MTA - Kuntratti għal għajnuna għal marketing/sponsorship
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm kuntratti viġenti bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u terzi għal għajnuna ta’ marketing jew sponsorship marbut mat-turiżmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tan-nefqa tal-marketing tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u tal-benefiċjarji ta’ din in-nefqa, matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MTA - Proprjetajiet joperaw mingħajr liċenzja għal short rentals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm-il proprjetà nstabet illi kienet qed topera illegalment mingħajr liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short rentals matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-ispezzjonijiet li saru mis-Sezzjoni tal-Infurzar tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), kemm f’Malta u kemm f’Għawdex mill-bidu tas-sena 2025 sal-lum, instabu total ta’ 177 post residenzjali li kienu qed jintużaw għal skop ta’ kiri ‘short rentals’ mingħajr il-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-MTA kif rikjest mill-liġi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm proprjetajiet liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short rentals għas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), ħarġet 1,519 il-liċenzja ġdida ta’ Holiday Furnished Premises.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif wasal għad-dikjarazzjoni li saret minnu li r-ristoranti jħallsu bħala corporate tax medja ta’ €4,500 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-referenza għal dik il-figura hija li, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, il-medja ta’ taxxa fuq il-profitt li jħallas ristorant f’pajjiżna tammonta għal €4,500 fis-sena.
Din iċ-ċifra hija bbażata fuq id-dejta miġbura mir-returns tat-taxxa ppreżentati u ddikjarati minn operaturi fis-settur tar-ristoranti madwar il-pajjiż.
Operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-MTA –taxxa miġbura għal short-term rentals
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm inġabret taxxa minn operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short-term rentals fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret eco contribution fis-sena 2024 u minn Jannar sa Settembru 2025? Jista’ jiddentifika kemm mill-eco contribution inġabret minn collective accommodation u kemm inġabret minn non-collective accommodation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24320 u jindika t-total ta’ kemm tħallas s’issa f’konsulenzi u spejjeż oħra mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Ministeru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kumpaniji relatati, kif ukoll lid-diretturi tagħha u nies assoċjati magħha mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2020 sad-data tal-lum, tħallsu l-ammonti ta’ Eur 4,653,238 mill-Air Malta, u Eur 2,518,664 mill-KM Malta Airlines, lill-kumpanija msemmija fil-mistoqsija.
Din il-kumpanija ġiet ingaġġata mill-Air Malta sabiex tipprovdi appoġġ lill-management u lix-shareholder sabiex jizviluppaw Business Plan għal 5 Snin għall-ħolqien ta’ linja tal-ajru ġdida li jaqbad is-suppo¿izzjonijiet tekniċi tan-negozju, bidliet strutturali u inizjattivi ta’ trasformazzjoni u mudell finanzjarju integrat li jappoġġja l-Pjan. L-appoġġ ipprovdut minn din il-kumpanija kien jinkludi revizjoni u sorveljanza tal-prattiki, proċeduri, kuntratti u proċessi kollha tal-kumpanija l-qadima u l-benchmarking ta’ dawn bl-aħjar prattiċi tal-industrija. Din il-kumpanija provdiet ħolqien ta’ network strategy għall-kumpanija l-ġdida kif ukoll il-ħolqien ta’ business class biex turi diskontinwità ekonomika bejn il-kumpanija l-ġdida u l-Air Malta, kif ukoll tagħti pariri dwar it-trasferiment ta' assi operazzjonalment kritiċi inkluzi liċenzji, slots u ajruplani. Is-suppozizzjonijiet fil-Business Plan ta' 5 Snin ġew riveduti u vvalidati b'mod indipendenti minn Deloitte UK qabel ma l-Business Plan ġie sottomess lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kuntratt ta’ din il-kumpanija mal-Air Malta intemm fil-31 ta’ Diċembru 2023.
Minn naħa l-oħra il-kumpanija ġiet ingaġġata minn KM Malta Airlines Ltd. f’Jannar tal-2024 sabiex imexxu l-uffiċċju ta’ project management responsabbli għall-implimentazzjoni fil-ħin tal-Business Plan ta’ 5 snin kif ukoll sabiex jittrasferixxu din il-kapaċità lil-linja tal-ajru l-ġdida. L-appoġġ ipprovdut minn din il-kumpanija fost l-oħrajn inklu¿ it-tnedija bla xkiel ta’ operazzjonijiet tat-titjiriet mill-KMMA fil-31 ta’ Marzu 2024, appoġġ fit-trasferiment effettiv tal-assi bejn l-Air Malta u l-KMMA, ir-revi¿joni, l-għa¿la u l-implimentazzjoni ta’ Enterprise Resource Planning ('ERP') System ġdida, zvilupp ta' qafas ta' reporting framework sabiex titqabbel il-prestazzjoni tal-KMMA mal-business plan approvat, appoġġ lill-KMMA fil-finalizzazzjoni ta' politiki u proċeduri inkluzi izda mhux limitati għall-mitigazzjoni ta’ riskju finanzjarju u propjetà tal-ajruplani, kif ukoll appoġġ lill-funzjoni finanzjarja tal-linja tal-ajru l-ġdida sakemm ġiet stabbilita l-funzjoni finanzjarja l-ġdida.
L-ingaġġ ta’ din il-kumpanija ma’ KMMA intemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 u mhux ser jerġa jiġġedded.
Jista’ l-Ministru jindika t-total ta’ kemm tħallas s’issa f’konsulenzi u spejjeż oħra mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Ministeru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kumpaniji relatati, kif ukoll lid-diretturi tagħha u nies assoċjati magħha mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm nies li għadhom reġistrati bħala impjegati mal-Air Malta plc? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm huma u x’inhi n-nefqa relattiva annwali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-prezent, għad hemm 51 persuna Impjegati mal-Air Malta plc, b’nefqa relattiva annwali ta Eur 2.28 miljun.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24082, jista’ l-Ministru jagħti s-somma totali li tħallset lil kull konsulent rispettiv tal-konsulenza mogħtija lill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21947 u jgħid x’kienet in-nefqa totali taħt il-Voluntary Retirement Scheme u skemi maħruġa għall-irtirar ta’ ħaddiema tal-Airmalta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiza tat- 350 li applikaw għall-VRS/ERS hija €60,836,332.44
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21939 u 22501 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21940 u 22500 u jagħti t-total tal-ħlas għal-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21941 u 22498 u jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21944 u 22497 u jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.