B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32680, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx inħareġ tender għat-tibdil tal-pedestrian overpass lifts u l-maintenance u l-upkeep tagħhom minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jekk iva, fiex wasal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħareg tender għal tlettax-il lift. It-tender jinkludi tibdil tal-liftijiet eżistenti għal dawk ġodda u manutenzjoni għal għaxar snin. Ix-xogħol beda fuq l-ewwel tlett liftijiet tal-Marsa Racecourse Street (orange bridge) u wkoll fuq il- lift ta’ Marsascala, Triq Santa Tereza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie rrappurtat li l-lift għall-pedestrian overpass ma kienx qed jiffunzjona bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lift?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2024 s’issa, il-ħsarat irrapurati fl-overpass lifts kienu s-segwenti:
Marsa Junction A3 Tower
31 darba
Blata l-Bajda
10 darbiet
Mcast
16-il darba
Marsa Junction
22 darba
Yellow Bridge
20
Il-lift fil-Marsa Ħamrun Bypass huma magħluq minħabba vandaliżmu li sar fuqu. Dawn huma fil-proċess li jiġu mibdula, u għandhom ikunu finaliżżati sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, ġaladarba spezzjonijiet ta’ kwalita’ u sigurta’ ikunu konformi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pedestrian overpass lifts li mhumiex jiffunzjonaw bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara spezzjoni li saret nhar it-26 ta’ Novembru 2025, irriżuta li l-uniċi lifts li nstabu mhux jiffunzjonaw huma dawk tal-Marsa Junction (biswit il-One Complex) u li bħalissa qed isiru xi tiswijiet fuqhom.
Garaxxijiet b’servizz ta’ car leasing/car hire - Rekwiżiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti ta’ garaxx biex jopera servizz ta’ car leasing/car hire, fost l-oħrajn u jekk huwiex meħtieġ permess ta’ Public-Service Garage?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi operatur li joffri servizzi ta’ kiri ta’ vetturi għandu bżonn jissodisfa l-kriterji elenkati f’Taqsima V tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68.
Tista’ l-Ministru tgħid, meta u kemm-il darba intuża l-impjant ta’ emerġenza f’Delimara minn meta ġie installat? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika d-dati u l-ħin meta dan l-impjant intuża, u f’kull każ tagħti r-raġuni għaliex kellu jintuża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Enemalta topera bil-prinċipju N-1, biex tiżgura li s-sistemi tal-enerġija jkunu kapaċi jservu d-domanda, inkluż matul is-sigħat ta’ domanda għolja, inkluż f’każ fejn l-akbar sors ta’ ġenerazzjoni ma jkunx disponibbli.
Enemalta ikkummissjonat l-impjant ta’ ġenerazzjoni temporanju biex jitħaddem f’każijiet ta’ emerġenza jekk tinqala’ ħsara f’wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ ġenerazzjoni, matul perjodi fejn id-domanda tkun l-aktar għolja. Dan l-impjant kapaċi jiġġenera 60MW u qiegħed hemm biex jiżgura provvista mingħajr interruzzjoni f’każ li wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ ġenerazzjoni ma jkunx disponibbli.
Għalkemm Enemalta din is-sena laħqet peak demand ta’ kwazi 650MW, dan l-impjant ma ntużax. Dan l-impjant ser ikun qed jassigura l-prinċipju ta’ N-1 sakemm jiġi ikkummisjonat it-tieni interconnector.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31929 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm ammontaw l-ispejjeż legali tal-Gvern għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jagħti rendikont ta’ lil min tħallsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 31980.