Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità – Home-Based Therapeutic Services

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħol li wettqet l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità permezz tal-Home-Based Therapeutic Services (HBTS) mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm hemm professjonisti jaħdmu fl-HBTS u xi professjoni jħaddnu? Kemm huwa n-numru ta’ familji li qed jibbenefikaw illum minn dan is-servizz?’

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #24699 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Numru ta' Anzjani li jgħixu f'Marsaskala – anzjani li jgħixu d-dar waħidhom

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24008, jista’ l-Ministru jindika kemm minn l-2,570 anzjan li joqogħdu f’Marsaskala qed jgħixu d-dar waħidhom? Kemm huwa wkoll in-numru ta’ dawn l-anzjani li għandhom aktar minn 75 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2020, il-popolazzjoni tal-lokalità ta’ Marsaskala kienet stmata li tammonta għal 15,579. Minn dan l-għadd, il-persentaġġ ta’ residenti li kellhom 75 sena u fuqhom kien ta’ 4.2 fil-mija. Ta’ min jinnota li informazzjoni f’iktar dettall, inklu¿ in-numru ta’ anzjani f’Marsaskala li jgħixu d-dar waħidhom, tkun disponibbli ġaladarba jkunu ppublikati r-riżultati taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021.

Tielet Distrett – servizzi mogħtija mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’servizzi qegħdin jingħataw mill-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Marsaskala – rapporti ta’ reati kriminali lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru u t-tipi ta’ reati kriminali rrappurtati lill-Pulizija f’Marsaskala mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali li ġew reġistrati fis-sistema komputerizata tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Jannar 2022, u li seħħew fil-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn, huwa ta’ elf mitejn u wieħed u disgħin (1291), kif jidher fit-tabella hawn taħt li turi it-tipi ta’ reati rrapurtati. Infurmat illi ħafna miz-zieda ta’ kazi relatati ma droga kienu skoperti, b’rizultat ta’ approcc proattiv mill-membri tal-Korp, specjalment waqt road blocks. Ir-rapporti ta’ kazi ta’ frodi zdiedu konsegwenza ta’ online fraud, li kif jaf kulhadd huwa difficli li wieħed jippreveni. Madankollu il-Pulizja qed tkompli bil-kampanji tagħha biex twissi lill-pubbliku bid-diversi mezzi ta’ scams, inkluz romance scams, biex kemm jista jkun ma jaqax fin-nasba ta’ certi elementi kriminali. Min naħa l-oħra, ammont sostanzjali ta’ serq setgħa u ġie prevenut, minħabba x-xogħol pulizjesk li qed jiġi mmirat, biex dan ir-reat jiġi mrazzan’. Tip ta’ Reat 2019 2020 2021 2022 (sa Jannar) Total Reati relatati ma ħruq 4 2 1 0 7 Attentat ta’ offizi 24 10 10 1 45 Feriti fuq il-persuna 15 18 29 0 62 Uzu ħazin ta’ computer 6 12 6 1 25 RReati kontra l-paci pubblika 0 0 1 0 1 Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja 0 0 2 0 2 Hsarat 98 92 85 11 286 Vjolenza Domestika 77 76 70 2 225 Reati relatati ma droga 2 9 26 0 37 Falsifikazzjoni 0 1 4 0 5 Frodi 20 22 61 9 112 Reati relatati ma immigrazzjoni – dokumenti 0 1 0 0 1 Hasil ta’ flus 0 0 1 0 1 Pornografija 1 0 0 0 1 E¿erċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 9 7 13 1 30 Prostituzzjoni 0 0 1 0 1 Offizi sesswali 6 2 4 2 14 Reati ta’ serq 156 119 117 7 399 Theddid u vjolenza privata 8 11 4 0 23 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 5 8 1 0 14 Total 431 390 436 34 1291

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità — Għajnuna lill-anzjani vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24500 u 24291 u ċjoè jindika n-numru ta’ anzjani vulnerabbli u x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija lil dawn l-anzjani f’dawn l-aħħar tliet snin mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Reġistru għall-microchipping tal-qtates

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24430 rigward il-microchipping tal-qtates filwaqt li naqbel li trid issir kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-microchipping obbligatorja tal-qtates domestiċi, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’ tip ta’ kampanja ta’ edukazzjoni qed issir biex animal lovers oħrajn bħali nkunu nistgħu nwasslu l-istess messaġġ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-microchipping tal-qtates għadu mhux obbligatorju, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qiegħed jieħu kull opportunità biex jeduka, jinforma, u jinkoraġixxi l-pubbliku biex jiċċippja l-qtates tiegħu. Il-pubbliku qed jiġi nfurmat ukoll li diġà teżisti l-possibbiltà li wieħed jiċċippja u jirreġistra l-qtates tiegħu. Il-kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-microchipping tikkonsisti f’parteċipazzjoni fi programmi fuq it-televiżjoni kif ukoll qed jingħataw dettalji dwar din l-inizzjattiva kemm fl-iskejjel kif ukoll fic-ċentri ta’ matul il-jum minn ufficjali tad-Direttorat.

Għawdex – Għajnsielem – annimali eżotiċi li nstabu f’residenza privata

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23983 dwar annimali eżotiċi li nstabu f’residenza privata f’Għajnsielem fejn il-Ministru kkonferma li kelb ġie ferut f’inċident allegatament b’gidma ta’ dawn l-annimali eżotiċi, jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma għaliex sal-lum dawn l-annimali eżotiċi għadhom għand l-istess sid u ma ġewx sekwestrati, meta dawn ma kenux illiċenzjati? Fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Animal Welfare u dawk tal-pulizija u hux se jittieħdu passi skont kif tipprovdi l-liġi? Jaħseb li post l-annimali eżotici mhuwiex fi djar privati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistru għall-microchipping tal-qtates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex ikun hemm reġistru għall-microchipping tal-qtates l-istess bħalma hemm tal-klieb? Fid-dawl li din kienet ukoll proposta tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet biex il-microchipping tal-qtates domestiċi jsir obbligatorju u jkun hemm reġistru biex min taħrablu qattus/qattusa pet ikollu aktar ċans li tinstab u tiġi ritornata għand sidha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara studju li sar sabiex jimplimenta miżura fil-Manifest Elettorali, kien ġie deċiż li kien hemm bżonn li l-pubbliku u l-entitajiet ikunu infurmati u edukati tajjeb qabel jiġi implimentat il-microchipping obbligatorju għall-qtates. Dan qiegħed isir mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-microchipping fuq bażi volontarja huwa possibbbli u r-reġistru diġa’ jinżamm mid-Dipartiment għas-Saħħa u Trattament Xieraq tal-Annimali, b’ hekk f’każ li jaħarbu xi qtates lis-sid, diġa hemm ic-ċans li meta jinstabu dawn jiġu rritornati għand sidhom.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità – għajnuna lill-anzjani vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24291 u jindika n-numru ta’ anzjani vulnerabbli u x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija lil dawn l-anzjani f’dawn l-aħħar tliet snin mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Żejtun — Triq Xrobb l-Għaġin - xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24239, tista’ l-Ministru ġentilment tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Xrobb l-Għaġin Żejtun? Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol li issa ilu li beda snin ilu b’detriment kemm għar-residenti,kif ukoll għall-bdiewa u raħħala li jużaw din it-triq u li konvint li l-Ministru tifhem bil-problemi ta’ dawn ir-residenti, bdiewa u raħħala?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fit-triq indikata jinkludi t-tqegħid ta’ servizzi varji ġodda b’tul ta’ 3.5 kilometri u wċuh ġodda tat-toroq li jammonta għal madwar 5000 metru kwadru. Ix-xogħol fuq dan il-proġett, li jinkludi toroq u partijiet oħra li jmissu ma’ Triq Xrobb l-Għaġin beda f’April tal-2019 u l-kuntratt oriġinali ġie tterminat wara diffikultajiet kuntrattwali li nqalgħu mal-kuntrattur oriġinali. Apparti minn hekk, is-sejbiet arkeoloġiċi fl-inħawi waslu għal iżjed dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett. Ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett huma mistennija jitlestew matul din is-sena.

Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali — rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienu r-rakkomandazzjonijiet li ressqu l-Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali ta u qed jagħti pariri primarjament fuq l-implimentatzzjoni tal-iStrateġija tas-Saħħa Mentali. Il-bord jagħti prijorita’ fuq liema servizzi għandhom jiġu msaħħa b’enfa¿i fuq is-servizzi li jingħataw fil-kommunita’, pariri fuq l-isptar Akut Psikjatriku Ġdid kif ukoll fuq l-immodernizzar ġewwa l-isptar Monte Karmeli. Bħalissa danl-bord ukoll qed jagħti l-pariri tiegħu dwar il-parteċipazzjoni tas-Servizzi għas-Saħħa Mentali f’Joint Action - ImpleMENTAL, li permezz ta’ dan il-proġett il-professjonisti se jingħataw taħriġ ta’ kif is-servizzi fil-kommunita’ jkomplu jiġu msaħħa u biex tinkiteb strateġija dwar il-Prevenzjoni mis-Suwiċidju f’Malta. Dan il-Bord qed jagħti wkoll l-pariri tiegħu fuq id-disinn u s-servizzi li għandhom jingħataw mill-isptar Temporanju Psikjatriku Akut.

Obeżità — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ispiża tal-obeżità f’dawn l-aħħar tliet snin? X’qiegħed isir biex tingħeleb din il-problema serja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant saru diversi kampanji u inizzjattivi biex titnaqqas l-Obe¿ita’f’pajji¿na matul dawn l-aħħar snin. Dawn jinkludu: Il-Programm ’Pi¿ Tajjeb tul Ħajtek!’:Bejn l-2019 u l-2021 tkompla l-programm nazzjonali tat-telf ta’ pi¿. Fi Frar, sar Breakfast Meeting għall-professjonisti fejn fih introduċejna l-materjal ġdid u ddiskutejna l-programm, waqt li rajna kif nistgħu ntejbu l-programmi fil-futur. Minħabba l-Covid 19, n-nutrizzjonisti fi ħdan id-Direttorat Għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, ħadmu biex seta’ jsir il-Programm tat-telf ta’ pi¿ online. Bejn Ottubru u Diċembru ngħataw bidu tlett programmi pilota u saret evalwazzjoni ta’ dan il-programm online biex ġie rrivedut. Dawn il-programmi online ssoktaw bil-ħidma tagħhom fis-sena 2021. Issoktaw ukoll il-programmi ta’ telf ta’ pi¿ għall-persuni bid-dijabete’ – dawn saru f’kollaborazzjoni mad-dipartiment tad-Dijabet’e fi ħdan l-Isptar Mater Dei. Ri¿orsi Ġodda: Bi preparazzjoni għall-kampanji nazzjonali sabiex titnaqqas il-problema tal-obe¿ita’, ġew mfassla fuljetti nformattivi dwar il-ħsara li jiġi kkaw¿at minn konsum għoli taz-zokkor (Qed tikkonsma wisq zokkor?) speċjalment ikel li jkun fih z-zokkor moħbi kif ukoll fuljett informattiv dwar l-importanza ta’ ikel għani fil-fibra sabiex jin¿amm il-pi¿ tajjeb kif ukoll li jħares is-saħħa. Saru kampanji fil-komunita’ u fuq il-postijiet tax-xogħol – dwar l-importanza tal-ilma u tal-ikel għani fil-fibra. Tnieda il-ktejjeb tar-Riċetti għall-BBQ u ta’ Ikel Bnin Għas-Saħħa kif ukoll ta’ ikel li fih i¿jed fibra . Fl-2019, inħarġu Linji Gwida dwar id-Dieta’ għat-Tfal Maltin bejn 6 xhur u t-3 snin. Dawn il-linji gwida jkomplu mal-linji gwida għall-etajiet oħra. Saret kampanja biex nippromovu dawn il-linji gwida fejn saru wkoll diversi seminars għall-ġenituri u għall-professjonisti tas-saħħa u għall-carers fin-nurseries. Fl-2019 tnehdew kampanji f’diversi postijiet tax-xogħol kif ukoll fil-komunita’ sabiex nedukaw dwar l-importanza tal-ikel nutrittiv, l-attivita’ fi¿ika u ¿-¿amma ta’ pi¿ tajjeb. Matul is-sajf saret kampanja fejn ukoll ingħatat importanza sabiex jinxtorob aktar ilma mingħajr zokkor mi¿jud u tqassam ktejjeb ta’ riċetti ġodda sabiex il-pubbliku jikkonsma aktar ikel bnin waqt il-BBQ’s fis-sajf. Saru ukoll diversi laqgħat fil-komunita’ u fl-iskejjel għall-ġenituri fejn in-nutrizzjonisti fi ħdan id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa ġew mitluba jagħtu informazzjoni dwar l-ikel, u d-daqs tal-porzjonijiet tal-ikel u ddiskutew kif wieħed jista’ jagħ¿el stil ta’ ħajja tajba sabiex jin¿amm l-pi¿ tajjeb. Kampanji fuq it-treddigħ: L-għan tal-kampanja kien li n¿idu t-tagħrif dwar it-treddigħ u l-beneffiċji tiegħu kemm għal omm u għat-tarbija. It-treddigħ inaqqas ir-riskju tal-obe¿ita’ fit-tarbija u matul il-ħajja. Fil 2019, saru ¿ewġ seminars, wieħed Malta u wieħed Għawdex. Saru ¿ewġ seminars online fl-2021 għal nisa tqal u l-partners tagħhom kif ukoll għal familji b’tarbija ġdid. Matul dawn is-seminars, ingħata informazzjoni dwar kif isir it-treddigħ u l-intoppi li jistgħu jinqalgħu u dwar l-ikel li jingħata lit-tarbija. Proġetti Ġodda: Proġett dwar il-Prevenzjoni tal-Pi¿ ¯ejjed fit-tfal tal-kindergarten – Toybox: Dan huwa proġett parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja bħala parti mill-Joint Action Chrodis+. Il-mira tal-proġett huwa li ntejbu l-imġieba ta’ tfal ta’ 3 u 4 snin f’erbgħa fatturi li jaffetwaw is-saħħa – ix-xorb tal-ilma, l-ikel u s-snacks sustanzju¿i, l-attivita fi¿ika u t-tnaqqis ta’ ħin bil-qegħda. Introduċejna wkoll sessjoni dwar is-saħħa tal-ħalq. Dan il-proġett sar fi tlettax il-skola tal-Knisja u erbatax il-skola indipendenti. 741 tifel u tifla pparteċipaw f’dan il-proġett. Dan sar matul is-sena 2018 u 2019. EUPAP: Malta qed tipparteċipa fil-proġett tal-Unjoni Ewropeja (EU-PAP). F'dan il-proġett l-attività fi¿ika qed tiġi promossa bħala mezz ta' kif għandha tiġi immaniġġjata il-kura ta' kundizzjonijiet mediċi speċjalment ta’ mard kroniku, bil-preskrizzjonijiet li huma pprovduti minn professjonisti tal-kura tas-saħħa li jaħdmu qrib il-pazjent. Matul is-sena saru laqgħat online mal-Grupp ta’ Tmexxija, dwar Komunikazzjoni u Tixrid, laqgħat ta’ aġġornament mal-koordinatur tal-proġett u laqgħat ta’ Implimentazzjoni tal-WP7. L-indikaturi li se jitkejlu f'Malta ġew deċi¿i u kkonfermati. Inħolqu u ġew stampati ri¿orsi li se jintu¿aw minn dawk li jippreskrivu matul l-implimentazzjoni. Ġew organizzati u mogħtija ¿ewġ sessjonijiet ta’ taħriġ għal General Practitioners u Fi¿joterapisti. F’Novembru, saret laqgħa mill-Grupp ta’ Tmexxija fi Brussell, li matulha ġie ppre¿entat il-progress ta’ Malta. L-implimentazzjoni tal-EUPAP se tibda fi Frar 2022. EUREMO- Proġett għall-immappjar tal-kontenut tan-nutrijenti fil-pajji¿i tal-Unjoni Ewropeja. Saru tħejjijiet għal seminar bħala parti minn proġett ta’ ġemellaġġ bejn Franza u Malta. Inġabret l-informazzjoni dwar eluf ta’ prodotti tal-ikel mibjugħa f’¿ewġ supermarkets f’Malta. Din l-informazzjoni ntbagħtet lit-tim tal-EUREMO għall-anali¿i u se tifforma l-ba¿i ta’ aktar ħidma relatata mar-riformulazzjoni tal-ikel u t-titjib tal-ikel. Ġowie – dan huwa ktejjeb bid-disinn fejn jista’ jingħata kuluri u fih storja addatata għat-tfal ¿għar sabiex nedukaw dwar l-imġieba tajba sabiex tin¿amm saħħa tajba u pi¿ tajjeb. Ġew iffinalizzati linji gwida għal min iħaddem, sabiex nindirizzaw is-saħħa tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol. Dan il-Ministeru huwa impenjat li jindirizza l-problema tal-obe¿ità permezz ta’ approċċ multidimensjonali. It-taħriġ tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa huwa wieħed mill-azzjonijiet prijoritizzati. Wara li l-kors dwar l-obe¿ità fit-tfal li sar fl-2017 kien suċċess, Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard reġa’ ngħaqad mal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obe¿ità (EASO) biex jagħti taħriġ multidixxiplinarju ta’ livell għoli fil-prevenzjoni u l-immaniggjar tal-obe¿ità tal-adulti lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa Maltin. Il-kontenut se jitwassal minn esperti minn madwar l-Ewropa. Inizzjattiva oħra kienet li l-canteens, vending machines u ħwienet tal-Isptar Mater Dei bdew jipprovdu ikel bnin u nutrittiv għall-ħaddiema, vi¿itaturi u pazjenti bl-istess mod. Ingħatat lista ta’ ikel permissibbli u mhux permessibbli wara diversi diskussjonijiet bejn professjonisti tas-saħħa mill-Isptar Mater Dei u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Ġie introdott kuntratt ġdid għall-provvista ta' ikel u xorb aktar b'saħħtu bba¿at fuq il-lista ta' ikel kemm permissibbli u dawk li mhumiex. Id-Direttorat jorganizza wkoll kampanja The Lunch Box li tinkludi drama indirizzata lit-tfal ta’ bejn il-5 u l-10 snin li biha jintu¿aw karattri differenti (lebsin kostumi- Karmenu, Ganni u Bettina) biex jispjegaw l-importanza ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u attività fi¿ika. Wara din id-drama ta’ 20 minuta, tqassam ktieb tar-riċetti flimkien ma’ ktieb tat-tpinġija (fuq il-frott u l-ħaxix) lill-ġenituri biex ikollhom ideat kif iħejju ikliet ta’ skola b’saħħithom flimkien mat-tfal tagħhom. Membri mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard huma kontinwament involuti fl-edukazzjoni tal-pubbliku permezz tal-outreaches, programmi tat-televi¿joni u tar-radju, midja soċjali u fuljetti informattivi filwaqt li twaqqaf ukoll helpline dwar in-nutrizzjoni sabiex tindirizza kwalunkwe mistoqsija mill-pubbliku. L-ispi¿a għall-kampanja dwar l-Obe¿ita’ fl-2019 kienet €68, 021.00, fl-2020 €63, 525.52 u fl-2021 €84, 891.53.

Djar tal-anzjani u persuni b’diżabilità – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm matul dawn l-aħħar sentejn fid-djar tal-anzjani u persuni b’diżabilità li minħabba xi problemi f’saħħithom ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom? F’liema lokalitajiet saru dawn it-testijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-testijiet tad-demm fil-komunità saru hekk: · Fis-sena 2020 saru 5,419 intervent tal-flebotomija (tkompla proġett pilota fuq il-lokalitajiet B’Kara u Mosta, Ħaż Żabbar u Fgura). F’Ottubru 2020 – il-proġett ġie estiż ma’ Malta u Għawdex kollha. · Fis-sena 2021 saru 13,473 intervent ma’ Malta u Għawdex kollha.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità – għajnuna lill-anzjani vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ anzjani vulnerabbli u x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija lil dawn l-anzjani f’dawn l-aħħar tliet snin mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Toroq pubbliċi – trailers ipparkjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li trailers jitħallew ipparkjati f’toroq pubbliċi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġislazzjoni sussidjarja 65.11 f'artiklu 79 tipprojbixxi b'mod ġenerali pparkjar ta vetturi u trailers f'postijiet speċifici msemmija f'dan l-artiklu bħal ma huma roundabouts, bus stops, pedestrian crossings, bankina u postijiet fejn marki tal-karreġġati jew sinjali tat-traffiku jipprojbixxu tali pparkjar, inkluż viċin kantuniera. Minbarra din il-legislazzjoni hemm erbgha legizlazzjonijiet ohra li huma: SL 363.177 li jsemmi l-lokalita ta' Marsaxlokk SL 363.221 li jsemmi l-lokalita ta' Marsascala SL 363.192 li jsemmi l-lokalita tal-Isla u SL 363. 203 li jsemmi l-lokalita ta' Birzebbugia. Dawn l-erbgha leġislazzjonijiet sussidjarji li jsemmu dawn il-lokalitajiet jipprojbixxu li trailers jitħallew jew li jiġu pparkjati lanqas b'mod temporanju u fl'ebda parti tal-lokalita’ ħlief dik il-parti ndikata għalihom jew fuq art privata. Għaldaqstant dan jurina illi trailers li huma lliċenzjati huma meqjusa bħal vetturi oħra u mhux regolati b'mod differenti ħlief fl-erbgha lokalitajiet li semmejt li huma Marsaxlokk, Marsascala, Isla u Birzebbuġa.

Trailer ipparkjat fi triq – numru ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk trailer ipparkjat fi triq, iridx ikollu numru ta’ reġistrazzjoni (number plate) imwaħħal?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant li kull trailer li jkun ipparkjat fit- triq ghandu jkollu number plates imwahhla u dan skond id-dispozzijoniet tal- Ligi Sussidjara 368.02 REGISTRAZZJONI U LICENZJAR TA’ VETTURI BIL-MUTUR, Artikolu 13.(2) jghid li L-ebda vettura bil-mutur ma tista’ tkun fit-triq, kemm jekk ipparkjata kemm jekk qed tintuża, mingħajr liċenza għaċ-ċirkolazzjoni valida, jew permess għaċ-ċirkolazzjoni validu jew diska ta’ liċenza temporanja valida, skont ma jkun applikabbli,maħruġa mill-Awtorità sakemm il-vettura bil-mutur ma tkunx e¿enti taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att. Kif ukoll Artikolu 32(1) jgħid li 32.(1) L-Awtorità għandha tagħti lid-detentur ta’ liċenza ta’vettura bil-mutur żewġ pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu juru l-marka tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura mal-ħlas ta’ kemm jiswew dawk il-pjanċi kif hemm provdut fl-Ewwel Skeda. (2) Minbarra l-marka ta’ reġistrazzjoni, il-pjanċa għandha turi wkoll is-sinjal internazzjonali li jiddistingwi ta’ Malta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 dwar ir-rikonoxximent fit-raffiku intra Komunitarju tas-sinjali li jiddistingwu tal-Istati Membri li fihom l-vetturi bil-mutur u t- trailerstagħhom ikunu reġistrati. (3) Fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma huma permessi ebda ittra, numru, marka jew sinjal ieħor, ħlief dawk awtorizzati mill-Awtorità. (4) Meta dawn il-pjanċi ġodda jingħataw lid-detentur tal-liċenza, dan għandu jieħu ħsieb li jitwaħħlu minnufih b’mod sigurgħas-sodisfazzjon tal-Awtorità mal-vettura li għaliha jirreferu,waħda fuq quddiem u waħda fuq wara tal-vettura f’dik il-pożizzjoni li kull ittra u ċifra fuq il-pjanċa jkunu f’pożizzjonivertikali, jidhru tajjeb u jingħarfu sew: Iżda meta vettura bil-mutur tkun qed tiġbed trailer jew iżjed minn trailer wieħed, il-pjanċa ta’ wara tal-vettura għandha titwaħħal fuq in-naħa ta’ wara tat-trailer jew fuq in-naħa ta’ waratal-aħħar trailer, skont ma jkun l-każ. .

Żejtun — Triq Xrobb l-Għaġin - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24108 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid x’xogħol qed isir u meta se titkompla Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun li ilha snin li nbdiet u terġa’ tinqala b’konsegwenzi serji għar-residenti u bdiewa li jużaw din it triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta¿-¯ejtun li x-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin hu f’idejn l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li jidher li għal raġunijiet differenti, fosthom tibdil fil-kuntrattur, il-progress kien kajman.

Żejtun – Triq Xrobb l-Għaġin – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’xogħol qed isir u meta se titkompla Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun li ilha snin li nbdiet u terġa’ tinqala b’konsegwenzi serji għar-residenti u bdiewa li jużaw din it triq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Galea jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat peress li x-xogħlijiet indikati ma jaqgħux taħt ir-responsabilità ta’ Infrastructure Malta.

Għajnsielem – annimali eżotiċi f’residenza

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk fil-ġranet li għaddew instabux annimali eżotiċi bħal black panther u puma f’residenza f’Għajnsielem u kienx hemm kelb domestiku ferut bi gdim possibilment ta’ annimal domestiku? Jekk iva, jista’ jgħid jekk ġewx sekwestrati? U jekk ġew, fejn qegħdin dawn l annimali eżotiċi u ġewx informati l-pulizija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkonfermat li fil-ġranet li għaddew daħal rapport ta’ kelb ferut fl-istess triq ta’ residenza f’Għajnsielem li fiha hemm annimali eżotiċi . Għadhom qiegħdin isiru l-investigazzjonijiet fuq il-każ mid-direttorati fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali flimkien mal-pulizija.

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23713 u jindika kemm-il konsultazzjoni saret mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sal-lum.