Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru notifiki ta’ konċentrazzjoni a tenur tal-L.S. 379.08 - Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet mill-bidu tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’kull każ jgħid:
i. meta saret in-notifika;
ii. x’inhu l-istatus attwali ta’ kull notifika li saret;
iii. fir-rigward ta’ liema settur saret in-notifika; u
iv. min kienu l-entitajiet konċernati?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li
din l-informazzjoni tinstab diġa disponibbli għall-konsum pubbliku fuq is-sit uffiċċjali tal-awtorita MCCAA permezz tal-link
https://mccaa.org.mt/concentrations/
CfT: Framework Agreement to supply, install, commission and maintain pre-fabricated, automatic, self-cleaning public conveniences in touristic areas - Ministry for Tourism (CT2030/2022)
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex tender li ħareġ taħt il-Ministeru għat-Turiżmu biex jaqdi żoni turistiċi m’għadux jaqa’ taħt ir-responsabbilità tiegħu? Jista’ jgħid ukoll liema Ministeru issa hu responsabbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ħareġ minn Dipartiment li llum m’għadux jagħmel parti mid-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu. Għaldaqstant nirreferih biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Infrastruttura tal-elettriku – Distribution centres, substations ġodda u tqegħid ta’ cables
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12119 tal-14-il Leġiżlatura, tista' l-Ministru tgħid kemm saru distribution centres u substations ġodda, u kemm tqiegħdu cables tat-33kV, tal-11kV, u tal-low-voltage, matul is-snin 2023, 2024, 2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont is-sena? Tista' wkoll tipprovdi tabella li turi l-istess tagħrif dwar il-kilometri ta' cables u substations kummissjonati matul l-istess perjodu, maqsuma sena b’sena u lokalità b’lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar erba’ snin l-Enemalta kompliet twettaq programm estensiv ta’ investiment u tisħiħ fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Fir-rigward ta’ substations ġodda, fl-2023 ġew kummissjonati 41 substation ġdida, fl-2024 ġew kummissjonati 58, fl-2025 ġew kummissjonati 56, filwaqt li fl-2026 ġew kummissjonati 57. B’hekk, matul il-perjodu 2023-2026 ġew kummissjonati total ta’ 212-il substation ġdida.
Matul l-istess perjodu saru kemm xogħlijiet ta’ tisħiħ permezz ta’ low-voltage feeders ġodda, kif ukoll feeders ġodda marbuta mal-kummissjonar ta’ substations ġodda.
Fl-2023 ġew kummissjonati 86 low-voltage feeder bħala parti mix-xogħlijiet ta’ tisħiħ tan-network, flimkien ma’ 57 feeder minn substations ġodda, għal total ta’ 143 feeder. Fl-2024 ġew kummissjonati 166 feeder bħala parti mix-xogħlijiet ta’ tisħiħ u 157 feeder minn substations ġodda, għal total ta’ 323 feeder. Fl-2025 ġew kummissjonati 153 feeder bħala parti mix-xogħlijiet ta’ tisħiħ u 110 minn substations ġodda, għal total ta’ 263 feeder. Fl-2026 ġew kummissjonati 127 feeder bħala parti mix-xogħlijiet ta’ tisħiħ u 121 minn substations ġodda, għal total ta’ 248 feeder. B’hekk, bejn l-2023 u l-2026 ġew kummissjonati 977 low-voltage feeder ġdid.
Fir-rigward tal-infrastruttura tal-cables, sar investiment estensiv fin-network ta’ vultaġġ medju, b’madwar 275 kilometru ta’ cables ta’ medium voltage bħala parti mill-programm ta’ investiment fin-network tad-distribuzzjoni.
Matul din is-sena infetħu tliet Ċentri ta’ Distribuzzjoni ġodda fin-Naxxar, is-Siġġiewi u l-Imsida. Dak tas-Siġġiewi kien jinkludi tqegħid ta’ madwar 39 kilometru ta’ cables ta’ 33kV u 32 kilometru ta’ cables ta’ 11kV. Filwaqt li l-konnessjoni taċ-ċentru l-ġdid fin-Naxxar man-network saret miċ-Ċentru ta’ Diostribuzzjoni tal-Mosta u kienet tinkludi madwar 15-il kilometru ta’ cables ġodda ta’ 33kV.
ll-pjan ta’ disa’ snin li għandha l-Enemalta għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tan-network tal-elettriku, fost oħrajn jipprevedi investiment fi 12-il Ċentru ta’ Distribuzzjoni ieħor ġdid li se jsiru fis-snin li ġejjin.
Matul l-aħħar erba’ snin saru wkoll upgrades f’Ċentri ta’ Distrubuzzjoni eżistenti, fosthom fil-Freeport, Buġibba, St Andrew’s u Kirkop, b’interventi fuq transformers, switchgear u infrastruttura ta’ 33kV u 11kV.
Dan il-programm ta’ investiment u tisħiħ tan-network se jissokta fis-snin li ġejjin, b’numru ta’ proġetti infrastrutturali li diġà jinsabu fi stadji differenti ta’ pjanar u kummissjonar. Dawn jinkludu investiment sostanzjali fl-infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex. L-Enemalta nediet il-proċess ta’ xiri għal żewġ cables ġodda ta’ 33kV taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, b’kull cable ippjanat li jkun twil madwar tmien kilometri. Dawn il-links ġodda huma maħsuba biex ikomplu jżidu l-kapaċità u r-redundancy fil-provvista tal-elettriku lejn Għawdex.
B’mod parallel, inħarġu wkoll żewġ sejħiet għall-offerti b’valur stmat kumplessiv ta’ kważi €11-il miljun għat-tisħiħ tan-network intern ta’ 33kV f’Għawdex. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu l-provvista u t-tqegħid ta’ cables ġodda ta’ 33kV li ser jgħaqqdu l-infrastruttura l-ġdida ta’ 132kV maċ-Ċentri ta’ Distribuzzjoni tax-Xewkija u l-Qala, kif ukoll maċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni l-ġdid fiż-żona tar-Rabat/Kerċem. Ix-xogħlijiet huma pjanati fuq tliet fażijiet li jkopru Għajnsielem, ix-Xewkija u ż-żona bejn ix-Xewkija u r-Rabat.
Qed ikompli wkoll ix-xogħol preparatorju fuq konnessjoni ġdida ta’ 132kV bejn Malta u Għawdex. Dan il-proġett jinkludi l-istudji u l-marine surveys meħtieġa għar-rotta u l-landing points, l-infrastruttura relatata, il-cables ta’ 132kV fuq l-art f’Malta u Għawdex, kif ukoll id-disinn, l-installazzjoni u l-kummissjonar tal-konnessjoni ta’ 132kV taħt il-baħar.
Il-programm ippjanat f’Għawdex jinkludi wkoll żewġ Ċentri ta’ Distribuzzjoni ġodda u aktar tisħiħ tal-konnettività interna tan-network ta’ 33kV f’Għawdex.
Dawn l-investimenti jkomplu jibnu fuq ix-xogħol li diġà twettaq mill-2023 ’l hawn u jiffurmaw parti mill-programm kontinwu tal-Enemalta sabiex tkompli żżid il-kapaċità, ir-redundancy u r-reżiljenza tan-network tal-elettriku.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti ta’ substations u feeders ġodda li ġew kummissjonati bejn l-2023 u l-2026, maqsumin sena b’sena u lokalità b’lokalità.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għaliha l-Enemed irtirat l-applikazzjoni PA/07103/25, u x'inhi l-alternattiva ppjanata għat-tkabbir li kien maħsub f'dik l-applikazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-applikazzjoni ġiet irtirata biex ikunu protetti s-siġar taż-żebbuġ li hemm fiż-żona u allura jsir tentattiv biex jinstab post alternattiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fl-ARMS, minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll, f'kull każ, minn liema grad għal liema grad ingħataw il-promozzjonijiet, u meta nħarġet is-sejħa għalihom?
L.S. 591.05 – Regolamenti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
Question
B’referenza għall-ħidma relatata mal-L.S. 591.05 - Regolamenti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, jista’ l-Ministru jgħid:
i. kemm huwa n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) li huma involuti fit-twettiq tan-normi stabbiliti fil-L.S. 591.05, u għal kull każ jgħid x’inhu r-rwol tiegħu;
ii. kemm saru lmenti, jekk saru, a tenur tar-Regolament 10 tal-L.S. 591.05, u għal kull ilment jgħid dwar xiex kien u x’inhu l-istatus attwali tiegħu; u
iii. jekk s’issa ttieħdux passi regolatorji a tenur tal-L.S. 591.05? Jekk iva, x’kienu dawn il-passi u x’inhu l-istatus attwali ta’ kull każ li dwaru ttieħdu tali passi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) hija l-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-funzjonijiet assenjati lilha skont ir-Regolamenti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (L.S. 591.05).
L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti titwettaq permezz tal-istrutturi amministrattivi u operattivi eżistenti fi ħdan l-Awtorità, skont il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-uffiċjali tagħha.
L-Awtorità wettqet attivitajiet ta’ superviżjoni, inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u varat servizz ta’ appoġġ u għajnuna għall-industrija.
Ta’ min jinnota li d-dispożizzjonijiet relatati mas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali b’riskju għoli se jibdew japplikaw gradwalment f’Diċembru 2027 u Awwissu 2028, skont il-kategorija ta’ obbligi kkonċernata.
Għaldaqstant, il-passi li ttieħdu ma wasslux għall-ħtieġa ta’ azzjonijiet ta’ infurzar.
Għar-rigward ta’ ilmenti validi riċevuti, infurmat li r-risposta hija fin-negattiv.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew identifikati swimming pools li ma kinux reġistrati mar-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS) u li ma kinux qegħdin iħallsu l-liċenzja annwali, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll x’azzjonijiet ittieħdu dwarhom?
Tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni jieħu r-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS) sabiex jiġu identifikati swimming pools li mhumiex reġistrati u mhumiex iħallsu liċenzja? Tista’ tgħid ukoll x’azzjoni tittieħed meta jiġu identifikati każijiet bħal dawn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) iwettaq verifiki regolari sabiex jiġu identifikati pixxini li mhumiex reġistrati u li għalihom ma tkunx qiegħda titħallas il-liċenzja annwali dovuta. Għal dan il-għan, ir-Regolatur juża sistemi ta’ informazzjoni u data disponibbli, inkluż informazzjoni ġestita mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll għodod oħra ta’ verifika li jassistu fl-identifikazzjoni u l-ispezzjoni tal-pixxini.
Meta jiġu identifikati pixxini potenzjalment mhux reġistrati, isiru l-verifiki neċessarji u s-sidien jiġu kkuntattjati sabiex jiġu infurmati bl-obbligi tagħhom fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-pixxina u l-ħlas tal-liċenzja applikabbli.
Ir-Regolatur iwettaq ukoll verifiki dwar il-karatteristiċi tal-pixxina, inkluż il-volum ta’ ilma u l-użu tagħha, u joħroġ il-kontijiet dovuti, inkluż għal perjodi preċedenti fejn applikabbli.
F’każijiet fejn il-pożizzjoni ma tiġix regolarizzata, ir-Regolatur jieħu l-passi meħtieġa skont il-liġi sabiex jiżgura l-osservanza tal-obbligi regolatorji applikabbli.
Għawdex – Provvista tal-elettriku – Pjan ta’ azzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, wara l-inċident ta’ qtugħ fil-provvista tal-elettriku li affettwa lil Għawdex fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026, tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjan ta’ azzjoni b’miżuri, budgets u dati ta’ implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l-provvista tal-elettriku f’Għawdex ikollha livell ogħla ta’ redundancy u resilience?
Għawdex – Ħsarat fil-feeders tal-elettriku – Risk register
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-possibbiltà ta’ simultaneous failure ta’ aktar minn feeder wieħed lejn Għawdex kinitx inkluża fir-risk register tal-Enemalta qabel it-28 ta’ Awwissu 2026, x’rating kellu dan ir-riskju u x’mitigation measures kienu ġew identifikati?
Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tal-Gvern fl-2025 li l-investimenti fin-network Għawdxi kellhom iwasslu għal provvista “aktar stabbli u affidabbli” u jtejbu r-reżiljenza, tista’ l-Ministru tispjega kif dawn id-dikjarazzjonijiet huma rikonċiljabbli mal-fatt li failure ta’ żewġ feeders wassal biex parti kbira minn Għawdex damet sigħat twal mingħajr provvista tal-elettriku?
Tista’ l-Ministru tgħid liema interventi konkreti se jitlestew qabel is-sajf tal-2027 biex jitnaqqas ir-riskju li Għawdex jerġa’ jesperjenza qtugħ fil-provvista tal-elettriku fuq skala simili?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra cable jew supply route addizzjonali lejn Għawdex biex jiżdied il-livell ta’ redundancy? Jekk iva, x’inhi l-kapaċità prevista, l-ispiża stmata u meta tista’ tkun operattiva?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se tordna independent technical review tal-infrastruttura kollha li tipprovdi l-elettriku lil Għawdex, inklużi t-tliet feeders ta’ 33kV, id-Distribution Centres u s-sistema ta’ emergency backup?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-sistema attwali tal-Enemalta biex tinforma lill-pubbliku permezz tal-outage map, SMS u customer care, tatx informazzjoni adegwata u f’waqtha lir-residenti ta’ Għawdex matul l-inċident tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026?
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema ħin l-Enemalta saret taf bl-ewwel ħsara, f’liema ħin ġie infurmat il-Ministeru u f’liema ħin inħarġet l-ewwel komunikazzjoni pubblika li spjegat il-kobor tal-problema?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se ssir valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fuq ristoranti, lukandi, farmhouses, ħwienet u negozji oħra f’Għawdex, partikolarment meta l-inċident seħħ fl-eqqel tal-istaġun turistiku?
Tista’ l-Ministru tgħid x’mekkaniżmu jeżisti biex konsumaturi jitolbu kumpens għal ikel li kellu jintrema, apparat elettriku li ġarrab ħsara jew telf ieħor dirett kaġunat minn interruption fit-tul tal-provvista?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern jew l-Enemalta humiex se jintroduċu kumpens speċifiku għar-residenti u n-negozji Għawdxin li ġarrbu danni jew telf minħabba l-qtugħ estensiv tat-28 u d-29 ta’ Awwissu 2026?