Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7442, 20550 u 22499 u jagħti lista tal-Konsulenti ingaġġati mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Liġijiet tal-kera – Kumpens li l-Gvern ġie ordnat iħallas lis-sidien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16731, 20539 u 22495 u jgħid kemm kien it-total illi l-Gvern ġie ordnat li jħallas bħala kumpens mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u mill-Qorti Kostituzzjonali lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas effettivament bħala kumpens għas-sena 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk miġbura sat-8 ta’ Novembru 2024.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21940 u jagħti t-total tal-ħlas għal-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21939 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – miżuri ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20650 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7445, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il miżura ta’ infurzar inħarġet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-snin 2021, 2022 u 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lis-sena 2021, kienet waħda partikolari għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu peress li kellha rwol importanti ħafna li tiżgura li l-istandards imposti mil-liġi u l-protokolli maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa jiġu osservati.
Meta jinstabu xi infrazzjonijiet minuri, l-Awtorità twissi lill-operaturi biex dawn jirregolaw l-affarijiet mill-aktar fis possibli mingħajr il-ħtieġa li jinħarġu multi f’dan ir-rigward. Azzjoni legali bi ħruġ ta’ multi amministrattivi, tittieħed meta l-istandards ma jiġux osservati b’mod ġenerali jew meta infrazzjonijiet żgħar ma jiġux irranġati fil-ħin.
Fis-sena 2021 inħarġu 69 multa amministrattiva u 17-il avviż ta’ infurzar. Dawn jinkludu multi u avviżi relatati ma’ dawn li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja, dawk li kien qed joperaw b’liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi, kif ukoll inħarġu multi u avviżi għal ksur tal-protokolli maħruġa mill-Awtorita’ tas-Saħħa fir-rigward tal-Covid 19. Dawn ta’ l-aħħar kienu prinċipalment ksur ta’ regolamenti ta’ numru eċċessiv ta’ persuni permissibbli f’akkomodazzjoni u ksur ta’ regolamenti ta’ distanza soċjali fis-settur ta’ ristoranti u postijiet tad-divertiment.
14-il każ ġew riferuti lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tinbeda azzjoni legali fil-Qrati Maltin kontra dawn l-opeaturi li ma ħallsux il-multa fiż-żmien stipulat.
Fis-sena 2022, inħarġu 48 multa amministrattiva u 4 avvizi ta` infurzar li kienu jikkonċernaw dawk li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja kif ukoll dawk li kienu qed joperaw b’liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi.
Fis-sena 2023, inħarġu 146 ittra ta’ twissija, 31 multa amministrattiva u 7 avviżi ta’ infurzar li kienu jikkonċernaw dawk li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja kif ukoll dawk li kienu qed joperaw b’liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi.
L-operaturi ġew mwissija biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom skont il-liġi billi japplikaw għal liċenzja jew biex jieqfu joperaw fis-settur turistiku.
Liġijiet tal-kera – Kumpens li l-Gvern ġie ordnat iħallas lis-sidien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16731 u 20539 u jgħid kemm kien it-total illi l-Gvern ġie ordnat li jħallas bħala kumpens mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u mill-Qorti Kostituzzjonali lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas effettivament bħala kumpens għas-sena 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpens li l-Gvern ġie kkundannat li jħallas lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023 huma s-segwenti:
Għas-sena 2022 - € 14,377,549.74
Għas-sena 2023 - € 21,267,638.73
Fir-rigward ta' kemm il-Gvern effettivament ħallas ammonti, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20647 u jgħid kemm hawn ristoranti liċenzjati hawn Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa s-seating capacity totali awtorizzat ta’ dawn ir-ristoranti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ristoranti liċenzjati f’Malta u Għawdex huwa ta’ 890. Fir-rigward ta’ seating capacity, l-Awtorita’ qatt ma kellha jew żammet informazzjoni f’dan ir-rigward.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21944 u jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21941 u jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7442 u 20550 u jagħti lista tal-Konsulenti ingaġġati mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li hemm impjegati mal-KM Malta Airlines fuq bażi full time u part time u kemm minnhom huma eks ħaddiema tal-Airmalta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija KM Malta Airlines tħaddem 385 impjegat li minnhom 371 huma fuq bazi full-time filwaqt li 14 huma fuq bazi part-time. Minn dawn 80% huma eks ħaddiema tal-Air Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-outsourcing contracts tal-KM Malta Airlines, x’inhu s-servizz kopert minn dawn il-kuntratti u l-valur ta’ dawn il-kuntratti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
KM Malta Airlines u Airmalta – ġarr ta’ passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġarret passiġġieri l-KM Malta Airlines fil-perjodu 1/05/2024 sa 30/09/2024 u jgħid kemm-il passiġġier ġarret l-Airmalta fl-istess perjodu fis-sena 2019?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu 1/05/2024 sa 30/09/2024 KM Malta Airlines ġarret 905,295 passiġġier fuq 17 il-rotta; filwaqt fl-istess perjodu fis-sena 2019 l-Air Malta kienet ġarret 1,036,402 passiġġier fuq 40 rotta.
Jista’ l-Ministru jgħid min hija l-kumpanija li qed tagħmel ix-xogħol tal-ground handling tal-KM Malta Airlines u kif intgħażlet din il-kumpanija u kemm qed titħallas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li qed tagħmel ix-xogħol ta’ Ground Handling tal-KM Malta Airlines hija l-Aviation Services Handling Limited.
Din hija l-istess kumpanija li f’dawn l-aħħar snin kienet tagħmel ix-xogħol ta’ Ground Handling lil-Air Malta.
Ir-rata bazika kuntrattata hija dik ta’ €835 għal kull rotation.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Nefqa fuq relazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa tal-Ministeru tiegħu għal relazzjoni pubblika tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż reklamar u jagħti rendikont ta’ kif, fejn u kemm intefqu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformah li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjal li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili speċjalment f’każ ta’ kampanji li jtulu.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Vjaġġi barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ uffiċjali barra minn Malta għamel tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’kien l-iskop tal-vjaġġ, minn min ġie akkumpanjat fuq kull vjaġġ u kemm kienet in-nefqa għal kull vjaġġ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar 21 xahar għamilt 7 vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż. Dan l-ivjaġġar kien dejjem relatat mas-suq turistiku fejn attendejt għal fieri u laqgħat informali dwar it-turiżmu, kif ukoll żjara Statali mal-President ta’ Malta. Id-delegazzjonijiet li assistewni kienu dawk skont il-bżonnijiet ta’ xogħol konness mas-safar. L-ispiża globali fuq il-vjaġġi bl-ajru kienet ta’ €29,866, waqt li l-ispiża globali fuq l-akkomodazzjoni kienet ta’ €9,060.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?