Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5166 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li kien f’loku li jsir sparar fuq il-ħamiem fid-dawl tax-xemx fil-Birgu quddiem għadd ta’ turisti li inzertaw qed iżuru din il-belt pittoreska? Billi filmati li dehru fuq it-Times of Malta online juri l-ħamiem jaqa’ mal-art u jibqa jirtogħod sakemm imut u billi kien irrapurtat li għadd ta’ turisti li kienu preżenti fil-Birgu baqgħu ddisgustati b’dawn l-atti barbari, jaħsibx il-Ministru li dan l-eżerċizzju ta’ moħqrija fuq l-annimali m’għamilx ġid lill-industrija tat-turiżmu u dan meta hemm metodi oħra ferm anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li nifhem li hu pest imma m’għandux jinħaqar biex jiġi kkontrollat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġa’ ta l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-kwistjoni u ħa jieħu l-passi meħtieġa.

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx permess jew parir mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-sparar fuq il-ħamiem fid-dawl tax-xemx fil-Birgu? Jekk intalab permess, minn min intalab u x’kienet ir-risposta tad-Direttorat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa rrispondejt f’Mistoqsijiet simili fil-leġislatura li għaddiet, skont l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali (Kapitlu 439) Artiklu 48 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-kontroll tal-pesti mhumiex regolati mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lil Ministru kkonċernat. Jingħad ukoll li għas-skans ta' dubji, d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ma ta l-ebda permess f'dan ir-rigward.

Birgu – qtil tal-ħamiem

Question

B’referenza għall-qtil tal-ħamiem fil-Birgu, liema ordni jidher li saret mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, filwaqt li nifhem li l-ħamiem fi kwantità hu pest li jrid jiġi kkontrollat, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkunsidrati metodi oħra li jeżistu kif jiġi kkontrollat l-ammont ta’ ħamiem liema metodi alternattivi m’humiex daqstant krudili?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Birgu li allegatament kien wara d-deċiżjoni li jsir sparar fuq ħamiem fid-dawl tax-xemx, talabx parir professjonali biex jiġi kkontrollat l-ammont ta’ ħamiem fil-Birgu u jekk iva lil min talab?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5161 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

B’referenza għall-isparar fuq il-ħamiem li sar fid-dawl tax-xemx fit-toroq tal-Birgu, għalkemm hemm metodi oħra anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li meta jkun fi kwantità hu pest, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tiegħu li dan l-isparar sar fid-dawl tax-xemx fit-toroq tal-Birgu quddiem tfal li raw b’għajnejhom il-ħamiem jaqa’ mal-art wara li jiġu sparati tiri fuqu u jibqa’ jirtogħod sakemm imut (filmat tat-Times of Malta)? Barra li dan il-fatt hu kundannabbli fin innifsu, jaħsibx il-Ministru li hu ferm aktar gravi meta dan l-isparar fuq ħamiem sar proprju meta t-tfal tal-iskola kienu fil-vaganzi tal-Għid?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ kif spjegata fl-istqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni - PR 180722.
Leg 13 PQ #5162 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

B’referenza għall-qtil barbaru li sar fil-Birgu quddiem tfal fl-età tal-iskola meta ngħatat ordni biex il-ħamiem jinqatel permezz ta’ sparar fuqu, jaħsibx il-Ministru li dan jikkontrasta sew ma dak li qed jiġi mgħallem fl-iskejjel tagħna biex it-tfal iħobbu u jitrattaw sew lill-annimali u li dak li sar fil-Birgu jmur kontra d-diversi inizjattivi li jsiru fl-iskejjel tagħna biex it-tfal jiġu mgħallma jħobbu l-annimali u inizjattivi oħra simili biex tinħoloq kultura fost it-tfal kontra l-moħqrija tal-annimali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5161.

Sparar fuq il-ħamiem – investigazzjoni mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jispjega jekk il-Pulizija hux ser tieħu passi kontra min ta l-ordni li jsir sparar fuq il-ħamiem bil-konsegwenza li dan beda jaqa’ mal-art u jmut bil-mod meta dan jammonta għall-moħqrija fuq l-annimali? Għalkemm nifhem li ammont kbir ta’ ħamiem hu pest iżda billi hemm metodi oħra kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li huma anqas krudili, qed issir investigazzjoni mill-pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għandha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Mediċini b’xejn – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sabiex jara tistax tieħu l-mediċini msemmija jew xi ħaġa simili b’xejn minħabba li din tgħix bil-pensjoni u dawn il-mediċini ġew ordnati lilha minħabba osteoporosis; ALENDRONIC ACID 70mgs €49 kull xahar u Calcium Magnesium Vitamin D Zinc €12.49c kull xahar u nofs?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Residenza San Vinċenz de Paul – pet therapy

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4522, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi individwu jew għaqda li qed tipprovdi pet therapy fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema terapija hija tajba għall-anzjani? Jekk iva, min hu jew huma din jew dan l-individwu/għaqda u kemm qed jitħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-servizz ta’ pet therapy qiegħed jingħata minn Service Dogs Malta Foundation. Il-ħlas huwa ta’ €15 is-siegħa.

Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji? Jista’ jgħid x’inhi l-kompetenza ta’ kull membru u minn min ġie maħtur?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji huwa kompost skont kif jipprovdi l-Artikolu 39 tal-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap. 437). Fit-termini tal-Att imsemmi, d-Dott. Gareth Grech u d-Dott. Roberto A. Balbo nħatru skont l-Artikoli 39(2)(a) u 39(2)(b) rispettivament, filwaqt li d-Dott. Jurgen Galea u d-Dott. Oliver Frendo huma maħtura skont l-Artikolu 39(2)(ċ). It-terminu ta’ dawn il-ħatriet huwa ta’ tliet snin effettivi mit-13 ta’ Frar 2018. Il-Kunsill jinkludi wkoll erba’ membri eletti skont kif jipprovdi l-Artikolu 39(2)(d) tal-Kap. 437. Il-membri eletti skont dan l-artikolu huma d-Dott. Anthony Gruppetta u d-Dott. Katiucha Galea, li għandhom esperjenza fil-prattika fuq annimali kbar, u kif ukoll id-Dott. Sammy (Saviour) Bezzina u d-Dott. Teresa Ho Yee Gatt, li għandhom esperjenza fil-prattika fuq annimali żgħar. It-terminu tal-membri eletti jiskadi fis-27 ta’ Awwissu 2019.

Dar tal-Anzjani taż-Żejtun – bieb li jgħaqqad id-Day Centre mad-Dar tal-Anzjani

Question

Peress li wasluli ħafna lmenti dwar bieb li hemm fid-Dar tal-Anzjani ż-Żejtun u li jgħaqqad id-Day Center mad-Dar tal-Anzjani, jista’ l-Ministru jieħu passi biex dan il-bieb jerġa’ jinfetaħ? Dan għaliex numru ta’ anzjani mid-Day Center qed ikollhom jgħaddu minn barra u jkunu esposti għax-xita, bard u iktar ‘il quddiem għax-xemx biex imorru l-home taż-Żejtun (biex jisimgħu quddies eċċ.) Jiena ġejt infurmat li dan il-bieb ingħalaq minħabba pazjenti li jsofru bl-Alzheimer, għaldaqstant ma jistgħux jittieħdu passi li l-bieb isirulu żewġ switches (kif hemm fis-swali dementia-friendly fir-Residenza San Vinċenz de Paul u Sptar Karen Grech) li allura ma jkunx jista’ jinfetaħ minn pazjenti li jbatu bl-Alzheimer imma jinfetaħ minn oħrajn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jħares u jittratta l-kura għall-anzjani bid-dimensja bħala prijorità. Għaldaqstant il-bieb li hemm fid-dar tal-anzjani taż-Żejtun li jgħati għad-Day Centre ġie magħluq biex tkun tista’ tiġi żviluppata żona sigura li tispeċċjalizza fil-kura tad-dimensja. Minħabba li d-Day Centre għandu bieb prinċipali ieħor, jagħmel sens illi anzjani li jużaw d-Day Centre ma jibqgħux jużaw din iż-żona bħala entratura biex b’hekk l-anzjani residenti f’din il-parti jirċievu l-kura li għandhom bżonn b’dinjità.

San Vincenz – pet therapy

Question

Filwaqt li jien naqbel mal-pet therapy, jista’ l-Ministru jinforma kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li qed jipprovdi pet therapy f’San Vinċenz? Kemm-il siegħa ta’ pet therapy qed jipprovdi u x’inhu l-ħlas li qed jingħata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ma sar l-ebda ftehim mal-individwu li kien imsemmi.

Inkjesti Maġisterjali Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3998 u jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti? Kemm ilha kull inkjesta maġisterjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli mmarkati bhala ‘Tabella A’ u ‘Tabella B’ li jindikaw in-numru tal-inkjesti maġisterjali pendenti kemm ta’ Malta u kemm t’Għawdex, kif ukoll in-numru ta snin kemm ilhom hekk pendenti. Bhala informazzjoni addizjonali, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, tabella mmarkata bhala ‘ Tabella C ’ li tindika statistika ta’ kemm infetħu u ngħalqu Inkjesti Maġisterjal mill- 2010 sal- 2017. Din ċertament tindika li l-maġġor parti tal-Inkjesti Maġisterjali jiġu konklużi u huma biss dawk l-inkjesti fejn xi espert ma jkunx ikkonkluda jew ikun hemm xi prova li tkun għadha trid tinstab jew fejn xi xhud jkun irid jinstab biex jixhed li normalment idumu.

Ex Imħallef — Inkjesti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4000 u jgħid, kemm ilu li rtira l-eks Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm-il inkjesta ġie maħtur biex jagħmel? Liema huma dawn l-inkjesti? Xi ħlas ingħata f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm għandu ħaddiema fil-Ministeru? X’inhuma l-gradi tagħhom u x’perkaċċi għandhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi kif ukoll l-gradi u l-perkaċċi tagħhom huma skont l-guidelines tas-Segretarjati.

Ex imħallef – ħidma f’bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-eks Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qiegħed fuq xi bord li jaqa’ taħt l-istess Ministeru? Jekk iva, f’liema bord/bordijiet u xi ħlas għandu inkluż mobile, karozza jew allowance oħra jekk hu l-każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-eks Imħallef li d-dettajli dwaru inagħtaw separatament mhux qiegħed fuq xi bord li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi.

Ex Imħallef — inkjesti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ilu li rtira l-eks Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm-il inkjesta ġie maħtur biex jagħmel? Liema huma dawn l-inkjesti? Xi ħlas ingħata f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Animal Welfare Council — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kredenzjali li fuqhom intgħażel kull membru fi ħdan l-Animal Welfare Council? X'relevanza għandhom dawn l-istess kredenzjali vis-à-vis il-ħatra tagħhom mal-istess Council?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-viżjoni u l-istrateġija tal-Animal Welfare Council huma li jirrapreżentaw l-interessi tal-ħarsien tal-annimali. Il-kredenzjali ta’ dawk magħżula biex jokkupaw dawn il-karigi huma biex jissalvagwardjaw u jgħinu l-interess tal-annimali bl-aħjar mod possibli.

Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit – xogħlijiet fuq bankini

Question

B'referenza għall-korrispondenza li kienet għaddiet bejni u bejn Transport Malta dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Alfred Cachia Zammit iż-Żejtun liema korrispondenza l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kien ikkupjat, ladarba l-earth electrodes tar-residenti nstabu li kienu difettużi (dejjem skont il-korrispondenza minn Transport Malta) u nbiddlu mir-residenti spejjeż tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bankini li tneħħew, baqgħu ma sarux u dan b'periklu u skumdità mhux żgħira għar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-bankina msemmija mistennija jitkomplew fil-ġranet li ġejjin.