Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li għandhom il-permess li jaħdmu barra l-ħabs? X'tip ta' xogħol qegħdin iwettqu u f'liema lokalità qegħdin jaħdmu? min qed jagħmilhom sorveljanza sabiex ma jkunx hemm abbużi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' Tuk Tuk fil-lokalità ta' Wied il-Għajn billi din il-lokalità kibret ħafna u hemm anzjani li għandhom bżonn dan is-servizz urġenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, għaddejjha bit-tħejjijiet biex is-servizz tas-Silver T jiġi offrut fuq livell nazzjonali, fl-irħula kollha ta’ Malta u Għawdex. Qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex jiġi ffinalizzat u ppublikat it-tender marbut ma’ dan, sabiex finalment is-servizz jinfirex mal-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet sportivi mmirati partikolarment għall-persuni b'diżabilità qed jiġu organizzati fil-preżent? Jista' jgħid kif wieħed jista' japplika sabiex jieħu sehem f'dawn l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed jiġu organizzati attivitajiet sportivi mmirati partikolarment għall-persuni b'diżabilità intellettwali minn Special Olympics Malta bis-sostenn ta’ SportMalta u bla ħlas għall-parteċipanti. It-taħriġ jibda minn livell bażiku sa dak kompetittiv, b’diversi opportunitajiet f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Is-sessjonijiet isiru f’diversi faċilitajiet mit-Tnejn sas-Sibt fl-isport tal-atletika, għawm, bocce, bowling, żfin, ċikliżmu, fitness, floorball, football, golf, ġinnastika, table tennis, waterpolo u l-programm Young Athletes. Parteċipanti b’diżabilità fiżika jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet OnTheMove organizzati minn SportMalta.
Sabiex jieħu sehem f'dawn l-attivitajiet, wieħed jista' japplika permezz tas-sit uffiċjali ta' SportMalta, is-sit ta’ Special Olympics jew permezz ta’ Servizz.Gov.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11525, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Ċentru għar-Riżorsi tal-Familja f'Wied il-Għajn? Jekk le, meta fl-aħħar se jiġi mwaqqaf formalment dan iċ-Ċentru għall-benefiċċju tan-numru kbir ta' residenti li joqogħdu f'din il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellat għat-tweġiba parlamentari numru 6469.
B'referenza għall-diversi e-mails mibgħuta lill-Prim Ministru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema e-mails ġew ikuppjati wkoll lill-persuni oħra fosthom lili, jista’ l-Prim Ministru jgħid talabx il-pulizija tinvestiga dan il-każ fid-dawl li f'dawn l-e-mails hemm allegazzjonijiet serji li jista’ jkunu wkoll ta’ natura kriminali, billi jien infurmat li sa meta qed nagħmel din il-mistoqsija jiġifieri sal-Ħadd 2 ta' Frar dan l-individwu għadu ma ġiex ikkuntatjat mill-pulizija? Jekk il-Prim Ministru għadda l-każ lill-pulizija, jista’ jgħid meta għamel dan? Jekk m'għaddiex il-każ lill-pulizija għaliex m'għamilx dan meta f'din l-e-mail hemm allegazzjonijiet serji ħafna? X'passi ħa l-Prim Ministru biex din il-familja tingħata protezzjoni minħabba li kif intqal fl-e-mails dan l-individwu qed jibża’ li issa hemm riskju li ssir xi ħaġa lilu jew lill-familja tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din intbgħatet lill-Pulizija biex jinvestigaw.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jinbidlu t-tappieri kbar li hemm fit-Triq Alfred Cachia Zammit fiż-Żejtun minħabba li kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqhom, dawn qed jagħmlu ħafna ħsejjes minħabba li niżlu ’l isfel? Billi ħaddiema marru jagħmlu l-lastku aktar minn darba u kull darba dan qed jitqatta’ wara ftit, minħabba l-mod kif it-tappieri sfrundaw ’l isfel u peress li rċevejt diversi ilmenti li din it-triq, li hi tant traffikuża, li r-residenti ma jistgħux jorqdu minħabba l-ħsejjes kbar li qed jagħmlu dawn it-tappieri kull darba li tgħaddi karozza, jista’ l-Ministru ġentilment jara li jiġu rranġati jew mibdula kif ġew imwiegħda dawn ir-residenti? Wara li din it-triq damet snin biex titlesta u din il-problema nħolqot wara li t-triq ġiet irranġata, jista’ l-Ministru jintervjeni biex isir ix-xogħol meħtieġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma iwweldjat it-tappieri fil-jiem li għaddew u allura ma hemmx aktar ħsejjes.
Jista’ l-Ministru jara li jinbidlu t-tappieri kbar li hemm fit-Triq Alfred Cachia Zammit fiż-Żejtun minħabba li kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqhom, dawn qed jagħmlu ħafna ħsejjes minħabba li niżlu ’l isfel? Billi ħaddiema marru jagħmlu l-lastku aktar minn darba u kull darba dan qed jitqatta’ wara ftit, minħabba l-mod kif it-tappieri sfrundaw ’l isfel u peress li rċevejt diversi ilmenti li din it-triq, li hi tant traffikuża, li r-residenti ma jistgħux jorqdu minħabba l-ħsejjes kbar li qed jagħmlu dawn it-tappieri kull darba li tgħaddi karozza, jista’ l-Ministru ġentilment jara li jiġu rranġati jew mibdula kif ġew imwiegħda dawn ir-residenti? Wara li din it-triq damet snin biex titlesta u din il-problema nħolqot wara li t-triq ġiet irranġata, jista’ l-Ministru jintervjeni biex isir ix-xogħol meħtieġ?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid hekk il-kuntratt għar-reklam mal-Manchester United Football Club ġiex innegozjat dirett mill-Gvern Malti mal-Manchester United jew permezz ta’ kumpanija oħra? Jekk iva, din il-kumpanija hija Maltija jew barranija? Jekk iva, min hi din il-kumpanija u kemm tħallset?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-kunratt ġie nnegozjat dirett mill-Gvern Malti.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-kuntratt mal-Manchester United Football Club swiex madwar €20 miljun? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux aktar jew anqas? Billi dawn huma flus il-poplu ma jaħsibx li m'għandux jibqa’ sigriet? X'obbligazzjonijiet għandha l-Manchester United Football Club?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk uffiċjal tal-LESA jridx jiffirma kif ukoll jirreġistra n-numru tiegħu, meta jħalli ċitazzjoni mal-iscreen tal-karozza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Kontravenzjonijiet li jitwaħħlu mal-iscreen tal-karozza u li jkunu maħruġin mill-Uffiċjali tal-Komunità, ikun fihom stampat in-numru tal-Uffiċjal tal-Komunità, kif ukoll spazju apposta fejn il-kontravenzjoni tiġi ffirmata mill-uffiċjal li jkun ħareġ iċ-ċitazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-mediċina Folic Acid ilha, skont ma jien infurmat, madwar tliet xhur out of stock mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-folic acid mhuwiex out of stock.
Jista’ l-Ministru jara li tissewwa tappiera li niżlet ’l isfel fi Triq tal-Barrani fin-naħa ta’ Bir id-Deheb south bound għax qed tkun ta’ periklu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Infrastructure Malta li diġà sar xogħol temporanju biex tneħħew riskji ta’ periklu jew aktar ħsarat u qed jiġi ppjanat biex isiru tiswijiet permanenti fiż-żmien li ġej.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Persuni b’Diżabilità jistennew akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12031 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilhom jistennew biex jingħataw post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali huwa ta’ 83.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12032 u jindika kemm huwa n-numru ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hawn f’pajjiżna fil-preżent u f’liema lokalitajiet qegħdin jgħixu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2018 kien hemm 14,301 persuna li u¿at is-servizzi tas-saħħa mentali ġewwa Malta u Għawdex.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’taħriġ ingħata lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali matul is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Meta u fejn sar dan it-taħriġ u kemm impjegati attendew għal dan it-taħriġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 u fl-2019 it-taħriġ li ngħata lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dan it-taħriġ ingħata fiċ-Ċentru għat-Taħriġ tal-isptar Monte Carmeli.
2018
Suggett dwar xiex ingħata it-taħriġ
Jannar
Motivation at the place of Work
Frar
Information session re; UZURA delivered by Caritas
Marzu
De-briefing delivered by ESP personnel
April
Preventing Medical Errors
Mejju
Substance Abuse
Ġunju
The importance of Nursing Documentation
Awwissu
Perinatal Mental Health
Settembru
Nutrition
Ottubru
Motivational Interviewing
Novembru
Therapeutic Relationship
Diċembru
Holistic Counselling
2019
Frar
Perinatal Mental Health
Marzu
The presence of the Psychiatric Nurse in the Community
April
Narratives of Lived Experiences
Mejju
Expressive Healing Art
Settembru
Assertiveness
Ottubru
Cognitive Behavioural Therapy in Mental Health
(dan it-taħriġ ingħata fid-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-isptar Monte Carmeli
)
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħa dan il-Gvern sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna speċjalment kriminalità kontra familji vulnerabbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-Pulizija tieħu l-miżuri kollha sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna fir-rigward ta’ kull persuna li tinstab f’dawn il-gżejjer. Għal raġunijiet ovvji ma nħossx li jkun prudenti li tingħata informazzjoni dwar miżuri u kif il-pulizija tikkordina l-ħidma tagħha għal dan il-għan. Nirreferi però għad-dokument dwar Crime Prevention Strategy għal dawn il-Gzejjer 2017-2021 liema dokument hu aċċessibli fuq l-internet.
Persuni b’Diżabilità jistennew akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilhom jistennew biex jingħataw post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hawn f’pajjiżna fil-preżent u f’liema lokalitajiet qegħdin jgħixu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-assistenza finanzjarja mogħtija fil-preżent lill-persuni b’diżabilità sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw assistenti personali u jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni b’diżabilità jistgħu jibbenefikaw minn sussidju ta’ €6.50 fis-siegħa permezz tal-Iskemi Independent Community Living u l-Personal Assistant Fund. Din l-għajnuna finanzjarja qiegħda tingħata lill-persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn jimpjegaw assistent personali waqt illi jkunu għadhom qed jgħixu fil-komunità. Kull każ riferut lill-Aġenzija Sapport, jiġi assessjat minn bordijiet indipendenti rispettivi. Kull każ jiġi trattat skont il-ħtiġijiet tal-klijent.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali: Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk is-servizzi li l-15,322 persuna rrikorrew għalihom u li għamlu użu mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) matul is-sena li għaddiet? Kemm hemm persuni oħra li għadhom fil-lista ta’ stennija sal-ġurnata tal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif kollu mitlub minnu jinsab fit-tabella, kif ġej;
SERVIZZ
Numru ta’ Każijiet
Servizz ta' Ħidma Soċjali Sptar Mater Dei (MDH)
3121
Intake and Family Support Team (IFSS)
1366
Servizz Vjolenza Domestika (DVU)
1007
Protezzjoni tat-Tfal (CPS)
752
Sir Anthony Mamo Oncology Centre ( SAMOC Adults)
577
Looked After Children (LAC)
483
Adozzjoni - Pre-adoption
346
Children and Young Persons Services (CYPS)
292
Qawra Community Service (QCS)
289
Servizz ta Ħidma Soċjali mar-Residenti f'St Vincent de Paule (SVDP – Residential)
288
Supervizjoni waqt Aċċess tat-Tfal (SAV's)
266
Fostering
244
Cottonera Community Service (CCS)
240
Benniena
231
Adozzjoni - Post-adoption
225
Embark for Life (E4L)
191
St Vincent de Paule - Servizz fil-kommunita (SVDP – Community)
173
Birkirkara Community Service (BCS)
172
Youth in Focus (YIF)
167
Centru tas-Saħħa Qormi (QHC)
165
Courts Services Appogg
165
Valletta Community Service (VCS)
150
Programm Ulied Darna (PUD)
145
Managing Abusive Behaviours Service (MABS)
119
Msida Community Service (MCS)
115
Poalo Freire Institute (PFI)
86
Primary health Service
86
Għabex Xelter għall-Vittmi ta' Vjolenza Domestika
55
High Support Service (HSS)
41
Program ta' matul il-jum għal Adoloxxeti (ADP)
21
Residential Home Services (RHS)
12
SMOPU
1055
DCT
571
AGCT
450
Servizz Psikoloġiku (PSS)
416
Dar l-Impenn (SMIPU)
234
Servizz ta Therapija mal-familji (FTS)
283
Assessment and Stabilisation Unit (ASU)
63
Kommunità Santa Marija (KSM)
40
Courts Services Sedqa
104
Your Parenting Journey
13
Home Based Therapeutic Services
503
Numru Totali ta’ Każijiet
15322
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi l-każijiet imsemmija fit-tabella, jirriflettu n-numru totali ta’ każijiet li taħdem magħhom l-Fondazzjoni u mhux in-numru ta’ individwi b’mod rispettiv. Il-każijiet infushom jistgħu jkunu jikkonsistu f’aktar minn individwu wieħed u kull individiwu jista’ jkollu aktar minn każ wieħed miftuħ mal-Fondazzjoni, skont is-servizzi li jkun riferut jew applika għalihom.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta’ stennija sal-aħħar ta’ Settembru 2019, għal kull servizz illi toffri il-Fondazzjoni, hija kif ġej:
Servizz
Waiting List
sal-aħħar ta’ Settembru 2019
CPS - Families
66
CPS - Children
114
Human Trafficking
0
Intake and Family Support Service
30
Domestic Violence Unit
113
Ghabex
0
Managing Abusive Behaviour
0
Child-to-Parent Violence
3
Specialised Fostering
16
High Support Services
9
Mater Dei Hospital
0
Benniena
12
Paediatrics
0
Sir Anthony Mamo Oncology Centre
(SAMOC - ex Boffa)
27
Primary Health Care
0
Qormi Health Centre
9
Children-and-Young-Persons Service
0
Mtarfa Mental Health
0
Floriana health centre
0
St. Vincent de Paule Residence – Residential
0
St. Vincent de Paule Residence – Community
-
Gozo General Hospital
0
Generic Social Work Gozo
0
Looked-After-Children Gozo
0
Fostering Gozo
0
Fostering Non-Related
8
Fostering Next-of-Kin
0
Adoption - Prospective Adoptive Parents
0
Adoption - Post Adoption
0
CCS - Homestart
8
Gozo - Homestart
0
Programm-Ulied-Darna (General)
9
Programm-Ulied-Darna (Proġett Tereża)
0
Looked-After-Children Service
19
Court - Assessment
6
Court - Monitoring
3
Supervised Access Visits Service
17
Youth-in-Focus Service
14
Embark-for-Life (E4L)
7
Hotline
0
Helpline
0
Supportline 179
0
Santa Venera Residence
-
Adolescent Day Programme
0
Residential Home Services
11
Warm Haven
0
Safe Haven
0
Social Contracts
3
Alcohol and Gambling Community Team (AGCT) - Alcohol
7
AGCT - Gambling
2
Courts
0
Drugs Community Team
33
Family Services
21
Psychological Services - Children
12
Psychological Services - Adolescents
4
Psychological Services - Adults
41
Substance Misuse Outpatients Unit (SMOPU)
4
Substance Misuse Inpatients Unit (SMIPU/ Dar l-Impenn)
0
Residential Komunita' Santa Marija
-
Assessment and Stabilisation Unit
-
Residential Phase 1 - ex-ASU - Alcohol
3
Residential Phase 1 - ex-ASU - Drugs
15
"Your parenting journey" programme
-
Co-Parenting Course
35
Positive Parenting Course
70
Home Based Therapeutic Service
20
Cottonera Community Service
8
Msida and Birkirkara Community Service
5
Qawra Community Service
8
Valletta Community Service
3
Mosta Community Service
7
Zabbar Community Service
-
Paolo Freire Institute
8
LEAP North Region
2
LEAP Southern Harbour
10
LEAP Northern Harbour Region
16
LEAP West Region
5
LEAP South Region
11
LEAP (Correctional Services Agency)
7
Incredible Years
15