Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Rivisti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23714 u jindika meta l-aħħar li ntbagħtu r-rivisti lir-residenti ta’ Marsaskala sabiex ikunu jafu x’qiegħed isir fil-lokalità tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-aħħar rivista li ntbagħtet lir-residenti kienet f’Diċembru 2019.
Leg 13 PQ #24008 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Numru ta' Anzjani li jgħixu f'Marsaskala

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ anzjani li jgħixu fil-lokalità ta’ Marsaskala u l-etajiet tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2020, il-popolazzjoni tal-lokalità ta’ Marsaskala kienet stmata li tammonta għal 15,579. Minn dan l-għadd, il-persentaġġ ta’ residenti li kellhom 60 sena u fuqhom kien ta’ 16.5 fil-mija. Ta’ min jinnota li informazzjoni f’iktar dettall tkun disponibbli ġaladarba jkunu ppublikati r-rizultati taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021.

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il konsultazzjoni saret mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ membri li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum matul il-ġimgħa fit-Tielet Distrett? Jista’ jgħid x’inhuma l-ħinijiet miftuħa ta’ dawn iċ-Ċentri u jekk il-membri jingħatawx xi ikel jew xorb waqt dawn l-attivitajiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Tielet Distrett hemm żewġ Ċentri ta’ Matul il-Jum, wieħed fiż-Żejtun u ieħor f’Marsaskala. Fiċ-Ċentru taż-Żejtun jattendu 37 membru filwaqt li fiċ-ċentru ta’ Marsaskala jattendu 65 membru. Fil-mument bħala miżura preventiva kontra l-Covid-19 qegħdin jiġu aċċettati mhux aktar minn 15-il membru fl-istess ċentru. Dawn iċ-ċentri jiftħu mis-sebgħa ta’ filgħodu sat-tlieta u kwart ta’ wara nofs in-nhar u l-membri li jattendu jiġu provduti ikel ħafif bħal te`, ilma, kafè u sandwiches.

Numru ta’ Anzjani li jgħixu f’Marsaskala

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ anzjani li jgħixu fil-lokalità ta’ Marsaskala u l-etajiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Far – bini mill-INDIS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-bini li qed isir f’Ħal-Far mill-INDIS, kemm-il unit se jkun hemm? X' inhu l-kejl ta’ kull unit?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma hemm ebda xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej minnaha ta’ Indis Malta Ltd ghaddej fil-present gewwa l-qasam industrijali ta’ Hal Far. (Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7497 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 532, tat-Tlieta, 11 ta' Jannar 2022)

Ħal Far – bini mill-INDIS

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-units li qed jinbnew f’Ħal Far mill-INDIS ġewx allokati diġà jew għad iridu jiġu allokati? Jekk iva, lil liema kumpaniji ġew allokati u kif intgħażlu? Fuq liema mertu ġew jew se jiġu allokati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma hemm ebda xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej minnaha ta Indis Malta Ltd fil-present gewwa l-qasam industrijali ta’ Hal Far. (Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7498 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 532, tat-Tlieta, 11 ta' Jannar 2022)

Wied il-Għajn – traffic lights minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkunsidra li jsiru traffic lights fi triq il-ġdida li nfetħet dan l-aħħar minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet f’Wied il-Għajn li tibqa’ ħierġa għal Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn? Billi din it-triq tagħti dirett għan-nofs Triq il-Qaliet u billi Triq il-Qaliet hija sfortunatament magħrufa għall-sewqan eċċessiv, jaħsibx li traffic lights fejn din it-triq toħroġ għall-Triq il-Qaliet jistgħu jevitaw inċidenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, jidher li l-problema hija wahda ta’ sewqan eċċessiv u ghaldaqstant Traffic Lights ma jkunux is-soluzzjoni addatata. L-Awtorita’ tat-Trasport ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill lokali sabiex jiġu proposti signage u traffic calming measures skont il-bżonn.

Sptar Mater Dei – pazjenti bi gdim ta’ annimali eżotiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tul ix-xahar ta’ Novembru daħalx każ ta’ gdim ta’ animal eżotiku bħal tigra fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei matul ix-xahar ta’ Novembru kien hemm każ wieħed ta’ gdim ta’ animal eżotiku, fejn il-persuna sofriet minn korriment minuri.
Leg 13 PQ #23470 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn – isem ta’ triq ġdida li tagħti minn Triq il-Katakombi għal Triq il-Qaliet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkunsidra, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li t-triq il-ġdida li nfetħet u li tagħti minn Triq il-Katakombi għall-Triq il-Qaliet f’Wied il-Għajn, tissemma Triq il-Bur t’Isfel, Wied il-Għajn, kif kien magħruf ix-xagħri u l-għelieqi minn fejn għaddiet din it-triq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 21707.

Impact Assessment fuq Zoos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qed issir impact assessment dwar iż-Zoos f’Malta, x’tip ta’ assessment qed isir? Billi jien infurmat li l-aġenzija li qed tagħmel dan l-assesment diġà bagħtet għal xi sidien taż-zoos biex tisma’ l-verżjoni tagħhom, ma’ min aktar se tiltaqa’?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Impact Assessment li qed isir min-naħa tal-kumpanija li ġiet ingaġġata huwa sabiex jiġi evalwat l-impatt soċjali, ambjentali u ekonomiku tal-Liġi proposta dwar iż-żamma tal-annimali selvaġġi fi stabbilimenti żooloġiċi. Għalkemm l-ippjanar u l-metodoloġija li qed tintuża f’dan l-istudju qed isir min-naħa tal-kumpanija, minħabba li din il-Liġi tikkonċerna liż-żoos, il-kuntatt prinċipali huwa mistenni li jsir mas-sidien taż-żoos kif ukoll mal-Awtoritajiet kompetenti illi b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni ta’ din il-Liġi.

Impact Assessment fuq Zoos

Question

B’referenza għall-impact assessment li suppost qed isir dwar iż-Zoos f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jiġi konkluż u l-Gvern joħroġ white paper din id-darba finali dwar il-futur taż-Zoos f’Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Impact Assessment dwar iż-żoos qiegħed fl-aħħar stadju tiegħu u li r-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-kuntrattur fil-ġimgħat li ġejjin. Wara li dan jigi evalwat mill-uffiċċjala responsabbli, ikun jista’ jiġi propost l-Avviż Legali li ser ikun qed isaħħaħ ir-regolamentazzjoni ta’ zoos.

Kunsilli Lokali: Attivitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li matul is-sena 2019 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, organizzaw attivitajiet sportivi fil-lokalitajiet tagħhom? X’attivitajiet ġew organizzati u meta saru dawn l-attivitajiet?’

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni għalhekk ser tingħata f’xi seduta oħra.

Titjib fil-qagħda tat-tfal f’pajjiżna

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20861, jista’ issa l-Ministru jindika x’wettaq favur it-titjib tal-qagħda tat-tfal f’pajjiżna f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kumplessa u għadha qed tinġabar.

Minorenni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien in-numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li daħlu fi sptar isofru minn xi problema ta’ saħħa mentali fis-sena 2019 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 kien hemm 72 tifel u tifla taħt it-18-il sena li daħlu fl-isptar isofru minn xi problema ta’ saħħa mentali, fl-2020 23 filwaqt li matul din is-sena kien hemm 50. Minn dawn it-tfal, bejn l-2019 sal lum, 27 minnhom kienu ta’ nazzjonalita’ barranija.

Profili ta’ persuni b’diżabilità mill-impjegati tal-LEAP

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4359, jista’ l-Ministru jindika x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija l-687 persuni b’diżabilità mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

White Paper fuq iż-Zoos – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk wara li l-Gvern ħareġ white paper fuq iż-Zoos f’Malta li ġiet irtirata wara 24 siegħa, issa hux vera li appunta kumpanija biex tagħmel impact assessment taż-Zoos f’Malta? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-impact assessment u kemm se jiswa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li d-Dipartiment responsabbli mir-regolamentazzjoni taż-żoos appunta kumpanija sabiex isir Impact Assessment tat-tibdil fil-liġi fuq iż-żoos f’Malta. Il-kumpanija magħżula hija AIS Environment Ltd. u l-kuntratt se jkun jiswa €8,673 (VAT inkluż).

Appuntament għal podiatrist – każ ta’ anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li dawn iż-żewġ anzjani li d-dettajli dwarhom qed jingħataw separatament jingħataw appuntament għall-podiatrist f’Raħal Ġdid billi l-appuntament li kellhom kien għal 25 ta' Ottubru 2021 u dakinnhar filgħodu stess ċemplulhom fis-6.45am biex jgħidulhom li tħassar u ġie postponed għal Diċembru? Billi l-aħħar appuntament li kellhom kien f’Ġunju li għadda u fid-dawl li l-anzjan hu dijabetiku, jista’ jara li ġentilment l-appuntament isir fl-iqsar żmien possibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jiġi segwit.