Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien in-numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza jew f’xi Ċentru tas-Saħħa jsofru minn ġrieħi kkawżati minn abbuż fiżiku jew sesswali matul dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2018 kien hemm 51 każ ta’ Non Accidental Injury u li dawn il-każijiet ġew referuti lill-Awtorijiet kkonċernati għal aktar investigazzjoni.
Aġenzija li toffri servizzi professjonali għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux sejra titwaqqaf aġenzija (simili ta’ Aġenzija Sapport) biex toffri servizzi professjonali għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u għal min jieħu ħsiebhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li s-servizzi msemmija minnu qed jiġu offruti mis-Servizzi tas-Saħħa Mentali fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, m’ hemmx il-ħsieb li titwaqqaf xi tip ta’ aġenzija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux se jkompli jagħti l-continuous blood glucose monitors? Jekk iva meta u lil min?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern huwa kommess li jkompli bil-proġett attwali għad-dijabetiċi tat-tip 1 u li għandhom inqas minn 16-il sena.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid jekk hemmx tender valida li għadha miftuħa u li permezz tagħha, il-Gvern jista’ jixtri aktar continuous blood glucose monitors? Jekk m' hemmx, hemm il-ħsieb li toħroġ tender oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-progett pilota attwali huwa parti mill-process kompetittiv ta’ innovative partnership u dan il-proċess mistenni jingħalaq sa l-aħħar tas-sena.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li dawn iż-żewġ anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jingħataw appuntament mal-podiatry biex jaqtgħu dwiefer ta’ saqajhom li ilhom ma jinqatgħu minn Marzu 2020 u minkejja li ilhom iċemplu diversi xhur l-Health Centre ta’ Raħal Ġdid għall-appuntament, baqgħu bla appuntament? Minħabba li dawn huma dijabetiċi, jista’ jingħatalhom appuntament fl-inqas żmien possibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2019 u s-sena l-oħra? Kemm flus ġew miġbura minn dawn l-abbużi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2019 jammonta għal 748, b’total ta’ savings u ħlasijiet żejda ta’ € 3,885,752. Matul l-2020, in-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw, kien jammonta għal 756, b’total ta’ savings u ħlasijiet żejda ta’ € 3,948,889.
Jista’ l-Ministru jindika kif qed jiġi kkalkulat il-manteniment f’każijiet ta’ separazzjonijiet fil-Qorti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kwestjoni dwar kif jiġi kkalkulat il-manteniment f’każijiet ta’ separazzjonijiet fil-Qorti huwa regolat mill-Liġi u mill-Qrati nfushom. Hemm numru ta’ liġijiet li jitkellmu dwar il-manteniment fosthom l-artikolu 54(2) tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) li jipprovdi dwar l-obbligu tal-manteniment f’każijiet ta’ separazzjoni billi jitqiesu l-mezzi tal-koppja li qed tissepara, il-ħiliet tagħhom li jaħdmu u l-bżonnijiet tagħhom, kif ukoll iċ-ċirkostanzi l-oħra kollha tal-istess koppja u l-bżonnijiet tal-ulied.
Jista’ l-Ministru jindika fil-preżent kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home Start? Kemm qiegħed jiswa dan is-servizz mogħti lill-ġenituri li għaddejjin minn diffikultajiet fit-trobbija ta’ uliedhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li, s-servizz ta’ Home-Start (Malta) huwa servizz mogħti lil familji li għandhom tfal taħt il-ħames snin u li qed jesperjenzaw diffikultà fit-trobbija. L-għan tiegħu huwa li jgħin lil dawn il-familji permezz ta’ sapport mogħti minn volontiera professjonali.
Home-Start huwa kunċett li beda mill-Ingilterra u qiegħed preżenti fi 22 pajjiżi madwar id-dinja fosthom Malta. Id-differenza f’dan is-servizz hija li volontiera li huma stess huma ġenituri jingħataw it-taħriġ u jkunu jistgħu joffru l-ewwel sapport meħtieġ lil dawn il-familji. Għal uħud minn dawn il-familji, dan is-servizz ikun biżżejjed filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn aktar servizzi speċjalizzati.
Sal-aħħar tas-sena 2020, kien hemm 77 tifel u tifla li qed jiġu mgħejjuna f’Malta u f’Għawdex, fejn hemm ukoll il-presenza ta’ dan is-servizz. Dawn is-77 tifel u tifla ġejjin minn 44 familja differenti.
L-ispiża waħdanija ta’ dan is-servizz hija ta’ żewġ impjegati full-time biex jikkordinaw il-ħidma bejn il-voluntiera u l-familji u, ovvjament, hemm waħda Malta u oħra Għawdex.
Kunsilli Lokali Marsaskala: Sistema ta’ records ta’ ilmenti/suġġerimenti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21370, jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ ilmenti u/jew suġġerimenti li kellu l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala s-sena l-oħra? X’tipi differenti ta’ ilmenti/suġġerimenti irċieva dan il-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li matul is-sena 2020 ircieva 1,872 ilment, li n-natura tagħhom titratta:
· Nuqqas kbir ta’ parkeġġ
· Bozoz maqtugħa
· Problemi relatati ma’ ilma u drenaġġ fit-toroq
· Qtugħ ta’ ħaxix u ¿bir ta’ siġar
· Knis tat-toroq u ġbir ta’ ¿ibel minn wara d-djar
·
Patching
ta’ ħofor fit-toroq
· ¯ebgħa ta’ parkeġġi
· Nuqqas ta’
motorcycle bays
· Bdil ta’ tabelli mgħawwġa
· Nuqqas ta’
zebra crossings
ġodda
· Jsiru sinjali, bozoz u tabelli ġodda
Billi jien infurmat li waħda mill-fast ferries li qed taħdem mill-Belt m’għandhiex il-passarella (passageway) kif suppost, tant li erba’ ħaddiema fosthom żewġt ħaddiema ta’ Transport Malta jridu jġorru passageway tal-ħadid kull meta jidħol dan il-fast ferry ta’ kumpanija partikolari (MHUX tal Virtu Ferries, hekk kif jidher fil-video li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) jista’ l-Ministru jgħid min qed iħallas liż-żewġt ħaddiema ta' Transport Malta li jkunu hemm għal madwar 18-il siegħa kuljum biex jgħinnu jġorru din il-passageway jekk hux l-operatur jew Transport Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jista' jimmaġina l-ewwel ftit jiem ta' servizz ġdid iġibu magħhom ċertu sfidi li qed jiġu indirizzati bl-aħjar mod possibli u fl-inqas żmien possibli mill-istess operaturi infushom. Bħala Awtorità, Transport Malta hija kommessa li tibqa' tassisti fejn hemm bżonn sabiex naraw li dan is-servizz ikun wieħed li joffri kwalita' ta' ħajja aħjar lill-Maltin u l-Għawdxin. Dan huwa servizz li kien ilu mistenni għal snin twal mill-istudenti u ħaddiema Għawdxin, tant li l-GUG, GTA u GBC ukoll faħħru is-servizz.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-residenti kollha fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità, għandhomx programm personali ta’ sapport? Jekk iva, dan il-programm jingħata kopja lil kull resident, kif ukoll il-qraba tiegħu/tagħha? Meta se jiġi rivedut dan il-programm personali ta’ sapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport toffri servizz individwalizzat lill-persuni b’diżabilità kollha inkluż dawk fid-djar residenzjali. Dawn il-pjanijiet ikunu mħejjija skont il-bżonnijiet u n-neċessitajiet tal-persuna u ċ-ċirkustanzi tal-każ. Kopji tal-ftehim huma aċċessibbli, kif obbligat, għall-klijenti tal-Aġenzija.
Il-programm personalizzat jiġi diskuss u mħejji wara konsultazzjoni mal-persuna b’diżabilità u l-familjari. Dan ukoll huwa b’konformità mal-istandards fil-provvediment ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali maħruġa mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA), li l-Aġenzija Sapport hi kommessa li żżomm magħhom.
Il-programmi li jkunu ġew identifikati għal persuna b’diżabilità, jiġu riveduti b’mod regolari u skont il-progress li l-klijent ikun qiegħed jagħmel jew bżonnijiet ġodda li jiġu identifikati.
Jista’ l-Ministru jindika fejn huma allokati ċ-Ċentri ta’ Riżorsi fil-komunità li issa jaqgħu taħt l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità? X’inhuma l-ħinijiet li jkunu miftuħa iċ-Ċentri kollha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 21328.
Tista’ l-Ministru tindika kemm għandna Youth Cafes u minn fejn qed joperaw fil-preżent? Fiex jikkonsisti dan is-servizz?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Fil-preżent Aġenzija Żgħażagħ topera 3 Youth Cafes fl-Imsida, Santa Venera u l-Kottonera. Il-Youth Cafes joffru spazju alternativ u rikreativ kif ukoll sapport għaż-żgħazagħ bejn t-13 sa 25 sena. Dawn ż-żgħazagħ jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom ma sħabhom f’post sikur, jiskopru jew jtejbu t-talenti tagħhom kif ukoll jiżviluppaw il-ħiliet soċjali u personali tagħhom.
Jista’ l-Ministru jindika xi proġetti saru u x’se jsiru din is-sena mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-lokalità ta’ Marsaskala?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20893. Ninfurmah ukoll li apparti li bejn l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali hemm relazzjoni kollaborattiva kontinwa fuq interventi, l-MTA qed tħares li jkun hemm viżjoni aktar fit-tul u għalhekk għadu kemm ġie mniedi Design Contest bil-għan li jitfassal pjan ħolistiku għar-riġenerazzjoni ta’ parti ċentrali ta’ Wied il-Għajn.
Kunsilli Lokali Marsaskala: Sistema ta’ records ta’ ilmenti/suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala żżommx records ta’ ilmenti/suġġerimenti li jressqu r-residenti? X’għandu jagħmel resident jekk ikollu xi ilment/suġġeriment li jrid iressqu quddiem il-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li j¿omm rendikont ta kull ilment, u qiegħed jippjana sabiex idaħħal software speċjalizzat. Kull ilment li jirċievi jaġixxi fuqu. Fir-rigward ta’ ilmenti li jitressqu għall-attenzjoni ta’ enitajiet oħra, il-Kunsill ikollu rekords tal-emails formali. L-ilmenti li jikkonċernaw xogħol li jinvolvi l-ħaddiema tal-Kunsill isir fi żmien massimu ta’ ġimgħatejn. Jekk xi ħadd ikun irid iressaq xi lment/suġġeriment għall-attenzjoni tal-Kunsill, jista’ jagħmel dan billi jikteb fuq l-email ġeneriku tal-Kunsill Lokali.
Vouchers għal Cat Feeders — xiri ta' ikel minn petshops
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjiet parlamentari 20767 u 19520 u 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-vouchers lill-cat feeders mill-Kunsilli Lokali jaqa’ direttament taħt il- Kunsill Lokali rispettivament. Il-Ministeru nieda Skema ta’ LC CARE Project fejn jingħataw fondi lill-Kunsill Lokali eliġibbli għall-proġetti ta’ klieb u qtates stray. Il-fondi li jingħataw jiġu amministrati mill-Kunsill Lokali rispettiv. Dan għandu jsir konformi mal-proġett sottomess. Għalhekk dan ivarja skond il-proġett u l-Kunsill Lokali. Irrispettivament, ix-xiri kollu jrid isir skont il- linji gwida u r-Regolamenti dwar l-Akkwisti tal-Gvern li jikkontrollaw ix-xiri tal-gvern.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20976, fejn fl-aħħar tat-tweġiba tiegħu l-Ministru b'referenza għas-sidien ta’ double dockers, trackless trains, coaches u dgħajjes tat-turisti, il-Ministru qal hekk "Għandu jingħad ukoll li l-operaturi bbenefikaw minn għajnuniet oħrajn mogħtija mill-Gvern waqt il-pandemija" u billi jien infurmat minn operaturi li dan assolutament mhux il-każ anzi s-sidien qed joħorġu l-flus mingħajr ma jdaħħlu xejn, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x'għajnuniet oħra ingħataw" dawn l-operaturi?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 20976, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-operaturi inkwistjoni kienu eliġibbli għall-COVID Wage Supplement u, fejn applikabbli, għajnuna fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u leave tal-kwarantina.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu direttament mal-anzjani fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum kif ukoll fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani? Kemm minn dawn il-ħaddiema jafu jamministraw l-Ewwel Għajnuna fejn ikun neċessarju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.