Tista’ l-Ministru tgħid fejn huwa obbligatorju li jiġu installati Vapour Recovery Systems f’żoni ta’ refuelling jew ħażna ta’ fuels? Tista’ tgħid ukoll jekk ħażniet ta’ fuels fl-Ajruport humiex koperti minn dan l-obbligu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-obbligu li jiġu installati Vapour Recovery Systems f’żoni ta’ refuelling jew ħażna ta’ fuels jgħodd biss fejn hemm ġarr jew ħażna ta’ petrol bħal fil-każijiet ta’ bowsers, petrol stations u terminals li huma koperti mir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Emissjonijiet ta’ Komposti Organiċi Volatili - KOV (Ħażna u Distribuzzjoni ta’ Petrol mit-Terminals lejn Stazzjonijiet tal-Petrol), A.L. 549.52.
Għaldaqstant, minħabba li skont l-informazzjoni disponibbli, ma jiġix ġestit petrol fis-sit tal-ajruport, m’hemmx dan l-obbligu. Minkejja dan, rigward il-ħażna fit-tankijiet, fl-ajruport, il-kumpanija Enemed investiet f’charcoal activated filters li ġew installati fuq nett ta’ kull tank biex l-arja li toħroġ mit-tankijiet waqt li jkunu qed jimtlew tiġi ppurifikata.
Transport Malta — Vehicle Inspectorate Office - Spezzjonijiet ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew spezzjonati vetturi kull xahar mill-Vehicle Inspectorate Office ta’ Transport Malta ai termini ta’ Regolament 120 tar-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.11), bejn Jannar 2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispezzjonijiet (kemm vetturi intalbu jagħmlu tiswijiet, kemm vetturi ġew irtirati mit-toroq, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew spezzjonati total ta’ 18,945 vettura bejn Jannar 2022 u nofs Lulju 2025. Minn dawn l-ispezzjonijiet kien hemm 8,185 vettura intalbu jagħmlu tiswijiet. It-total ta’ vetturi li ġew irtirati mit-toroq kien ta’ 424.
Raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu — Ex-gratia payments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati ex-gratia payments kull sena lil raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu fil-perjodu bejn l-2021 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm-il raħħal ibbenefika minn dawn il-fondi f’kull sena msemmija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġew allokati ebda ex-gratia payments lil raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu mis-sena 2021 sal-lum. Għajnuniet finanzjarji lir-raħħala li sofrew telf ikkaġunat minn mard, ingħataw permezz ta’ skemi ibbażati fuq liġijiet Ewropej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29692, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk li xtraw magna tal-isleep apnea mill-privat għax l-isptar ma kellux disponibbli, humiex ser ikunu qed jikkwalifikaw għal xi forma ta’ rifużjoni ta’ din in-nefqa mis-servizz tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26428.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29739 u jgħid kemm ġew iċċekkjati vetturi sabiex jiġi stabbilit humiex mgħobbija żżejjed, u kemm ħarġu multi f’dan ir-rigward, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2022 sa nofs din is-sena ġew iċċekkjati 3021 vettura sabiex jiġi stabbilit humiex mgħobbija żżejjed. Kważi 82% għaddew mit-test filwaqt li l-kumplament ingħataw ċitazzjoni jew twissija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29741 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lil trakkijiet li jkollhom tagħbija li taqbeż il-livell tal-kaxxa u jkunu qegħdin iħammġu minn fejn jgħaddu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi fejn units tal-Operations Response Unit ta’ Transport Malta kellhom jiddaħħlu jassistu u jagħmlu xogħol tal-unit tar-Road Closures, bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-Operations Response Unit (ORU) joperaw b’mod kontinwu (24/7) u jassistu f’diversi sitwazzjonijiet inklużi inċidenti tat-traffiku, xogħlijiet ta’ emerġenza, l-impożizzjoni ta’ clamps, rimedju ta’ vetturi abbandunati, kif ukoll spezzjonijiet individwali u konġunti ma’ entitajiet oħra. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-Operations Response Unit (ORU) joperaw b’mod kontinwu (24/7) u jassistu f’diversi sitwazzjonijiet inklużi inċidenti tat-traffiku, xogħlijiet ta’ emerġenza, l-impożizzjoni ta’ clamps, rimedju ta’ vetturi abbandunati, kif ukoll spezzjonijiet individwali u konġunti ma’ entitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29812 u jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fi Triq Sir Charles Cameron, fil-Gżira, u meta ser ikun lest?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhuwa jsir l-ebda xogħol mill-entitajiet tagħna fi Triq Sir Charles Cameron, il-Gżira.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikun lest u t-triq tinfetaħ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Knisa, Raħal Ġdid huwa parti minn pjan ta’ xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni ta’ toroq f’Raħal Ġdid, liema toroq kienu ilhom ma jsiru għal ħafna u ħafna snin.
It-triq ser tinfetaħ dalwaqt kif infetħu t-toroq l-oħra li saru s’issa f’Raħal Ġdid stess.
Ir-Rabat, Malta — Triq il-Katakombi - Tabelli one-way - Traffic Management Plan
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27850 dwar tabelli one-way fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat, Malta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-Traffic Management Plan li suppost kien jinsab anness mal-approvazzjoni ta’ Transport Malta li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li jagħmel referenza għalih id-dokument li kien ġie anness fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29068 u 29178 u jgħid kemm hawn pazjenti li kellhom jixtru magna tal-isleep apnea mill-privat u li qed jistennew li jieħdu refund mis-servizz tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei ma jkollux informazzjoni dwar min jixtri magna tal-isleep apnea mill-privat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iċċekkjati vetturi sabiex jiġi stabbilit humiex mgħobbija żżejjed, u kemm ħarġu multi f’dan ir-rigward, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iċċekkjati vetturi sabiex jiġi stabbilit humiex mgħobbija żżejjed, u kemm ħarġu multi f’dan ir-rigward, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illum fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2022 u d-9 ta’ Lulju 2025 inħarġu 907 kontravenzjoni dwar vetturi li ġew iċċekkjati minn uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA wara li ġie stabbilit li kienu mgħobbija żżejjed.
Għall-perjodu ta’ bejn Jannar 2022 u Settembru 2023 kien hemm tip ta’ kontravenzjoni waħda li kienet tkopri kemm vetturi b’tagħbija żejda ta’ persuni u/jew oġġetti oħra.
Minn Ottubru 2023 ‘il quddiem ġiet introdotta kontravenzjoni oħra li tkopri biss tagħbija żejda ta’oġġetti. In-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu għal tali reati li jkopru bejn Ottubru 2023 u d-9 ta’ Lulju 2025, kien ta’ 281.
Id-data fis-sistema elettronika dwar ċitazzjonijiet li ngħataw, tinkludi kull tip ta’ vettura, inkluż lil trakkijiet li jkollhom tagħbija li taqbeż il-livell tal-kaxxa u li jistgħu jkunu qegħdin iħammġu minn fejn jgħaddu.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li Transport Malta wkoll tagħmel dawn it-tip ta’ spezzjonijiet, u għalhekk jista’ jirreferi wkoll id-domanda lill-Ministru responsabbli minn din l-entità għal iktar informazzjoni.