Legislature:
Category:
Reset
Active:

Klinika ta’ San Ġiljan – tibdil tal-catchment areas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn inbiddlu l-catchment areas fil-Kura tas-Saħħa Mentali, meta l-klinika ta’ San Ġiljan hija magħluqa bla staff?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar eżerċizzju sabiex il-catchment areas ikunu jirriflettu iżjed l-użu tas-servizzi tas-Saħħa Mentali minn nies li joqgħodu f’dawk il-lokalitajiet.

Kura tas-Saħħa Mentali fil-Komunità – servizz tar-roaming

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ġie sparpaljat is-servizz tar-roaming fil-Kura tas-Saħħa Mentali fil-komunità u jekk is-servizz tar-roaming issa twaqqafx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tar-Roaming ġie integrat f’servizz ta’ tim multidixxiplinarju fil-komunita’.Għal-benefiċċju tal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u qrabathom dan is-servizz issa huwa iżjed wiesgħa u ħolistiku.

Kummissarju tas-Saħħa Mentali – ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta’ staff li għandu jaħdmu miegħu l-Kummissarju tas-Saħħa Mentali inkluż il-grad u l-professjoni tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika il-lista ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Kummisarju għas-Saħħa Mentali. Grad Kwalifika Professjonali Officer in Grade 4 Pharmacist Security Guard n/a Allied Health Practitioner Speech & Language Pathology Officer in Grade 4 Lawyer Consultant Public Health Medicine Senior Clerk n/a Assistant Principal n/a Consultant Public Health Medicine Consultant Occupational Medicine Officer in Grade 5 Business Administration Legal Officer Lawyer

persuni b'inkapaċita mentali — voucher ta' €100

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15903 li saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u 15618 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuna b’inkapaċità mentali li konsegwenza ta’ hekk m’humiex fuq ir-Reġistru Elettorali, hux ser jirċievu l-voucher ta’ €100?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-persuni msemmija fil-Mistosija Parlamentari ser jkunu qed jircievu il-vouchers.

Servizz tat-traspport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Kottonera u l-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15904 u 15673 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm se titħallas il-kumpanija tat-trasport bil-baħar minn Ta' Sliema għall-Belt u lura u mill-Kottonera sal-Belt u lura ladarba dan is-servizz se jibda jkun b'xejn għal min jużah u dan it-trasport issa se jitħallas mill-Gvern direttatment lill-operatur?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija li tħaddem il-ferry connections li għandha wkoll l-esklussività għal dan it-trasport bil-baħar minn tas-Sliema lejn il-Belt Valletta u lura, kif ukoll mill-Kottonera lejn il-Belt Valletta u lura, se titħallas skont in-numru ta' passiggieri li jaqsmu minn dawn iż-żewġ naħat bejn is-6pm u nofsillejl għax-xhur ta' Lulju u Awwissu.

Kura tas-Saħħa Mentali – catchment areas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jagħti lista tal-catchment areas tal-kura tas-Saħħa Mentali fil-komunità kif kienu qabel u kif inhuma issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Catchment Areas kif kienu qabel huma: Mental Health Clinics: Paola / Cospicua Paola, Tarxien, Santa Luċija, Birżebbuġia, Żejtun, Żabbar, Marsaxlokk, Għaxaq, Marsaskala, Fgura, Xgħajra, Gudja, Bengħajsa, Kirkop, Tal-Barrani, Għajn Dwieli, Cospicua, Vittoriosa, Senglea, Kalkara. Mental Health Clinics: Floriana / Qormi Valletta, Floriana, Ħamrun, Santa Venera, Marsa, Żurrieq, Safi, Luqa, Qrendi, Kirkop, Mqabba, Ħal Far, Pieta’ G’Manġia, Msida, Ta’ Xbiex, Gżira, Sliema, Kappara, Taż-Żwejt, High Ridge, San Ġiljan, Swieqi, L-Ibraġġ, St Andrews, Pembroke, Victoria Gardens, Qormi, Żebbuġ, Siġġiewi. Mental Health Clinic: Mtarfa Mosta, Mrieħel, Naxxar, Għargħur, Mġarr, Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Mellieħa, Selmun, Burmarrad, Qawra, Baħar iċ-Ċagħak, Madliena, Fleur De Lys, Salina, Xemxija, Manikata, Bidnija, Żebbiegħ, Magħtab, Ta’ Qali, Ta’ Paris, Għadira, Ċirkewwa, Rabat, Mdina, Dingli, Attard, Kunċizzjoni, Mtarfa, Baħrija, Buskett, Mtaħleb, Binġemma, Birkirkara, Ħal Lija, Iklin, Balzan, Ghawdex. Issa l-Catchment Areas tal-kura tas-Saħħa Mentali fil-komunità huma: Mental Health Clinics: Paola / Cospicua: Paola, Tarxien, Santa Luċija, Birżebbuġia, Żejtun, Żabbar, Marsaxlokk, Għaxaq, Marsaskala, Fgura, Xgħajra, Gudja, Kirkop, Cospicua, Vittoriosa, Senglea, Kalkara. Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Ħal Luqa. Mental Health Clinic- Floriana: Birkirkara, Fleur De Lys, Floriana, G’Mangia, Ħal Far, Ħamrun, Marsa, Pieta’, Ħal Safi, Santa Venera, Valletta, Gżira. Mental Health Clinic- Mtarfa/ Ħal Qormi Attard, Baħrija, Balzan, il-Bidnija, Binġemma, Buġibba, Burmarrad, il-Buskett, Ċirkewwa, Dingli (Fiddien) Għadira, Għajn Tuffieħa, Għargħur, Ħal Lija, High Ridge, Iklin, Imtaħleb (Kunċizzjoni u Limbordin), Madliena, Magħtab, Manikata, Mdina, Mellieħa,Mġarr, Mosta, Mtarfa, Naxxar, Qawra, Rabat, Salina,San Pawl tat-Tarġa, Selmun, San Pawl il-Baħar, Ta’Paris Birkirkara, Ta’ Qali, Wardija, Xemxija, Żebbiegh, Qormi, Siġġiewi, Ħaż Żebbuġ. Ir-residenti tal-lokalijiet ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, Ibraġġ, Kappara, Msida, Paceville, Pembroke, San Ġwann, Sliema, St Andrew, San Ġiljan, Swatar, Ta’ Ġiorni, Ta’ Xbiex u The Village bħalissa qed jieħdu l-kura neċessarja fil-komunita’ minn Qormi Mental Health Clinic pero aktar il-quddiem ser ikunu qed jagħmlu dan mill-klinika ta’ San Ġiljan.

Kura tas-Saħħa Mentali fil-komunità– catchment areas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jagħti n-numru tal-popolazzjoni tal-catchment areas kif kienu qabel, u l-popolazzjoni, kif saru issa l-catchment areas il-ġodda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Catchment Areas ta’ qabel il-Ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop (qabel l-2018) kif ukoll l-Catchment Areas kif inhuma preżentament.

Psychiatric Out Patients

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li tingħalaq jew titnaqqas ir-rwol tal-Psychiatric Out Patients? Jista’ jgħid jekk hux ser jibqgħu new cases u follow ups fil-Psychiatric Out Patients jew ser ikunu ristretti biss għall-Depot injections?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-Psychiatric Out Patients qed jiġi ristrutturat skont l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali. F’dan il-kuntest is-servizz għal adulti bi problemi ġenerali ta’ saħħa mentali qed jiġi mmexxi għal-komunita’ skont il-prinċipji ta’ aċċessibilita’ u kura ħolistika ta’ timijiet multidixxiplinarji sħaħ kif irrakomandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-istess Strateġija Nazzjonali.

Sptar Mount Carmel – Ward 10

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li terġa’ tinfetaħ il-famuża Ward 10 fl-Isptar Mount Carmel li kienet ingħalqet snin ilu taħt Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista? Ma jaħsibx id-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa li din il-ward bi kmamar żgħar magħluqa u b’saqqu mal-art, hija degradanti, milli kura b’dinjità li tixraq lil pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi żminijiet tal-lum meta l-kura tas-saħħa mentali tant żviluppat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik li kienet tissejjaħ Ward 10 reġgħet infetħet bħala Multi Purpose Unit wara li saru tibdiliet strutturali estensivi riċentament. Din hija sala li fiha ħdax il-kamra ta’ persuna waħda u wkoll fiha parti miftuħa fejn pazjenti jistgħu jqattgħu ħin barra mill-kamra. F’din il-unit jiġu pazjenti irġiel u nisa li jkollhom bzonn livell ta’ kura aktar intensiva. Huma jistgħu jidħlu direttament mill-komunita’ jew inkella jiġu transferiti minn swali oħra. Biex pazjent jidħol fl-MPU irid ikun hemm imġieba (minħabba problemi ta’ saħħa mentali) li ma tistax tiġi ndirizzata fis-swali l-oħra ta’ l-isptar. Tipikament din tkun imġieba biżarra jew agressiva, imġieba mhux xierqa fil-konfront ta’ pazjenti oħra jew inkella imġieba fejn wieħed jiprova jwettaq hsara lilu nnifsu jew suwicidju. Dawn huma persuni li għandhom bżonn livell ta’ osservazzjoni u kura aktar intensiva. Waqt li jkunu fl-MPU il-pazjenti jkunu taħt kura ta’ konsulent psikjatra u t-tim ta’ nurses kwalifikati fil-kura tas-saħħa mentali. Isiru ward rounds kuljum biex interventi neċessarji isiru mill-aktar fis possibli.

Sptar Monte Karmeli – Ward 10 – pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu pazjenti f’Ward 10 kemm ilha li reġgħet infetħet u hemmx il-ħsieb li terġa’ tingħalaq mill-ġdid kif kien għamel gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16012 u ninfurmah ukoll illi minn meta reġgħet infetħet din il-ward, daħlu 84 pazjent ; 27 nisa u 57 rġiel. Minn dawn kellna 17 minnhom li ġew ammessi iktar minn darba.

Lokalitajiet fejn jgħixu l-barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għandhomx informazzjoni fejn qegħdin jgħixu l-madwar 80,000 barrani li jinsabu f’pajjiżna? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-barranin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-istimi annwali li jipproduċi l-NSO, kien hemm 83,267 barrani jgħixu f’Malta fil-31 ta’ Diċembru 2018. Minn dawn, 45,457 kienu ġejjin mill-pajjizi tal-UE u 37,810 kienu ġejjin minn pajjizi terzi.

Awtorità għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali: Liċenzji provduti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi operaturi li joperaw fil-ħarsien soċjali u li m’għandhomx liċenzja provduta mill-Awtorità għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali? Jekk iva, liema huma dawn l-operaturi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali qed taħdem ma’ 21 provditur tas-servizz għall-fini ta’ liċenzjar, apparti tiġdid ta’ liċenzji li inħarġu fl-2019. 44% minn dawn is-servizzi ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u din qed tiġi proċessata skond il-proċeduri stabbiliti. Is-servizzi l-oħra qedgħin f’komunikazzjoni mal-Uffiċċju tal-Liċenzjar sabiex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. Dawn l-provdituri jagħtu servizzi ta’ ħarsien soċjali lil anzjani fuq bażi ta’ ċentri ta’ matul il-jum, xelters għal matul il-lejl, kif ukoll respite u servizzi għal anzjani b’ kundizzjonijiet kroniċi u ta’ dipendenza għolja. Applikazzjonijiet oħra jinkludu servizzi ta’ respite għall-persuni b’diżabilita’, servizzi residenzjali għal tfal f’ħarsien alternattiv, servizzi għal individwi bi problemi ta’ sustanzi u dipendenzi oħra, xelters u servizzi fil-komunita’ u ta’ outreach.

Marsaskala: Kors għat-Trobbija tat-Tfal

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13444, jista’ l-Ministru jgħid issa meta se jiġu organizzati korsijiet dwar it-trobbija tat-tfal fil-lokalità kbira ta’ Marsaskala fejn hemm jgħixu aktar minn 5,000 familja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13496.

CRPD: Persuni reġistrati

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14043, jista’ l-Ministru jindika x’diżabilitajiet għandhom id-19,447 persuni reġistrati mal-CRPD: a. Diżabilitajiet fiżiċi; b. Diżabilitajiet Intelletwali; c. Diżabilitajiet marbutin mas-smigħ; u d. Diżabilitajiet marbutin ma' diżabilitatjiet oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu, sad-data li qed tkun imwieġba din l-interpellanza, hija kif ġej: - Numru ta’ persuni reġistrati b’Diżabilitajiet fiżiċi - 12,333 - Numru ta’ persuni reġistrati b’Diżabilitajiet Intelletwali – 1351 - Numru ta’ persuni reġistrati b’Diżabilitajiet marbuta mas-smiegħ – 736 - Numru ta’ persuni reġistrati taħt diżabilitajiet oħra - 5769

persuni b'inkapaċita mentali — voucher ta' €100

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 15618 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuna b’inkapaċità mentali li konsegwenza ta’ hekk m’humiex fuq ir-Reġistru Elettorali, hux ser jirċievu l-voucher ta’ €100?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Servizz tat-traspport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Kottonera u l-Belt

Question

Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15673 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm se titħallas il-kumpanija tat-trasport bil-baħar minn Ta' Sliema għall-Belt u lura u mill-Kottonera sal-Belt u lura ladarba dan is-servizz se jibda jkun b'xejn għal min jużah u dan it-trasport issa se jitħallas mill-Gvern direttatment lill-operatur?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Rapport Annwali tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali: Ispettorat

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ każijiet li ġew identifikati mis-Sezzjoni tal-Ispettorat li kellhom bżonn jiġu rranġati? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nuqqasijiet u f’liema oqsma seħħew dawn in-nuqqasijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 15583.

Bord tal-Inġustizzji – talba ta’ eks suldat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba quddiem il-Bord tal-Inġustizzji ta’ eks suldat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatamet ġietx deċiża u milqugħa? Jekk iva, ser jingħata xi forma ta’ kumpens?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-tweġiba parlamentari 13048.

Persuni b’inkapaċità mentali – voucher ta’ €100

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna b’inkapaċità mentali li konsegwenza ta’ hekk m’humiex fuq ir-Reġistru Elettorali, hux ser jirċievu l-voucher ta’ €100?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15632 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu tfal l-iskola — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15496 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu jindika kemm mill-887 ġenitur li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola fis-sena skolastika 2018 – 2019, ħallsu din il-multa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ma jkollux informazzjoni dwar in-numru ta’ ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola. Nixtieq nikkjarifika wkoll li l-figura ta’ 887 li ġiet ikkwotata mill-Onor. Interpellant tirreferi għan-numru ta’ studenti li kienu assenti mill-iskola b’mod konsistenti u mingħajr raġuni inkluża dik medika matul is-sena skolastika 2018-19.