joperaw skont il-liġi Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24256, 24667, 24911 u 25160 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-Indipendenza, inkluż fir-reklamar?
Response (ABELA, ROBERT)
Malta fakkret -il 50 sena mill-kisba tal-Indipendenza fl-2014. Sabiex kif inhu xieraq ikun imfakkar dan l-anniversarju importanti, il-Gvern ta’ Malta tella spettaklu multimedjali fil-Port il-Kbir li inkluda numru ta’ attivitajiet, attrazzjonijiet u arti f’forom diversi. Filfatt dan l-ispettaklu inkluda spettaklu fl-ajru permezz ta’ ħelikopters, piroteknika, wirjiet ta’ żfin, projetzzjonijiet viżivi fuq is-swar, show tad-dawl, prestazzjonijiet mużikali ta’ ġeneri varji u anke dgħajjes tal-pass fost l-oħrajn.
Inżid infakkar li għal dan l-anniversarju kien preżenti wkoll id-Duka ta’ Cambridge li fuq xewqa tal-Gvern Malti, matul iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, kellu l-opportunità li jiltaqa’ mill-qrib kemm jista’ jkun man-nies. Filfatt, fl-istess serata li matulha ttella l-ispettaklu, id-Duka ta’ Cambridge kellu l-opportunità li jiltaqa ma’ attivisti fil-qasam tal-volontarjat, fosthom fil-qasam tad-diżabilità, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+, fil-qasam tal-ħarsien mill-vjolenza domestika, fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kanċer, fil-qasam taż-żgħażagħ u fil-kamp edukattiv.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li li n-nefqa globali fuq iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati biex ifakkru il-50 anniversarju ta’ Malta Indipendenti kienet tammonta għal €798,067.80.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24670 u 25115 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-eżami tat-teorija tas-sewqan jingħatax appuntament, jew jekk il-kandidat jintalabx imur fi kwalunkwe ħin u jistenna fil-kju skont il-ħtieġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta il-kandidati jistgħu imorru ċ-ċentru tat-test tat-teorija u jagħmlu t-test direttament. Barra minn hekk, minn Marzu li ġej, il-kandidati se jkolhom l-għażla li jibbukkjaw it-test tat-teorija minn qabel, minbarra l-possibbiltà li jmorru direttament fiċ-ċentru.
Fir-rigward ta’ Għawdex, il-kandidati jistgħu jew imorru ċ-ċentru direttament jew jibbukkjaw it-test minn qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fiċ-ċentru fejn isiru l-eżamijiet tat-teorija tas-sewqan, ikunx hemm kju komuni kemm għal min jagħmel l-eżami għal liċenzja ġdida u kemm għal min jagħmel "safety awareness test" minħabba l-punti ta' penali fuq il-liċenzja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi normalment ma jkunx hemm kju sabiex kandidat jagħmel it-test tat-teorija tal-liċenzji u/jew it-test tas-Safety Awareness. Bħala medja, il-klijenti jdumu madwar 10 minuti jistennew sakemm titlesta r-reġistrazzjoni mill-uffiċċju amministrattiv tat-teorija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24670 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern ta’ Malta fakkar -il 50 anniversarju ta’ Malta billi organizza diversi avvenimenti kommemorattivi. Il-FĊN mmirat li ssawwar legat li jdur madwar il-ġenerazzjonijiet, li juri r-reżiljenza ta’ Malta, id-diversitá kulturali, u r-rikkezza storika.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kienu jinkludu avveniment nazzjonali li kien organizzat fuq tlett ijiem fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta u li għalih il-pubbliku attenda bi ħġaru tant li ġejt infurmat li b’kollox attendew aktar minn 5,400 persuna fl-enclousre. Is-serata f’Jum ir-Repubblika kienet imxandra fuq l-istazzjonijiet tat-TV lokali.
Apparti dan saru attivitajiet u inizjattivi oħra fosthom produzzjoni ta’ kanzunetta ġdida “Qalb tad-Deheb” li rat is-sehem ta’ numru ta’ artisti lokali. Din il-kanzunetta tagħmel parti minn proġett Republikgħana – show teatrali li bħalissa qiegħed jittella fi skejjel diversi f’Malta u Għawdex. Mużika u Muturi Bike Ride, Publikazzjonijiet b’rabta mal-50 anniversarju tar-Repubblika ta’ Malta, Attivitajiet ta’ ġeneru Jazz, Dokumentarju li se jintwera fuq it-televiżjoni, show għat-tfal li se jixxandar fuq it-televiżjoni.
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 24119 fejn spjegajt illi n-nefqa fir-rigward ta’ twassil tal- informazzjoni dwar l-avvenimenti fi Pjazza San Ġorġ li mmarkaw dan l-anniversarju kienet parti mid-Design Contest li nħareġ mill-FĊN, skont il-proċedura uffiċjali li għaddiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti, ninsab infurmat li n-nefqa globali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika tammonta għal €2,365,453.24.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24759 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Coaches (D), matul l-2018 u l-2024, maqsuma sena b'sena u fit-tabella jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ tags tat-tip D maħruġa għal xufiera tal-Coaches kif ukoll xufiera ta’ Tal-Linja, bejn l-2018 u l-2024 huwa kif indikat fit-tabella.
Sena
Maltin
Barrani
Total
2018
394
394
788
2019
109
312
421
2020
68
159
227
2021
96
59
155
2022
92
212
304
2023
90
548
638
2024
75
705
780
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25079 u jgħid kemm huwa mistenni li jdum eżami tal-prattika biex tikseb liċenzja tas-sewqan, f'kull kategorija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-test tal-prattika għandu jkollu ħin biżżejjed sabiex l-eżaminatur ikun jista’ jara l-abbiltà tal-istudent waqt li jkun qed jagħmel it-test.
Il-ħin minimu li għandu jagħmel student waqt it-test tas-sewqan fit-triq huwa ta’ 25 minuta għall-kategoriji A u B, u ħin minimu ta’ mhux inqas minn 45 minuta għall-kategoriji l-oħra, skont kif stipulat fil-Liġi Sussidjarja 65.18.
Transport Malta talloka ħin adegwat barra l-ħin stipulat fil-liġi, sabiex l-eżaminatur ikollu ċ-ċans li jilqa’ lill-istudent, issir preparazzjoni għat-test kif ukoll tingħata spjega mill-eżaminatur wara li jispiċċa t-test tas-sewqan.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24256, 24667 u 24911 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-Indipendenza, inkluż fir-reklamar?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24670 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24669, jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2023 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Light Passenger Transport Services fl-2023, maqsuma xahar b'xahar, filwaqt li jgħid kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ tags għal xufiera ta’ ġarr ta’ passiġġieri fl-2024, kien inqas minn nofs ta’ dak li nħareġ fl-2023. Fil-fatt, jien infurmat li filwaqt li fl-2023 ħarġu 3071 tag, (869 għal xufiera Maltin) fl-2024 l-ammont totali kien ta’ 1188 (296 għal xufiera Maltin). Wieħed irid iħares ukoll lejn in-numru reali ta’ tags li qegħdin jintużaw, b'permess tax-xogħol biex jaħdmu fil-qasam, u mhux biss lejn in-numru ta' tags maħruġa. L-ammont ta’ persuni barranin jinkludi wkoll persuni mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li kif jaf l-Onorevoli Interpellant igawdu mid-dritt tal-moviment ħieles.