B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5935, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Carmeli li l-ispiża tagħhom għal kull ġurnata, tlaħħaq bejn wieħed u ieħor:
(a) minn €76 sa €99
(b) minn €100 sa €299
(c) minn €300 sa €499
(d) minn €500 sa €654?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 83% (tlieta u tmenin fil-mija) tal-pazjenti li għal kull ġurnata fl-isptar Monte Carmeli l-ispiża kienet minn €76 sa €99, 11% (ħdax fil-mija) li l-ispiża kienet minn €100 sa €299, 1.5% (wieħed punt ħamsa fil-mija) li kienet minn €300 sa €499 u 4.5% (erbgħa punt ħamsa fil-mija) minn €500 sa €654.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-taħditiet li saru fiċ-Ċentri ta’ Anzjanità Attiva dwar suġġetti relatati ma’ għarfien u/jew stigma dwar is-saħħa mentali, mill-2016 sal-lum, huma kif ġej;
Active Ageing Centre (AAC)
Meta saru dawn it-taħditiet
Min mexxa dawn it-taħditiet
San Pawl il-Bahar AAC
1/7/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Birkirkara AAC
30/06/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Xewkija AAC
10/06/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Sliema AAC
25/5/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Naxxar AAC
20/5/2016
27/10/2017
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Ms Therese Saliba, Mental Health Promotion
Birzebbugia AAC
13/5/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Zejtun AAC
11/5/2016
15/02/2017
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Ms Kathleen Grima, Occupational Therapist - AACCD
Safi AAC
4/5/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Dingli AAC
27/04/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Mgarr AAC
22/04/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Msida AAC
20/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Zurrieq AAC
14/4/2016
June 2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Primary Helth
St Lucia AAC
April 2016
13/04/2016
9/8/2017
Primary Health
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Ms Abigail Grech, Mental Health Promotion
Kirkop AAC
11/04/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Luqa AAC
February 2016
8/4/2016
30/08/2018
Primary Health
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Ms Abigail Grech, Mental Health Promotion
Hamrun AAC
6/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Bormla AAC
4/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Siggiewi AAC
10/03/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Mosta AAC
8/3/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Qormi AAC
4/3/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
St Venera AAC
2/3/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Mellieha AAC
29/2/2016
21/11/2017
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Ms Cathleen Grima, Mental Health Promotion
Paola AAC
7/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23156 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża bejn wieħed u ieħor għal kull ġurnata ta’ resident li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-Isptar Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat u tvarja bejn €76 u €654.
Sptar Monte Carmeli – postijiet vakanti ta’ psikjatri, infermiera u social workers
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti ta’ psikjatri, infermiera u social worker fl-Isptar Monte Carmeli?
Standards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-iStandards Nazzjonali tad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità se jiġux applikati wkoll għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull proġett residenzjali fil-komunità ġħal persuni b`nuqqas tas-saħħa mentali jiġi awtorizzat mill-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD) qabel jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar, waqt li jsiru spezzjonijiet mid-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa li japplika standards skont il-liċenzja maħruġa.
Wara l-inċident barbaru u kundannabli fuq il-pulizija tat-traffiku li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jikkunsidrax il-Ministru li l-pulizija tat-traffiku jibdew ikunu armati b'arma tan-nar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm mhux opportun li tagħrif dwar l-operat tal-Pulizija jiġi mxandar, bħalma dejjem isir, il-Pulizija se tagħmel l-evalwazzjoni tagħha sabiex jiġi determinat x'deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5753 u jintervjeni biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab f’Dar tal-Anzjani ssirilha gwardarobba żgħira għaliex il-qraba qed jispiċċaw ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ għax m’għandhomx fejn ippoġġuhom, inkluż ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa? Billi din l-anzjana qed tispiċċa bil-ħwejjeġ fuq is-siġġu, possibbli li tinstab soluzzjoni aktar dinjituża billi ssirilha gwardarobba żgħira li kif jien infurmat diġà saru għal xi anzjani oħrajn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mhijiex residenti fid-Dar tal-Anzjani msemmija b’mod separat.
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paule — Carers Provduti minn Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5761 u jintervjeni mal-kuntrattur li jipprovdi l-carers fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li l-carers, fosthom nisa li jaħdmu fuq bażi part-time mal-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jixtiequ jaħdmu numru ta’ ġranet fil-ġimgħa u minflok qed jingħataw ġurnata waħda biss filwaqt li minflokhom qed jiddaħħlu carers barranin? Filwaqt li nifhem l-importanza tal-ħaddiema barranin f’ċerti oqsma tal-ekonomija tagħna, ma jaħsibx li l-preċedenza għandha tingħata lill-carers Maltin, li ħafna minnhom huma nisa li jkunu miżżewwġa bil-familja u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time? Ma jaħsibx il-Ministru li hija ironija li ngħidu li rridu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, imbagħad f’istituzzjoni tal-Gvern stess, il-kuntrattur qed jagħti preferenza lill-ħaddiema barranin fuq dawk Maltin li jkunu infurmaw il-kuntrattur konċernat kemm jixtiequ jaħdmu imma qed jaħdmu ferm u ferm anqas għax minflokhom qed jiġu mgħajta carers barranin għax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ carers kull ġurnata jvarja skont ir-raġunijiet mssemmija hawn taħt :
1.
Vacation Leave u Sick Leave
tal-ħaddiema tal-kuntrattur;
2.
Vacation Leave u Sick Leave
tal-ħaddiema tal-gvern;
3. Numru ta’ pazjenti li jirrikjedu
Carer on Constant watch;
4. Numru ta’ pazjenti li jirrikjedu
Carer
biex takkompanjhom fl-ambulanza meta jmorru l-isptar Mater Dei.
L-ordni ta’ preċedenza t’allokazzjoni tal-carers hija kif spjegat hawn taht :
1.
Carers
fuq bażi
full-time
u fuq bazi
part-time on fixed roster;
2.
Carers
fuq bażi
part-time by availability;
3.
Carers
fuq bażi
part-time on fixed roster
li jaċċettaw li jaħdmu siegħat addizzjonali;
4.
Carers
fuq bażi
full-time
li jaċċettaw li jaħdmu siegħat addizzjonali
bhala
overtime.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-PBS hux se jxandar il-logħbiet kollha tal-World Cup live? Jekk iva, jista’ jgħid fuq liema channel?
Response (BONNICI, OWEN)
Bi pjaċir inħabbar li l-Public Broadcasting Services Ltd. se xxandar il-logħbiet kollha tal-World Cup. Il-logħbiet primarjament se jixxandru live fuq TVM ħlief għal meta il-logħob kun fit-20:00 u jaħbat mal-Bulettin tal-Aħbarijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-logħob jiġi mxandar fuq TVM2. Meta jkun hemm żewġ logħbiet fl-istess ħin, dawn se jixxandru waħda fuq TVM u l-oħra fuq TVM2.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra s-Sindku tal-Birgu wara l-qtil barbaru ta’ għadd ta’ ħamiem li f'filmat fuq is-sit online tat-timesofmalta.com deher jaqa’ mal-art wara li ntlaqat b'tiri u jmut bil-mod? Billi dan l-att barbaru ġie kkundannat bil-qawwa mill-Kummissarju tal-Annimali maħtur minn dan l-istess gvern, għalfejn għadhom ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu. Il-proċedura ta’ culling tal-ħamiem, kienet proċedura li ntużat drabi oħra u f’postijiet oħra u dan wara li saru arranġamenti mal-awtorità kompetenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ntalab permess mill-Kunsill jew mis-Sindku tal-Birgu biex isir sparar fuq il-ħamiem? Jista’ jgħid meta ngħata dan il-permess? Minn liema uffiċċjal tal-pulizija ngħata l-permess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet relatati ma’ dan il-każ, mal-pulizija saret biss talba għall assistenza ta’ bon ordni u prekawzjonijiet waqt il-culling.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-Korp tal-Pulizija jew mill-Gvern min iddeċieda li membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu ordnati biex ikunu preżenti mas-Sindku tal-Birgu u ma’ persuni li nġiebu apposta biex jisparaw b'mod barbaru fuq il-ħamiem fl-abitat, fid-dawl tax-xemx u quddiem tfal u turisti? Jista’ jgħid min ħa din id-deċiżjoni biex il-pulizija jkunu preżenti u poġġa l-pulizija f'sitwazzjoni antipatika biex ikunu partners in crime waqt li kien qed isir dan l-att ta’ moħqrija fuq annimali permezz ta’ qtil barbaru, salvaġġ u inuman?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet relatati mal-istess suġġett, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla tramite l-uffiċjali awtorizzati, ġiet mitluba tassisti għaż-żamma tal-bon ordni u teħid ta’ prekawzjonijiet waqt l-eżerċizzju relatat ma’ din il-mistoqsija.
Riabilitazzjoni għall-pazjenti tal-Isptar Monte Carmeli.
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-programmi ta’ riabilitazzjoni li qed jitwettqu fil-preżent għall-pazjanti li qed jiġu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintegraw fl-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull tim multidixxiplinarju li hemm fid-dipartiment tal-Psikjatrija joffri programmi olistiċi biex il-pazjenti li jkun hemm taħt il-kura tiegħu ikunu jistgħu jiġu rijabilitati fil-komunità. Dawk il-pazjenti li jkollhom diffikultajiet partikolari jiġu riferuti lil wieħed miż-żewġ timijiet immexxija minn konsulenti bi ‘special interest’ fir-rijabilitazzjoni. Dawn il-programmi jistgħu jinkludu perjodu ta’ residenza fil-half way house u għandhom ukoll kollaborazzjoni mal-NGO’s f’dan il-qasam.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettal xi programmi twettqu f’din il-leġiżlatura għat-tkabbir ta’ kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jsiru diversi inizzjattivi għat-tkabbir ta’ kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali kif ukoll biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna, fosthom:
-Taħdidiet regolari fil-kunsilli lokali Malta/Għawdex (suġġetti diversi relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali) b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kura Primarja fejn il-konkorrenza tal-pubbliku hija waħda nkoraġġanti.
-Taħdidiet regolari dwar diversi suġġetti relatati mas-saħħa mentali tal-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għal-anzjani f’Malta kif ukoll fix-Xewkija Għawdex.
-Taħdidiet regolari fil-parroċċi eżempju:
Ladies Circle
/gruppi tar-romol rigward stigma u għarfien dwar suġġetti relatati mas-saħħa mentali ta’ dawn l-individwi.
-Taħdidiet f’għaqdiet filantropiċi
-Taħdidiet ma xi fondazzjonijiet immirati lejn persuni li qegħdin isegwu programmi ta’ rijabilitazzjoni bil-għan li jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta’.
-Taħdidiet mal-membri tal-istaff ġewwa d-dipartimenti tal-gvern.
-B’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-
Mental Health
ta’ l-Universita ta’ Malta, nagħmlu promozzjoni għat-tkabbir ta’ kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-stigma f’lokalitajiet differenti.
-Nagħtu informazzjoni waqt programmi kemm televiżivi kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju u nippromwovu fuljetti b’informazzjoni relatati ma’ saħħa mentali u l-istigma li jġibu magħhom dawn il-kundizzjonijiet
-Kitba ta’ artikli f’diversi fuljetti li jitqassmu fil-parroċċi u kitbiet oħra f’rivisti li jiġu mqassma lill-ħaddiema fil-qasam tal-Kura Primarja.
-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fuq il-
Facebook
tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard
-Diskussjonijiet ma’ kumpaniji biex isiru
talks
fuq il-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fuq il-post tax-xogħol.
-Ġew introdotti sett ta’ mistoqsijiet biex jagħtu indikazzjoni fuq is-Saħħa Mentali fost l-istudenti tal-form 1, 3 u 5 bħala parti mill-
HBSC survey
. (Health Behaviour in School Children)
-Diskussjonijiet mal-edukaturi biex nesploraw kif is-saħħa mentali tiġi mħarrsa u tkun parti integrali tal-
wellbeing
tal-istudenti
-Qsamna r-riżultati ta’ studji fuq is-Saħħa Mentali fost l-adoloxxenti f’Malta biex tkun tista’ tiġi evalwata aħjar is-sitwazzjoni lokali u hekk jittieħdu l-passi biex din tiġi ssalvagwardata.
-Diskussjonijiet mal-
perinatal mental health unit
biex nippromwovu s-Saħħa Mentali tal-omm fit-tqala u wara t-twelid tat-tarbija.
-Talks lill-fondazzjoni
RICE
fejn nitkellmu fuq l- assertività.
-Fl-iskejjel isiru
talks
fuq kif nistgħu negħlbu l-istress speċjalment fiż-żmien tal-eżamijiet (din issir fuq stedina tal-iskola nnifisha)
Ċentru Tommaso Chetcuti (Servizz ta’
Outpatients
):
Qegħdin jiġu organiżżati taħditiet mal-qraba ta’ pazjenti li jużaw is-servizz kemm ġewwa l-isptar Monte Karmeli kif ukoll fil-komunita’ rigward għarfien dwar is-Saħħa Mentali bil-għan li titnaqqas l-istigma.
Kliniċi li joffru servizz għas-Saħħa Mentali:
F’dawn il-kliniċi jingħata sapport u għajnuna meħtieġa lill-pazjenti u l-qraba tagħhom f’għamla ta’ sessjonijiet edukattivi. Taħdidiet oħra dejjem relatati mal-għarfien tas-Saħħa Mentali, jiġu offruti wkoll lill-pubbliku ingenerali fil-
Catchment Area.
Ċentri ta’ Matul il-Jum fi Ħdan is-Servizzi għas-Saħħa Mentali:
F’dawn iċ-Ċentri wkoll jiġu offruti sezzjonijiet edukattivi biex titqajjem kuxjenza għall-għarfien dwar is-Saħħa Mentali sewwa lill-pazjenti u wkoll lill-pubbliku ingenerali permezz ta’ programmi fuq ir-radju tal-parroċċa.
Apparti dan kollu, kull sena d-Dipartiment tas-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan is-Servizzi tas-Saħħa Mentali joffri in-
Service Training
lill-għalliema tal-iskejjel u l-kulleġġi rigward is-Saħħa Mentali fil-klassi. L-attendenza tkun waħda volontarja. Għalliema tal-MCAST ukoll ingħataw taħriġ (Novembru 2017) bħala parti mis-
16 days of Activism
mnedija mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika.
Ingħataw lezzjonijiet dwar ir-relazzjoni li hemm bejn l-
Eating Disorders
, il-Vjolenza Domestika u s-Saħħa Mentali :
Lid-dentisti waqt il Konferenza Nazzjonali li saret f’Novembru 2017. Artiklu f’dan ir-rigward kien ġie ppubblikat fid-
Dental Probe
Marzu 2018. Din il-konferenza ġiet irrapportata fir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika.
Lill-pubbliku u professjonisti Għawdxin waqt konferenza mnedija mill-Ministeru għal Għawdex (Novembru 2017)
Lin-
nutritionists
fil-Konferenza Annwali tagħhom (April 2018)
Lill-pubbliku u professjonisti waqt il-Konferenza Annwali ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek (Mejju 2018)
Lill-pubbliku u professjonisti li attendew konferenza mnedija mill-ACAMH (Mejju 2018)
Lill-probation officers (14 - 16th May 2018). Dan sar f’kollaborazzjoni mal-kummissjoni għas-Saħħa Mentali.
Taħdidiet dwar
Eating Disorders
ġew mogħtija ukoll lill-istudenti tal-MCAST Naxxar u Paola u lill dawk li jattendu fis-sekondarja. Dawn saru matul is-snin 2017 u 2018.
Lezzjonijiet oħra dwar il-liġi tas-Saħħa Mentali ġew mogħtija lill-:
Staff ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek u dan sar matul April 2018.
Matul dawn l-aħħar tlett snin, id-Dipartiment tas-Servizzi Psikoloġiċi kellu ukoll
stand
fil-Konferenza Annwali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.
Hemm ukoll l-
Befriending Scheme
li ukoll toffri esperjenza/opportunita lil dawk l-istudenti tal-Psikoloġija. Din l-iskema kienet ta’ benefiċċju kemm għal
undergraduates’
u gradwati fil-Psikoloġija kif ukoll għall-parteċipanti li kellhom problema ta’ saħħa mentali. Din l-iskema hija bbażata fuq it-teorija ta’
social re-integration by interaction
li tgħid li meta persuna tinteraġixxi ma’ oħra li għandha problema ta saħħa mentali li fil-verita’ wieħed ma jdumx ma jinduna li ta’ l-aħħar m’hijiex differenti u għalhekk tikkumbatti l-istigma b’mod dirett.
Żejtun — Ċentru ta’ Matul il-Jum – persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li regolarment u kull ġimgħa, jattendu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żejtun? X’attivitajiet twettqu għal dawn il-persuni matul is-sena l-oħra 2017 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ–Ċentru ta` Matul il–Jum taż–Żejtun jattendu madwar 33 persuna kull ġimgħa. F’dan iċ-Ċentru jiġu organizzati diversi attivitajiet. L-attivitajiet ta’ kull ġurnata jkunu varjati sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu. Attivitajiet jiġu ppjanati b’mod individwali u anke fi gruppi.
L-attivitajiet individwali jinkludu: Xi individwi jistgħu jsibu diffikulta biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta` kull jum bħal tindif u qadi domestiku u dan minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Sabiex jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet huma addattati skont il-bżonnijiet u l–ħiliet tal-persuni rispettivi. Jitwettqu wkoll sessjonijiet li jipprovdu l-opportunita ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal–individwi. Ħiliet interpersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom. Ħiliet intra personali jippermettu li l-persuna jkollha ħiliet fil-komunikazzjoni magħha innfisha biex tgħin il-kwalita’ tar-relazzjonijiet soċjali tal-persuna.
Attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet terapewtiċi orjentati lejn proġetti, sessjonijiet krejattivi, gruppi ta` diskussjoni, gruppi ta eżerċizzju fiżiku, xogħol volontarju kif ukoll ħarġiet soċjali.
Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali per eżempju kif tikteb CV; kif iġġib ruħek waqt intervista tax-xogħol eċċ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5475, jista’ l-Ministru jintervjeni biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab f’Dar tal-Anzjani ssirilha gwardarobba żgħira għaliex il-qraba qed jispiċċaw ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ għax m’għandhomx fejn ippoġġuhom, inkluż ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa? Billi din l-anzjana qed tispiċċa bil-ħwejjeġ fuq is-siġġu, possibbli li tinstab soluzzjoni aktar dinjituża billi ssirilha gwardarobba żgħira li kif jien infurmat diġà saru għal xi anzjani oħrajn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paule – carers provduti minn kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni mal-kuntrattur li jipprovdi l-carers fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li l-carers, fosthom nisa li jaħdmu fuq bażi part-time mal-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jixtiequ jaħdmu numru ta’ ġranet fil-ġimgħa u minflok qed jingħataw ġurnata waħda biss filwaqt li minflokhom qed jiddaħħlu carers barranin? Filwaqt li nifhem l-importanza tal-ħaddiema barranin f’ċerti oqsma tal-ekonomija tagħna, ma jaħsibx li l-preċedenza għandha tingħata lill-carers Maltin, li ħafna minnhom huma nisa li jkunu miżewwġa bil-familja u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time? Ma jaħsibx il-Ministru li hija ironija li ngħidu li rridu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, imbagħad f’istituzzjoni tal-Gvern stess, il-kuntrattur qed jagħti preferenza lill-ħaddiema barranin fuq dawk Maltin li jkunu infurmaw il-kuntrattur konċernat kemm jixtiequ jaħdmu imma qed jaħdmu ferm u ferm anqas għax minflokhom qed jiġu mgħajta carers barranin għax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.