Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20750 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Illiteriżmu f’pajjiżna

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’qiegħed isir f’pajjiżna dwar il-problema tal-illitteriżmu? Kemm huwa kkalkulat li hija r-rata ta’ illitteriżmu fost il-poplu Malti u Għawdxi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19101.

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali – spezzjonijiet fi djar residenzjali u ċentri ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru spezzjonijiet/sorveljanza mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali fid-Djar Residenzjali u Ċentri ta’ Riabilitazzjoni fis-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Meta saru dawn iż-żjarat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2018 saru 48 vi¿ta ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali li fihom saru intervisti wiċċ imb’wiċċ lill-116 service users u lill-172 staff kif ukoll 30 intervista telefonika lill-responsible carers. Fl--2019 saru 59 vi¿ta ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali li fihom saru intervisti wiċċ imb’wiċċ lill-180 service users u lill-153 staff kif ukoll 24 intervista telefonika lir- responsible carers . Dettalji sħaħ jinsabu fir-rapporti annwali li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat li għas-sena 2020 il-vi¿ti ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati ma sarux sabiex jitnaqqsu ir-riskji ta’ tixrid tal-virus tal-Covid-19. Minflok, intu¿aw mezzi alternattivi fosthom emails, telefonati u case-reviews sabiex ġew indirizzati il-ħtiġijiet u l-obbligi ta’ sorveljanza fuq sitwazzjonijiet li ġew għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali mingħand pazjenti, qraba u staff.

Kunsilli lokali — vouchers għal cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjiet parlamentari 19520 u 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-vouchers lill-cat feeders biex jinxtara ikel ma jaqax taħt dan il-Ministeru. Għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

San Vinċenz – ordni biex anzjani jitħallew fi floor waħedhom

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-CEO tal-Isptar San Vinċenz tat ordni biex fis-Sala Narċis pazjenti jitħallew waħedhom fi floor għalihom bl-istaff jiġu ordnati joqogħdu fil-floor ta’ isfel fejn hemm in-nursing staff station? Kif is-CEO iddeċidiet li tħalli pazjenti jitħallew waħedhom bin-nursing staff fi floor ieħor? Infurmat il-Ministru li dawn il-pazjenti jbatu minn diżabilità u allura tpoġġew f riskju u s-sitwazzjoni ġiet ratifikata biss wara intervent tal-MUMN?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti u l-impjegati jridu jkunu flimkien f’kull ħin, kemm jekk f’sular jew ieħor ġewwa ċ-ċentru skont l-attivita’ li tkun għaddejja.

COVID-19 – vaċċin lill-impjegati ta’ kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li jiġu vaċċinati s-Sales and Customer agents tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament billi dawn kontinwament huma f’kuntatt mal-klijenti fid-diversi fergħat li għandhom f’Malta u Għawdex? Nitlob lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment japprezza li kull klijent li jmur għandhom jiġi mitlub l-ID card tiegħu u ħafna drabi l-klijenti jkollhom jiffirmaw ukoll fuq apparat elettroniku li wara jintuża mill-istess staff u allura qegħdin f’riskju akbar? Billi dan is-servizz ġustament ma waqafx anqas fil-lockdown għax hu servizz essenzjali, ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom jingħataw protezzjoni permezz tal-vaċċin fl-aqsar żmien possibbli? Jista’ jikkunsidra wkoll li mal-istaff li jaħdmu fil-fergħat ta’ din il-kumpanija, jiġu vaċċinati wkoll it-technicians tagħhom, li jagħmlu ġranet sħaħ jiġru minn dar għall-oħra jagħmlu installazzjonijiet u tiswijiet? Billi kellmuni diversi ħaddiema li jaħdmu ma’ din il-kumpanija u billi jien infurmat li anki t-tmexxija ta’ din l-istess kumpanija jidher li għamlu din it-talba, jista’ jikkunsidra din it-talba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament qed niffokaw fuq it-tilqim tan-nies skont l-età u dawk li huma vulnerabbli. Is-sekwenza ta’ tilqim qed issir skont il-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa. Il-proċess għadu għaddej.

Proċess ta’ visa għal nurses barranin li jaħdmu mas-settur privat u l-knisja

Question

Filwaqt li huwa pass tajjeb ħafna li ntlaħaq ftehim bejn il-Union tan-Nurses (MUMN) u l-Gvern biex jitħaffef il-proċess ta’ visa minn nurses barranin li japplikaw biex jaħdmu mal-Gvern, jaħsibx il-Ministru li dan il-proċess għandu jiġi estiż wkoll għan-nurses barranin li jiġu jaħdmu mas-settur privat u tal-knisja li wkoll qed jagħtu kontribut mhux żgħir fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna? Jaħsibx il-Gvern li tkun ħaġa tajba jekk il-ftehim milħuq biex jitħaffef proċess ta’ visa, working permit, permess ta’ residenza u ħlas imnaqqas jiġi estiż għan-nurses barranin kemm li jiġu biex jaħdmu mal-Gvern kif ukoll mal-knisja u mal-privat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-diskussjonijiet fuq din il-proposta mal-istakeholders prinċipali għadhom għaddejjin

Wied il-Għajn – Triq — permessi

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ipjannar tat-triq li qed tinfetaħ minn ġo art xagħri min-naħa tal-Jerma li tispara dritt għal Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma ninsab infurmat, din it-triq hija skedata fil-Pjanijiet Lokali, infatti Infrastructure Malta kienet teħtieġ biss Road Works Permit li nkiseb qabel bdew ix-xogħlijiet u jġib in-numru TRWP4-0088/21.

Katavru ta’ vittma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu, se jiġi rritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lil Onor Interpellant li kien sar rikors għar-rilaxx tal-katavru, liema talba ġiet milqugħa mill-Maġistrat fis-16 ta’ Lulju 2019.

Katavru ta’ vittma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu se jiġi irritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Katavru ta’ vittma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu, se jiġi rritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill Ministeru konċernat.

Katavru ta’ vittma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu, se jiġi rritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ikkommetta ruħu li jħallas l-ammont sabiex l-katavru tal-vittma jiġi trasportat lura lejn pajjiżu u dan jinkludi t-trasport lejn il-post tad-difna, permessi u ħlas tal-kamra mortwarja. Il-Gvern ser ikopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tar-rappreżentant tal-familja li ser jakkumpanja l-katavru minn Malta. Il-familja ingħatat assigurazzjoni li dawn ser jitħallsu f’Marzu 2020. Minkejja diversi emails mibgħuta mill-Ministeru lir-rapreżentant tal-familja fl-aħħar sena, l-awtoritajiet għadhom bla risposta rigward data għat-trasferiment tal-katavru.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali: Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ każijiet ta’ persuni li qegħdin fil-lista ta’ stennija għas-servizzi indikati fil-mistoqsija parlamentari 12002?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha humiex fiżikament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Jekk le, liema huma dawk il-postijiet li ma humiex aċċessibbli?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartimenti f’dan il-Ministeru huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Aċċessibilita’ għal persuni b’diżabilita’

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) humiex fiżikament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilita? Jekk le, liema huma dawk il-postijiet li ma humiex aċċessibbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Professjonisti fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12004, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika xi professjoni jħaddnu il-515 professjonist li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali? F’liema sezzjoni qegħdin jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 543 professjonisti li fil-pre¿ent qegħdin jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali. Dawn il-professjonijiet huma diversi fostom Allied Health Professionals, Medical Professionals, Nursing staff, Pharmacy staff, Psychologists kif ukoll Social workers.

Wied il-Għajn – Triq tal-Gardiel — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jara x’inhu jiġri fi Triq tal-Gardiel, Wied il-Għajn li ilha madwar xahrejn maqlugħa bil-konsegwenza li min irid jaqbad tal-linja jrid jimxi mixja twila għax tal-linja ilha xahrejn ma tgħaddi minn din it-triq lejn il-parti ta’ San Tumas? Minbarra skomdu ta’ trabijiet u inkonvenjenzi oħra, jista’ jara wkoll li issa li suppost kien se jingħata t-tarmac, reġa’ beda t-tħaffir fit-triq għax qed jinstadd id-dranaġġ? Jista’ jara eżatt x’inhuma l-problemi u ġentilment jinformani għax qed nirċievi diversi ilmenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20199 tal-istess Seduta.

Operaturi ta’ dgħajjes, coaches u trains tat-turisti — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jinnota li s-sidien ta’ dgħajjes tat-turisti, coaches tat-turisti, trains tat-turisti ġew sfurzati jħallsu l-liċenzji dovuti, minkejja li mhux qed jaħdmu u issa qed jintalbu jħallsu nofs il-bolla tal-ħaddiema tagħhom meta dawn ilhom xhur (sħaħ) ma jaqilgħu xejn ħlief joħorġu flus minn ġewwa għax inġenji tal-baħar, l-aktar imma mhux biss, xorta jridu maintenance? Għaliex il-gvern mhux biss m’għenhomx lil dawn l-operaturi imma anqas biss eżentahom milli jħallsu l-liċenzji dovuti kif saru ma’ operaturi oħra fil-qasam tat-turiżmu fejn fost oħrajn anqas liċenzji mhuma jħallsu, li kien pass fid-direzzjoni t-tajba? Hu konxju li dawn se jkunu kaġun li jiddikjaraw falliment jekk jibqgħu sejrin hekk, iħallsu lill-gvern liċenzji meta mhux qed jaħdmu, joħroġu nofs il-bolla tal-ħaddiema u jonfqu eluf ta’ euros f’manutenzjoni, minbarra jonoraw loans li laħaq kellhom u konsegwentament tant u tant ħaddiema jitilfu ħobżhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tat-Trasport għandha l-obbligu sabiex tiġbor il-ħlasijiet li huma dovut lilha. Madankollhu l-Awtorita’ tifhem is-sitwazzjoni finanzjarja tal-mument u qedgħha toffri skema ta ħlas lil dawn l-operaturi. Tajjeb li jingħad ukoll li dan is-suġġett qiegħed taħt konsiderrazzjoni u għaldaqstant meta jkun hemm xi żviluppi naġġornaw lill-Kamra.

Vaċċin tal-COVID-19 lil psikologiki

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19367, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment iwieġeb jekk il-psikologi li jaħdmu fil-privat hux ser jieħdu l-vaċċin għax jien infurmat li l-psikologi li jaħdmu fil-privat diġà bdew jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19367 filwaqt li Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-psikologi li jaħdmu fil-privat bdew jingħataw it-tilqima għal-kontra l-Covid 19.

Kunsilli Lokali — vouchers għall-Cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsja parlamentari 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tinghata f’seduta ohra.

Kunsilli Lokali — vouchers għal ikel u kura ta' annimali stray

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19369 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il kunsill lokali għamel użu mill-iskema biex jieħu vouchers mill-kunsill lokali biex jittma jew jikkura animali stray? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm ħadu flus s’issa kull kunsill lokali minn din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tinghata f’seduta ohra.