Ftuħ ta’ Skolasajf – konsultazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jsemmi l-persuni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li qed jikkonsulta magħhom fuq il-ftuħ ta’ Skolasajf? Billi l-frazi “Awtoritajiet tas-Saħħa” hi frażi vaga wisq jista’ jkun aktar speċifiku u jgħid speċifikament ma’ min qed jikksonsulta sabiex il-ġenituri jkollhom moħħhom aktar mistrieħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) qed titħejja għal eventwalitajiet varji f’qafas ikkordinat fuq livell Ministerjali. Il-Ministeru qed isegwi u jikkonsulta lis-Suprentendenza tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14479 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern f’din il-Leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern inklużi s-sodod mixtrija mill-Gvern f’din il-Leiġislatura jammontaw għall-2,050.
Aġenzija Appoġġ — assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14480 u jgħid: Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-weġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14481 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11625 bid-data tal-21 ta’ Ottubru, 2019, jista’ l-Ministru jindika meta se jibda x-xogħol bżonnjuż ħafna tal-Proġett Vajrita speċjalment meta hemm lista twila ta’ stennija ta’ 291 persuna li jixtiequ s-servizz tad-Djar Residenzjali u aktar minn 159 persuna li jixtiequ jagħmlu użu mis-Servizzi ta ’ Matul il-Jum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport ħarġet it-tieni sejħa għall-offerti għal xogħlijiet ta’ twaqqiegħ u skavar tal-binja ġewwa Wied il-Għajn magħrufa bħala Vajrita’ u bħalissa qed tilqa’ s-sottomissjonijiet għal dan ix-xogħol. Dan wara li ħadd mill-kuntratturi li ssottomettew l-offerta tagħhom fl-ewwel sejħa ma nstab li kien jissodisfa l-kriterji tas-sejħa.
Ix-xogħol fuq dan il-Proġett ikun jista’ jibda meta jkun hemm kuntratt milħuq bejn l-Aġenzija Sapport u kuntrattur li jissodisfa l-kriterji kollha stipulati fis-sejħa.
Sptar Mater Dei — tfal li ddaħħlu l-isptar bi ġrieħi gravi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14482 u jindika n-numru ta’ tfal li ddaħħlu għall-kura fl-Isptar Mater Dei jsofru minn ġrieħi gravi matul dawn l-aħħar tliet snin? X’kienu l-kawżiet li dawn it-tfal kellhom jidħlu fl-Isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 443 tfal (sa sittax il-sena) li ddaħħlu għall-kura fl-isptar Mater Dei jsofru minn ġrieħi gravi, fl-2018 540 u fl-2019 398. Dawn it-tfal iddaħħlu l-isptar għall-kura wara li kienu nvoluti f’inċidenti bil-vetturi, waqgħat, korrimenti fir-ras, ħruq, ksur, polytrauma, blast injuries, abdominal injuries u lacerated wounds.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14483 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u ċjoè: Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet fil-Qorti fejn ġenituri ġew imċaħħda li jiltaqgħu ma’ uliedhom minħabba xi raġuni jew oħra?’
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fir-rigward ta’ kemm kien hemm każijiet fil-Qorti fejn ġenituri ġew imċaħħda li jiltaqgħu ma’ uliedhom minħabba xi raġuni jew oħra, dawn ikunu mogħtija permezz ta’ digrieti in atti u għaldaqstant mhuwiex possibli biex tali informazzjoni tiġi miġbura mis-sistema tal-Qorti.
Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il-ħaddiema tal-vapuri tal-Captain Morgan li għandhom l-immigranti fuqhom humiex qed jitħallsu mill-gvern? Jekk iva, x’inhi s-somma ta’ ħlas li qed jingħataw kuljum is-sidien?
Aġenzija Appoġġ — assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal
Question
Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11625 bid-data tal-21 ta’ Ottubru, 2019, jista’ l-Ministru jindika meta se jibda x-xogħol bżonnjuż ħafna tal-Proġett Vajrita speċjalment meta hemm lista twila ta’ stennija ta’ 291 persuna li jixtiequ s-servizz tad-Djar Residenzjali u aktar minn 159 persuna li jixtiequ jagħmlu użu mis-Servizzi ta ’ Matul il-Jum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei — tfal li ddaħħlu l-isptar bi ġrieħi gravi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ tfal li ddaħħlu għall-kura fl-Isptar Mater Dei jsofru minn ġrieħi gravi matul dawn l-aħħar tliet snin? X’kienu l-kawżiet li dawn it-tfal kellhom jidħlu fl-Isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Fl-1 ta’ April ġurnalista tat-Times li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, irrapurtat hekk: “li kienu qed isiru sforzi biex jiġu ingaġġati nurses mill-Indja. In-nurses kellhom jinżammu l-ewwel erbatax-il jum kwarantina f’Malta u fl-istess żmien jirċievu t-taħriġ meħtieġ dwar il-COVID-19”. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ eventwalment kellu jieqaf minħabba l-mod kif żviluppat il-pandemija. Għaldaqstant jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jirreferi għall-avviż/sejħa ta’ reklutaġġ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li deher f’media internazzjonali u anki fuq sezzjoni ta’ media lokali, u jgħid kellux x’jaqsam b’xi mod ma’ dan ir-reklutaġġ ta’ nurses Indjani u jekk iva jgħid kif kellu x’jaqsam?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa ma kellu x’jaqsam xejn mal-avviż anness separatament.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni li weħlu l-ħabs minħabba stupru f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienet is-sentenza mogħtija lilhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li weħlu l-ħabs minħabba stupru f’dawn l-aħħar tliet snin u sat-28 t’April kien ta’ sbatax (17). Is-sentenza mogħtija lilhom hija kif tidher hawn taħt:
3 snin sa inqas minn 5 snin 5
5 snin sa inqas minn 10 snin 7
10 snin sa inqas minn 20 sena 1
20 sena u iktar 2
Ordni ta’ Protezzjoni taħt l-Artiklu 412c tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta 1
Miżmuma fl-MCH skont l-Art. 402(4) u 623 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta 1
It-Tielet Distrett – Rapporti relatati ma' Vjolenza Domestika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13643 u jindika kemm daħlu rapporti għand il-Pulizija relatati ma’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet tat-Tielet Distrett fis-snin 2017, 2018 u s-sena l-oħra b’mod separat u lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti relatati ma’ vjolenza domestika li saru mal-Pulizija fil-lokalitajiet tat-Tielet Distrett u cioe Marsaskala, iz-Zejtun, Marsaxlokk u Hal-Għaxaq fis-snin 2017, 2018 u 2019, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Lokalita
2017
2018
2019
Total
Marsaskala
37
66
77
180
Zejtun
53
45
57
155
Marsaxlokk
22
13
11
46
Hal-Għaxaq
11
26
17
54
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid għaliex f’Marsaskala, fejn hemm aktar minn 13,000 resident fix-xitwa m’għandhomx Ċentru tas-Saħħa meta jidher li hemm xi artijiet tal-Gvern fejn dan iċ-Ċentru jista’ jinbena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa qabel ma kien hawn is-sitwazzjoni kurrenti tal-Covid 19 fejn kellhom saħansitra temporanjament jingħalqu l-bereġ, ir-residenti kienu qegħdin jingħataw servizzi mill-berġa tal-istess lokal.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li daħħlu l-ħabs
Question
Billi jidher li kien hemm 19-il persuna li ddaħħlu l-ħabs fil-ġimgħa s-sena l-oħra, jista’ l-Ministru jindika fuq liema reati dawn il-persuni ġew ammessi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ reati li dawn il-persuni ġew ammessi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta’ flus li ntefqu fuq il-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ‘l fuq minn €600,000 intużaw mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru.
Ta’ min infakkar illi fl-aħħar snin, il-Gvern kompla jsaħħaħ din il-Kummissjoni fil-ġlieda tiegħu kontra l-pjaga soċjali tal-vjolenza domestika. Infatti, il-budget allokat matul din is-sena żdied b’aktar minn 70% fuq is-sena ta’ qabel, filwaqt illi għall-ewwel darba ħtarna Kummissarju fuq bażi full time.
Qed jinżamm djalogu ma’ Għaqdiet Volontarji u Stakeholders oħra fis-settur biex il-Gvern dejjem jibqa’ qrib ta’ dak kollu li qed jiġri f’dan is-settur. Saru wkoll numru ta’ proġetti, kif ukoll l-attivitajiet annwali tas-16-il ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Fiċ-ċirkostanzi preżenti tal-COVID-19, il-Gvern kompla jsaħħaħ l-assistenza legali bla ħlas lill-vittmi tal-vjolenza domestika. Dan joħroġ mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li dan il-Gvern ħadem bla heda għaliha b’konvinzjoni u li addotta fl-2017.
Qasam tas-Saħħa Mentali – Taħriġ lil staff/professjonisti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11845, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti risposta dwar it-taħriġ fuq bażi annwali li jingħata lill-istaff/professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2019 ngħata diversi opportunijiet u taħriġ lill-istaff/professjonisti f’diversi oqsma u suġġetti dwar is-saħħa mentali. Fost dawn kien hemm:
Training Analysis exercise,
Motivational Interviewing, Vicarious Trauma Stress and Burnout, CBT and its implications to mental health, Assertiveness, Elderly Abuse, Holistic Counselling, This is me: Narratives of Lived Experiences, Seeing the person in the patient, Perinatal Mental Health, De-escalation and Physical Intervention training, refresher training
gewwa l-Ingilterra
f’advanced de-escalation and physical intervention techniques
,
Workshops Mental Health Strategy, Synthetic Drugs lecture, Clinical Supervision
għal infermiera f’sala partikolari
, Reintegration of Migrants, Team Building: Care, Cooperation, Commitment, Masterclass in EMDR, EMDR Consultant Course, Mirror Therapy for Eating Disorders, First Aid course, Dialectical Behavioural Therapy Part II, Allied Health Intake Training, Fire and Safety training, Ongoing Sensory Integration Training
, hemm ukoll xi professjonisti illi bħalissa qed jagħmlu l-
Masters
u kif ukoll qed ikompli jingħata taħriġ għar-rekluti ġodda;
Induction Week for new Recruits
u
Preceptorship New Recruits.
It-Tielet Distrett – Rapporti relatati ma' Vjolenza Domestika
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm daħlu rapporti għand il-Pulizija relatati ma’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet tat-Tielet Distrett fis-snin 2017, 2018 u s-sena l-oħra b’mod separat u lokalità b’lokalità?