Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Appoġġ — Assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14772, 14615 u 14480 u jgħid: Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.

Sptar Monte Karmeli — admission ta' pazjenta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ġiet admitted l-Isptar Monte Karmeli l-pazjenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar is-Saħħa Mentali huma fis-seħħ, informazzjoni personali kif qed jitlob hu ma tistax tingħata sakemm ma jingħatax permess speċifiku mill-pazjent innifsu jew mill-carer responsabbli maħtur mill-pazjent innifsu.

Pjan ta' kura għas-Saħħa Mentali ta' pazjenta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarx pjan ta' kura kif titlob il-liġi tas-saħħa mentali dwar il-kura li kellha tieħu l-pazjenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid jekk dan il-pjan ġiex approvat mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali? Meta ġie sottomess dan il-pjan ta' kura u meta ġie approvat il-pjan mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 14850.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – għażla ta’ persuna ta’ fiduċja minn pazjenta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jinvestiga li l-pazjenta li isimha qed jintbagħat separatament, meta ġiet biex tagħżel il-persuna ta’ fiduċja tagħha, kif titlob il-liġi dwar is-saħħa mentali, ġietx influwenzata fl-għażla tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allegazzjoni magħmula minnu għaddiet għand il-Kummisarju għas-Saħħa Mentali.

Aġenzija Appoġġ — Assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14615 u 14480 u jgħid: Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-weġiba se tkun qed tinghata waqt seduta oħra.
Leg 13 PQ #14825 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq għall-bajja tax-Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat kbir

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14642, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li dan il-blat kbir li waqa fil-passaġġ tax-Xatt l-Aħmar ilu li waqa u mblokka l-passaġġ, għadu se jiġi sottomess Environment Permit lill-ERA meta qegħdin fis-sajf? Għaliex din it-talba ma saritx qabel meta ilhom isiru rapporti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14642.
Leg 13 PQ #14826 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq għall-bajja tax-Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat kbir

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14642, jista' l-Ministru jindika meta se jitneħħa dan il-blat li qed jimblokka il-passaġġ tax-Xatt l-Aħmar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blat ser jitneħħa hekk kif ikollna l-permessi neċessarji.

Captain Morgan — Ikel u Provvisti provduti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14641 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk l-ikel u xi provisti oħra li ġustament qed jiġu pprovduti lill-immigranti irregolari fuq il-Captain Morgan, humiex qed jiġu pprovduti mill-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jassigura li l-immigranti jkollhom il-provvisti meħtieġa.

Captain Morgan — ħlas ta fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14640 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk il-fuel għall-vapuri tal-Captain Morgan li għandhom fuqhom l-immigranti rregolari, hux qed jitħallas mill-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-fuel jitħallas mill-kumpanija msemmija.

Captain Morgan – ħlas tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14639, fejn ġejt irreferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14208, jista’ l-Ministru jwieġeb dak li staqsejt u jgħid min qed iħallas l-ekwipaġġ tal-Ewropea 11, jekk hux il-Gvern jew il-Kumpanija Captain Morgan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ekwipaġġ tal-vapur huwa responsabbilita’ tal-kumpanija.

Inċidenti tat-traffiku – persuni li ddaħħlu l-isptar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba li kellhom inċidenti fatali bil-karozzi tagħhom u mietu minħabba li ma kenux lebsin is-‘seat belt’?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tad-Djar – assessments mis-social workers

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux assessments iddettaljati mis-social workers tal-Awtorità tad-Djar tal-2,602 persuna li qed jitolbu biex isibu post fejn joqogħdu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li fuq l-ammont imsemmi mill-Onor. Interpellant, digà saru 1,335 assessment sa mis-sena 2015. Ta’ min jgħid li mis-sena 2018, tali assesjar beda jsir fl-indirizz li jiġi mogħti fl-applikazzjoni.

Persuni li għadhom fuq l-assistenza soċjali — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir fil-prattika sabiex dawk il-persuni li għadhom fuq l-assistenza soċjali jiġu mħeġġa biex isibu mpjieg? X’inhuma l-kawżiet prinċipali fejn dawn il-persuni ma’ jistgħux jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li permezz ta’ Baġits suċċessivi, b’mod partikolari dawk għas-snin 2014 u 2015, il-Gvern introduċa l-iskema tat-Tapering tal-Benefiċċji għal dawk il-persuni li jiddependu mill-Assistenza Soċjali. Bis-saħħa ta’ din l-iskema, dawk li jkunu fuq l-Assistenza Soċjali għal aktar minn sena (inizjalment il-perjodu kien sentejn iżda eventwalment kien tnaqqas għal sena sabiex aktar persuni jiġu mgħejjuna) ma jitilfux il-ħlas kollu tal-Assistenza immedjatament malli l-persuna issib ix-xogħol iżda jonqos gradwalment fuq perjodu ta’ 3 snin. Barra minn hekk, ġie ntrodott ukoll l-In-Work Benefit sabiex jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk il-persuni li jkunu diġa’ f’impjieg, jew dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba u li jkollhom tfal dipendenti taħt it-23 sena. Lil hinn minn problemi ta’ mard personali jew fil-familja jew problemi oħra soċjali li jistgħu jipprojbixxu lil dak li jkun milli jidħol fid-dinja tax-xogħol, ħafna drabi dawn il-persuni kull ma jkollhom bżonn huwa inkorraġġiment u appoġġ biex jagħmlu l-pass meħtieġ biex jitilqu minn fuq id-dipendenza soċjali u jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Huwa propju dan li għamel il-Gvern fl-aħħar snin tant illi dawn il-miżuri għinu sabiex dawk li jiddependu mill-Assistenza Soċjali jonqsu b’aktar minn 50% mill-2012 ‘l hawn.

Servizz ta’ evalwazzjoni ta’ tfal bi problemi fl-iżvilupp

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta’ evalwazzjoni ta’ tfal bi problemi fl-iżvilupp li saru fis-snin 2018 u 2019? Hemm xi stennija għal dan is-servizz tant importanti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ evalwazzjoni ta’ tfal bi problemi fl-iżvilupp li saru fis-sena 2018 kien 5643 filwaqt li fis-sena 2019 kien 4804.

Kunsilli Lokali – ħlas bil-card u laqgħat “on demand”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li jaċċettaw ħlas bil-card? Liema wkoll huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-laqgħat tagħhom on demand?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra

Iż-Żejtun – Raħal t’isfel – Triq Sciortino – dar antika mwaqqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm il-permessi meħtieġa biex ġiet imwaqqgħa dar antika li jien infurmat li għandha aktar minn 400 mitt sena fi Triq Sciortino fir-raħal t’isfel taż-Żejtun? Hija infurmata l-Awtorità tal-Ippjanar li din id-dar antika ma waqgħetx waħedha imma twaqqgħet b’gaffa? X’se jinbena minflok din id-dar billi r-raħal t’isfel taż-Żejtun għandu karatteristiċi partikulari? Hemm permessi validi tal-bini billi x-xogħol għadu għaddej? Jista’ ġentilment iwieġeb il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se tinghata seduta ohra ghax ghada qed tingabar.
Leg 13 PQ #14640 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Captain Morgan – ħlas ta’ fuel

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il-fuel għall-vapuri tal-Captain Morgan li għandhom fuqhom l-immigranti rregolari, hux qed jitħallas mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14641 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Captain Morgan – ikel u provvisti provduti

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk l-ikel u xi provisti oħra li ġustament qed jiġu pprovduti lill-immigranti irregolari fuq il-Captain Morgan, humiex qed jiġu pprovduti mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14642 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq għall-bajja tax-Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat kbir

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jieħu passi dwar blat kbir li sfronda u imblokka t-triq li tieħu għall-bajja u l-kmamar li hemm fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem billi jien infurmat li diversi nies ppruvaw jgħaddu minn fuqu, b’riskju li setgħu jweġġgħu? Billi dan il-blat kbir, ilu li sfronda u għalaq l-aċċess għal parti sostanzjali mix-Xatt l-Aħmar, meta hemm il-ħsieb li dan jitneħħa ladarba l-kunsill lokali ma ħa ebda passi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex se jisottometti Environment Permit mal-ERA biex jitneħħa dan l-blat il-kbir.
Leg 13 PQ #14643 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ftuħ ta’ Skolasajf – social distancing

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment ifisser kif se jiġi aċċertat li jekk tiftaħ Skolasajf, ikun hemm is-social distancing ta’ żewġ metri, speċjalment waqt il-logħob u fil-każ ta’ tfal żgħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ministeru qiegħed jikkordina pjan ta' tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi. Dan qed isir mal-istituzzjonijiet inkluż l-FES, u qed issir konsultazzjoni mal-awtoritajiet konċernati tas-saħħa. It-tħejjijiet qed isiru għal xenarji varji li jista' jkun li nsibu wiċċna magħhom.