Baħar iċ-Ċagħaq – Caravans li qed jokkupaw il-kosta
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar il-caravans li qegħdin jokkupaw il-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq, uħud b'mod permanenti, tant li saħansitra qed jinkrew b'mod kummerċjali, b'abbuż sħiħ tar-regolamenti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Baħar iċ-Ċagħaq – Caravans li qed jokkupaw il-kosta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar il-caravans li qegħdin jokkupaw il-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq, uħud b'mod permanenti, tant li saħansitra qed jinkrew b'mod kummerċjali, b'abbuż sħiħ tar-regolamenti?
Baħar iċ-Ċagħaq – Caravans li qed jokkupaw il-kosta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar il-caravans li qegħdin jokkupaw il-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq, uħud b'mod permanenti, tant li saħansitra qed jinkrew b'mod kummerċjali, b'abbuż sħiħ tar-regolamenti?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onorevoli interpellant qiegħed jiġi mitlub jindika liema parti tal-kosta ta’ Bahar iċ-Ċagħaq qiegħed jirreferi għaliha.
Tista' l-Ministru tara li jitranġaw il-floodlights li jixegħlu l-Knisja tal-Fgura, issa li qed toqrob il-festa, hekk kif dawn ilhom ġimgħat mitfijin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-installazzjoni msemmija ma saritx mill-Enemalta u li qatt ma rċeviet notifika ‘STL’ biex dawn il-floodlights jiġu regolati. Madankollu, fid-dawl li l-festa tal-Fgura tinsab viċin, infurmata wkoll li l-Enemalta għamlet kuntatt mal-Kunsill Lokali biex jissottometti l-applikazzjoni neċessarja biex dawn il-floodlights ikunu jistgħu jiġu mqabbdin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2024 u kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva ġdida twaqqfet fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul din is-sena (2026), il- Bord tal-Koperattivi approva r-reġistrazzjoni ta’ żewg (2) koperattivi ġodda.
Nota
Y-Coop – 23 ta’ Frar 2026
Unity Point Coop – 25 ta’ Mejju 2026
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu s’issa għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar l-Għoti tas-Setgħa lill-Konsumaturi għat-Tranżizzjoni Ekoloġika (UE) 2024/825, fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/825 tinsab fi stadju avvanzat ta’ skrutinju legali u huwa mistenni li tiġi ppreżentata quddiem il-Parlament f’qasir żmien.
Fir-rigward ta’ miżuri oħra relatati mal-implimentazzjoni tal-istess Direttiva, ninfurmah li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur organizzat webinar għall-kummerċjanti fit-12 ta’ Mejju li għadda u li ffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ Direttivi oħra rilevanti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35714 tal-Leġislatura XIV dwar ir-Regolament tal-UE 2024/1309, fejn intqal li kien ser jiġi ppubblikat l-abbozz tal-liġi pertinenti fil-viċin, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus attwali tal-implimentazzjoni effettiva?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emendi inkwistjoni mistennija jiġu pubblikati fil-futur qarib, fejn saru diversi emendi għal abbożż tal-liġi li kien ġie propost fl-ambitu ta' konsultazzjoni pubblika u dan sussegwenti għall-evalutazzjoni ta' diversi sottomissjonijiet li kienu saru għall-istess konsultazzjoni.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie mħabbar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-provvista tal-LNG f'pajjiżna sa Mejju 2027?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li ninsab infurmata li l-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih u li kien iffirmat wara proċess kompetittiv, huwa kuntrat li jsegwi prattiċi internazzjonali f’kuntratti ta’ dan it-tip. Fil-fatt, il-kumpanija inkwistjoni għamlet pubbliku wkoll fuq l-internet kuntratt standard, MSPA, li huwa simili għall-ftehim li għamlet l-Enemalta. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tal-Enemalta li tagħti iktar dettalji. Fl-istess ħin, ninsab infurmata wkoll li kwalunkwe informazzjoni addizzjonali ta’ natura kummerċjalment sensittiva tippreġudika proċessi kompetittivi oħra li se jkunu qed isiru fil-futur.
Intant, nieħu l-okkażjoni biex infakkar li għall-kuntrarju tal-impressjoni li provat tagħti l-Oppożizzjoni l-prezzijiet għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin se jibqgħu stabbli kif kienu taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista fl-aħħar snin. U dan filwaqt li f’pajjiżi oħra dawn il-prezzijiet żdiedu u komplew jiżdiedu.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tal-Kumitat tal-Infurzar appuntati a tenur tal-Artikolu 5 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41 u għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-Kumitat ta’ Infurzar a tenur tal-Artikolu 5 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41 għadom ma ġewx maħtura. Il-ħatra għandha ssir fiż-zmien li ġej. A tenur tal-paragrafu 3 ta’ l-imsemmi Artikolu 5, il-ħatra tal-membri ta’ l-imsemmi Kumitat għandha tkun għall-perjodu ta’ tlett snin.
Is-Siġġiewi – Ta’ Brandin – Problema ta’ vultaġġ għoli
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35755, tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema ta’ vultaġġ għoli fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-problema ssolviet wara li fil-jiem li għaddew saru xogħlijiet fuq l-apparat tas-substation relatat mat-triq indikata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35754, fejn intqal li “Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jinksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-kundizzjonijiet jistipulawx perjodu ta’ żmien sakemm l-asfalt irid jerġa’ jsir wara tali xogħlijiet, peress li huwa nnutat li wara li t-trinek jiġu miksija bil-konkos, ħafna drabi jitħallew f’dan l-istat għal ġimgħat jew saħansitra xhur?
Tista’ l-Ministru tispjega l-proċess tal-performance appraisals tal-impjegati tar-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS)? Tista’ tgħid ukoll għaliex waqt l-appraisal ta’ diversi impjegati, apparti l-Head of Unit, kienu wkoll preżenti s-CEO u l-HR, li hija xi ħaġa li ma kinitx prassi fis-snin ta’ qabel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-proċess tal-performance appraisals fi ħdan ir-REWS huwa wieħed intern u mmexxi skont il-proċeduri tar-Riżorsi Umani sabiex jiġi żgurat trattament ġust, konsistenti u transparenza tal-proċess.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw jew telqu persuni mir-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS), mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiskadi l-kuntratt ta’ xiri tal-gass (LNG) li kien sar oriġinarjament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid ukoll sarux arranġamenti għax-xiri tal-gass għal wara li jiskadi dan il-ftehim?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR260639) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2026, wara laqgħa li saret mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fejn flimkien mal-Prim Ministru tajna preżentazzjoni teknika, u garanzija ta’ serħan il-moħħ mhux biss ta’ stabbiltà fil-prezzijiet imma wkoll ta’ stabbiltà fil-provvistà tal-enerġija.
Tista’ l-Ministru tgħid x’obbligi jkun hemm fuq il-kuntrattur biex it-triq terġa’ tiġi rrestawrata għal stat tajjeb bit-tarmak meta jsiru xogħlijiet ta’ tqattigħ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-Enemalta, hekk kif ir-ritratti annessi juru kif tħallew it-trinek fi Triq Joseph Burlò u fi Triq Xintill, f’Ħal Tarxien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jnksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta. Infurmata li fir-rigward tat-trinka fi Triq Joseph Burlò din saret b’konnessjoni ma’ xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għad trid tinkesa bit-tarmak. Fir-rigward tat-trinka indikata mill-Onor. Interpellant fi Triq Xintill infurmata li dik ma tappartjenix għal xogħlijiet ta’ waħda mill-entitajiet rispettivi, għalkemm f’dik it-triq sar intervent separat mill-Enemalta u hemm ukoll għad irid isir l-asfalt.
Tas-Sliema - Triq San Ġwann il-Battista u Triq Sant’Agata - Qtugħ ta’ dawl
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34104, u peress li nhar it-Tlieta 24 ta’ Marzu r-residenti fl-inħawi ta’ Triq San Ġwann il-Battista u Triq Sant’ Agata f’Tas-Sliema reġgħu sofrew qtugħ ta’ dawl ta’ aktar minn erba’ siegħat, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-kawża ta’ qtugħ ripetut tas-servizz f’din l-istess żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fid-data imsemmija f’Tas-Sliema kien hemm ħsara fuq is-sistema ta’ vultaġġ baxx li affettwat iż-żewġ toroq indikati. It-tekniċi ta’ Enemalta, bħalma jsir f’kull każ, attendew mill-iktar fis biex indirizzaw il-ħsara fl-iqsar ħin teknikament possibbli.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed iwassal biex numru ta’ djar fl-inħawi ta’ Triq l-Għamad, is-Swieqi, qed ikollhom il-vultaġġ jitla’ u jinżel ta’ spiss? Tista’ tgħid ukoll meta hu ppjanat li din il-problema tissolva għal kollox?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta rċeviet ilment mingħand konsumatur wieħed fit-triq indikata fil-mistoqsija u li l-problema qiegħda tiġi indirizzata.