Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sleep apnea — Magni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29066 u jgħid kemm hawn magni tal-isleep apnea għand pazjenti? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma proprjetà tal-isptar u kemm minnhom huma mikrija mingħand kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 152 pazjent li għandhom il-magna tal-Sleep Apnea mikrija mill-isptar.

Sleep apnea — Pazjenti li qed jistennew magna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29067 u jgħid kemm hawn pazjenti li qed jistennew magna tal-isleep apnea?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hawn 51 pazjent jistennew biex jingħataw l-magna. Ħafna minn dawn diġà għandhom appuntament biex jiġbruha.

Sleep apnea — Xiri tal-magni mill-privat - Refund

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29068 u jgħid kemm hawn pazjenti li kellhom jixtru magna tal-isleep apnea mill-privat u li qed jistennew li jieħdu refund mis-servizz tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — Kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy" ikunu inklużi fil-Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali u jekk iva, meta hu ppjanat li dan isir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ W261.

Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — Kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy" ikunu inklużi fil-Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali u jekk iva, meta hu ppjanat li dan isir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Gudja — Triq Victor Pasmore - Miżiri biex jitneħħa l-periklu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28728, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jittieħdu miżuri ulterjuri rigward il-periklu tal-ħajt fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja (ritratti annessi), hekk kif il-miżuri li ttieħdu ma jidhirx li saru skont kif kien indikat fl-istess tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-miżuri kif oriġinarjament ġew indikati fit-tweġiba parlamentari 28728, kienu saru u minn indaġini tal-Pulizija, jidher li b’xi mod dawn tneħħew. Għaldaqstant dawn reġgħu saru fl-10 ta’ Ġunju. Ninsab infurmat li jidher li ġew ikkunsidrati possibbilitajiet ta’ miżuri oħra, pero minħabba li triq fejn tinstab il-binja inkwistjoni hi relattivament dejqa, ma jidhirx li dan jista’ jsir mingħajr ma jinħoloq aktar inkonvenjent u periklu għal min jagħmel użu tat-triq inkwistjoni, inkluż ir-residenti. Sadanittant, infurmat ukoll li tkompla l-kuntatt ma' wieħed mis-sidien aktar kmieni din il-ġimgħa u fil-jiem li ġejjin ser tiġi preżentata ‘intimation form’ bi struzzjonijiet neċessarji, lis-sidien kollha tal-lok inkwistjoni, biex isir ix-xogħol u jitneħħa l-periklu. Il-pulizija ser tibqa’ ssegwi dan il-każ.

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28530, 28731 u 28938 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28280, jista’ jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward tar-rotta numru 88 mill-Belt Valletta għall-Gudja u viċi-versa, mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ April 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi, il-ħin medju tat-traġitt bejn il-Belt Valletta u l-Gudja kien ta’ 43 minuta, u bejn il-Gudja u l-Belt Valletta kien ta’ 42 minuta.

Light Passenger Transport System (LPTS) — Sillabu għall-eżamijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22489, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sillabu għall-eżamijiet li qed isiru biex xufier iġib tag biex isuq karozza ta’ servizz għal passiġġieri (LPTS) li tipprepara l-Awtorità, huwiex aċċessibbli, u jekk iva, fejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sillabu indikat jinsab fit-tielet skeda tar-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi (L.S.499.68).

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28530 u 28731 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28280, jista’ jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward tar-rotta numru 88 mill-Belt Valletta għall-Gudja u viċi-versa, mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ April 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Parkeġġ riservat personalizzat — Kundizzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 28784 li orġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid jekk kundizzjonijiet bħal Multiple Sclerosis u/jew Fibromyalgia humiex meqjusa bħala kundizzjonijiet li jikkawżaw problemi ta’ mobilità li jwasslu biex persuna tista’ tikkwalifika għal parkeġġ riservat personalizzat?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assessjar mediku jsir fuq kemm il-kundizzjoni timpatta n-nuqqas ta’ mobilità. Il-kriterji tal-eliġibilità jinsabu fl-Avviż Legali 113 tal-2024.

Parkeġġ riservat personalizzat — Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28784 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk kundizzjonijiet bħal Multiple Sclerosis u/jew Fibromyalgia humiex meqjusa bħala kundizzjonijiet li jikkawżaw problemi ta’ mobilità li jwasslu biex persuna tista’ tikkwalifika għal parkeġġ riservat personalizzat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28939.

Il-Gudja – Ġnien Raymond Caruana — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa x-xogħol li qed isir fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja mistenni jiġi jiswa madwar €278,000 (VAT inkluż) u huwa ppjanat li jkun lest fix-xhur li ġejjin.

Il-Gudja – Triq Victor Pasmore

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid min hu responsabbli biex jara li l-kamra fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja (ritratti u lokazzjoni annessi), ma tibqax ta’ periklu għad-diversi persuni u tfal li jgħaddu jimxu f’din it-triq hekk kif il-ġebel qed jaqa’ fit-triq u jidher li hemm periklu li tiġġarraf kollha kemm hi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ħadet l-azzjonijiet kollha meħtieġa skont il-liġi anke flimkien ma entitajiet oħra tal-istat. Il-Perit tal-Gvern responsabbli li jirrapporta dwar tali strutturi lesta r-rapport tiegħu u madwarha tpoġġew tabelli li jindikaw periklu, biex sar kurdun fl-istess post. Wieħed mis-sidien tal-post kien identifikat u ngħata struzzjonijiet biex jikkordina mas-sidien l-oħra biex jitneħħa l-periklu. Il-Pulizija qegħda tkompli ssegwi biex tara li dan l-obbligu jinżamm.

Il-Gudja — Triq Victor Pasmore

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid min hu responsabbli biex jara li l-kamra fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja (ritratti u lokazzjoni annessi), ma tibqax ta’ periklu għad-diversi persuni u tfal li jgħaddu jimxu f’din it-triq hekk kif il-ġebel qed jaqa’ fit-triq u jidher li hemm periklu li tiġġarraf kollha kemm hi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28728.