Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ bis-subbasta – Valur totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur totali tal-bejgħ bis-subbasta illi sar fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-valur totali tal-bejgħ bis-subbasta bejn l-2020 u l-2023 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.

Mandati kawtelatorji ta’ sekwestri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mandat kawtelatorju ta’ sekwestru ġie ppreżentat quddiem il-Qrati tagħna fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ mandati ta’ sekwestru kawtelatorju bejn l-2020 u l-2023 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mandati kawtelatorji ta’ sekwestri – Valur totali tal-krediti pretiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur totali tal-krediti pretiżi fil-mandati kawtelatorji tas-sekwestri fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023 rispettivament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika tal-informazzjoni mitluba.

Ħaddiema mhux tal-UE – Taħriġ fl-industrija tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ser ikun qed jipprovdi t-taħriġ neċessarju sabiex il-ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu jingħataw “Skills Card”?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ u l-assessjar se jsiru esklussivament mill-ITS.

Ħaddiema mhux tal-UE – Taħriġ fl-industrija tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlet il-kumpanija li ser tipprovdi t-taħriġ neċessarju sabiex il-ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu jingħataw “Skills Card” u kemm huwa l-valur tal-kuntratt illi ngħatalha?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13544.

Industrija tat-Turiżmu — Ħaddiema mhux tal-UE - Ammont

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sena 2022 — Eko-Kontribuzzjoni - Somma miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta’ eko-kontribuzzjoni miġbura fis-sena 2022 fuq l-iljieli tat-turisti li ġew Malta u kif intefqet din is-somma?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12581.

MTA — Proprjetajiet privati liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà privata hija attwalment liċenzjata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex tinkera għal short lets għall-vaganzi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru ta’ proprjetajiet privati attwalment liċenzjata (post għall-vaganzi) mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huma ta: - Għawdex: 1,391 - Malta: 3,744

MTA — Inspections relatati ma’ ksur ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inspection saret mill-uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) relatata ma’ użu ta’ proprjetà privata bi ksur ta’ liċenzja tal-MTA jew mingħajr liċenzja fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2021 s’issa, uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu spezzjonaw ’il fuq minn 900 proprjetà privata li kienu suspettati li qed joperaw bla liċenzja jew li kienu qegħdin jiksru il-kundizzjonijiet tal-liċenzja: Sena Numru ta’ propjetajiet 2021 114 2022 369 2023 (s’issa) 426 Dawn ma jinkludux spezzjonijiet li saru fir-rigward ta’ ksur ta’ protokolli maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa relatati mal-Covid 19. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li jidħlu diversi ilmenti dwar propjetajiet li qegħdin jinkrew lil persuni ta’ nisel barrani, diversi drabi jinstab illi dawn il-persuni ma jikkwalifikawx legalment bħala turisti.

MTA — Enforcement Notices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjolazzjoni nstabet mill-uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u kemm-il enforcement notice nħarġet minnhom fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021, ix-xogħol tal-Awtorità ma kienx biss dak li tara li l-istandards imposti mil-liġi jiġu osservati, imma kellha wkoll l-irwol importanti li tassigura li l-protokolli maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa jiġu mħarsa minn kulħadd. Fis-sena 2021 instabu 69 vjolazzjoni fejn l-Awtorità ipproċediet b’azzjoni legali, li jinkludi multi amministrattivi u 17-il avviż ta’ infurzar. Il-vjolazzjonijiet kienu jinkludu operat mingħajr liċenzja, nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ regolamenti oħra skont il-liġi, kif ukoll ksur ta’ protokolli fir-rigward tal-Covid 19. Fis-sena 2022 instabu 48 vjolazzjoni fejn l-Awtorità ipproċediet b’azzjoni legali li jinkludi multi amministrattivi u 4 avviżi ta’ infurzar. Mill-bidu ta’ din is-sena s’issa instabu 193 vjolazzjoni fejn l-Awtorità ipproċediet b’azzjoni legali li jinkludi ittri ta’ twissija, multi amministrattivi u 6 avviżi ta’ infurzar. Dawn kienu jikkonċernaw dawk li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja kif ukoll dawk li kellhom il-liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi. L-operaturi ġew imwissija biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom skont il-liġi.

Pjan dwar l-użu ta’ proprjetà privata għal skopijiet ta’ turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex jirregola aktar l-użu ta’ proprjetà privata għal skopijiet ta’ turiżmu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li dan is settur huwa wieħed importanti għat-turiżmu għax iħalli l-ġid li jiġġenera t-turiżmu jippenetra aktar fil-fond fis-saffi tas-soċjetà, huwa settur li jista’ jkollu effetti fuq żoni residenzjali. Għaldaqstant, il-Gvern qed isegwi b’attenzjoni l-iżvilupp ta’ regolament ġdid tal-Unjoni Ewropea fuq ir-reġistrazzjoni ta’ postijiet għal kiri fuq terminu qasir (short-term rental) u qed juża dan iż-żmien sabiex iwassal il-messaġġ li jkun aħjar li l-proprjetà li tintuża għat-turiżmu tkun liċenzjata kif suppost. Qed nieħdu wkoll azzjonijiet ma’ aġenziji oħrajn bħall-ERA, sabiex ngħaddu messaġġ ieħor fuq separazzjoni ta’ skart f’dawn il-postijiet u, sabiex ngħinu aktar fl-infurzar, għaddejna emenda sabiex il-Kunsilli Lokali jkollhom aktar għodda għad-dispożizzjoni tagħhom.

MTA – Għajnuna lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10108, 10401 u 10635 u jgħid liema individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet ingħataw għajnuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-sena 2022 taħt il-baġit tal-MTA għal ‘Marketing - Local & Intl, Digital, Brands, VMIM & Events’?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11092.

MTA – spiża fuq Marketing — Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10107, 10400 u 10634 u jagħti rendikont tal-ispiża tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għas-sena 2022 fuq ‘Marketing - Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events’ li, skont il-Financial Statements sottomessi fil-Parlament, ammontaw għas-somma totali ta’ €56,279,024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11092.

Tourism Zones Regeneration Agency – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet illi saru mit-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) għas-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 951, 1285, 1545, 3006, 3294, 3295, 3296, 6942, 8316, 8991, 10125.

Tourism Zones Regeneration Agency — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm swew b’mod individwali l-varji xogħlijiet illi saru mit-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) għas-snin 2021, 2022 u 2023 u jispeċifika f’liema lokalità saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11273.

Tourism Zones Regeneration Agency — Xogħlijiet f’San Ġiljan u Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mit-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) fiż-żona ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema fis-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11273.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10240, 10407 u 10641 u jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 daħlu total ta’ 29 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 15-il applikazzjoni b’total ta’ 1,678 bed capacity. Fl-istess sena ġew rifjutati żewġ applikazzjonijiet għal lukandi ġodda. Fl-2023 daħlu 16-il applikazzjoni li minnhom ġew approvati 6 applikazzjonijiet b’total ta’ 578 bed capacity, filwaqt li applikazzjoni waħda ġiet rifjutata.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda approvati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10239, 10406 u 10640 u jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm hu t-total tal-bed capacity approvat fis-snin rispettivi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11087.