Grants għall-batteriji għal ħażna tal-enerġija għal djar residenzjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-grants għall-batteriji għal ħażna tal-enerġija għal djar residenzjali ġewx eżawriti u jekk hux ser jerġgħu jinfetħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Għas-sena 2025, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma amministra skema fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli. Din l-skema kienet tkopri wkoll għajnuna għall-batteriji għal ħażna tal-enerġija għal djar residenzjali.
L-iskema nfetħet fil-25 ta’ Frar 2025 u kien hemm allokazzjoni ta’ €10.3 miljun għal pannelli solari u batteriji. F’ Lulju 2025, kien hemm allokazzjoni addizzjonali ta’ €5 miljun. Dawn l-fondi kollha ġew kommessi u għaldaqstant l-skema ngħalqet fl-11 ta’ Awwissu 2025.
Il-Gvern se jkompli jinċentiva d-djar residenzjali biex jinvestu f’enerġija rinnovabbli u għaldaqstant, għall-Budget tas-sena 2026, reġgħet ġiet allokata s-somma ta’ €15.3 miljun għal pannelli solari u batteriji.
Fil-każ tal-skema ta’ Feed-In Tariff għal pannelli solari, li wkoll qed jamministraha r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, din għadha miftuħa u għadhom qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol għamlu l-entitajiet li jaqgħu taħtu fi Triq tal-Karmnu, f’Tas-Sliema? Jista’ jgħid ukoll meta beda dan ix-xogħol, meta hu ppjanat li jkun lest u kemm hu mistenni li jiġi jiswa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fi Triq il-Karmnu tas-Sliema għaddejjin xogħlijiet minn entitajiet oħra. Hekk kif jiġu konklużi, Infrastructure Malta terġa tidħol fil-proċess ta’ tqaxxir u bini mill-ġdid tat-triq.
Ix-xogħol f’din it-triq hu previst li jkun lest sa nofs Diċembru 2025. Peress li xogħol għadu ghaddej, m’aħniex f’pożizzjoni li nagħtu ammont tan-nefqa finali.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol għamlu l-entitajiet li jaqgħu taħtha fi Triq tal-Karmnu, f’Tas-Sliema? Tista’ tgħid ukoll meta beda dan ix-xogħol, meta hu ppjanat li jkun lest u kemm hu mistenni li jiġi jiswa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mit-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, Enemalta poġġiet madwar 13-il kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art f’diversi toroq f’Tas-Sliema. Ix-xogħol fit-triq indikata min-naħa ta’ Enemalta beda f’Marzu u wara li tlesta, nbdew xogħlijiet oħrajn mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma relatati mad-distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb li għandhom jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. L-investiment li sar bejn iż-żewġ entitajiet f’din it-triq hu stmat li jammonta għal madwar €547,000.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ammontaw l-ispejjeż legali tal-Gvern għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jagħti rendikont ta’ lil min tħallsu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid xi jsir mill-bottom ash iġġenerat mill-inċineratur tal-Marsa, u x’inhi l-ispiża biex dan jiġi dispost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjonijiet li tajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 29619 u 29294, m’hemm l-ebda spiża biex jiġi dispost il-materjal li qed issir referenza għalih f’din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31515 u jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq Mons. Pawlu Mallia fil-Gudja, kemm ġie jiswa jew hu stmat li ser jiswa, u meta se jkun lest?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant wara diversi diffikultajiet li iltqajna magħhom waqt ix-xogħlijiet, Triq Mons Pawlu Mallia, Gudja hija lesta. Ix-xogħlijiet f’din it-triq kienu jikkonsistu f’estensjoni tal-medda tad-drenaġġ, bdil tal-main tal-ilma tax-xorb, twessiegħ tat-triq, bini ta’ retaining wall, bini mill-ġdid tal-bankini, xogħol t’asfalt u road markings.
Il-Birgu - Proġett biex jitniżżlu l-cables taħt l-art
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju kien wasal il-proġett li kienet bdiet l-Enemalta biex tniżżel il-cables taħt l-art fiċ-ċentru storiku tal-Birgu, kemm ġie jiswa sa issa, u għalfejn waqaf?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linji minn mal-faċċati fil-Pjazza tal-Birgu tneħħew u ġew mgħoddijin taħt l-art bħala parti mill-proġett li sar tar-riġenerazzjoni tal-istess pjazza.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-eks ħaddiema tal-Enemalta li marru mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ħadux l-istess increments matul is-snin bħall-ħaddiema tal-Gvern li kienu fuq l-istess skala?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li qed jirreferi għalihom mhumiex regolati mill-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku, iżda minn Ftehimiet Kollettivi oħrajn iffirmati mal-Unions rikonoxxuti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Ġnien Raymond Caruana l-Gudja, tlestiex, u jekk le x’baqa’ jsir fih?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tax
-
Xogħlijiet Pubbliċi lesta x-xogħlijiet fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja. Fadal biss il-manutenzjoni tas-saqaf tal-injam tal-kiosk li mistenni jsir f’Novembru li ġej.
Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran – Ħaddiema assenjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema assenjati maċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid, f’liema rwoli (eż. tobba, securities, infermiera, speċjalisti, eċċ.), u jgħid kemm minnhom ikunu hemm f’ħinijiet tal-ġurnata u kemm minnhom b’shifts differenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ ħaddiema assenjati ma’ Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tobba u l-infermiera li jagħtu sehem f’dan iċ-Ċentru, huma assenjati ma’ Primary Care, jew ta’ Mater Dei jew ma’ tas-Saħħa Mentali (visiting).
Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran – Pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irrikorrew pazjenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid, kull ġurnata fl-ewwel ħmistax li dan fetaħ għas-servizzi kollha u waqfet topera l-Polyclinic ta’ Raħal Ġdid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
,Peress li Ġnien Pembroke jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jara li l-istess awtorità tindirizza l-istat ta’ telqa u abbandun li jinsab fih Ġnien Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ġnien Pembroke ilu li nfetaħ għall-pubbliku erbatax-il-sena u avolja iz-zona ma taqax direttament taħt l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, din aċċettat li tibqa’ tieħu ħsiebu.
L-Awtorita’ twettaq manutenzjoni regolari sabiex il-ġnien jinżamm fi stat tajjeb minkejja l-pożizzjoni esposta għall-kundizzjonijiet xejn favorevoli u l-vandaliżmu kontinwu.
Madankollu, l-Awtorita’ għandha programm ta’ xogħol ta’ manutenzjoni estensiv sabiex jingħata facelift li jinkludi art ġdida (safety flooring), bankijiet ġodda u equipment ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq Mons. Pawlu Mallia fil-Gudja, kemm ġie jiswa jew hu stmat li ser jiswa, u meta se jkun lest?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) tipprovdix servizz ta’ computer processing power, GPUs jew Supercomputer, li jkun jista’ jintuża’, anke bi ħlas, minn entitajiet pubbliċi jew privati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li dan s-servizz se jiġi inawgurat fil ġranet li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid b’liema rata jinbiegħ kull unit ta’ elettriku lill-vapuri li jagħmlu użu mis-sistema tax-ship-to-shore?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata li biha jinbiegħ l-elettriku bħalissa permezz tax-Shore-to-Ship hija ta’ €0.2094/kWh +VAT. Il-prezzijiet jinbidlu perjodikament (normalment kull 3 xhur) li jirriflettu l-prezz tas-suq f’dak il-perjodu partikolari. Din l-informazzjoni hija pubblika fuq is-sit elettroniku ta’ Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il unit ta’ elettriku ġew trasferiti, kemm-il darba li ntużat ix-ship-to-shore? Jista’ jgħid ukoll bil-kemm jinbiegħ kull unit ta’ elettriku lill-vapuri li jagħmlu użu minnha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta ntużat is-sistema shore-to-ship, l-ammont totali ta’ enerġija elettrika trasferita ammonta għal madwar 3.6 miljun kWh.
Fir-rigward ta’ bil-kemm jinbiegħ kull unit, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.