MTA - Kuntratti għal għajnuna għal marketing/sponsorship
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31835 u jgħid kemm hemm kuntratti viġenti bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u terzi għal għajnuna ta’ marketing jew sponsorship marbut mat-turiżmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTA għandha għaxar kuntratti viġenti ta’ marketing jew sponsorship.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31836 u jagħti lista tal-konsulenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Ministeru tiegħu relatati mat-turiżmu matul l-2025 u r-rata li biha jitħallsu u kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Baġit 2026 - Statement B Vot 13 - Bidla bejn l-estimu approvat u l-estimu rivedut
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31930 u ċjoè: B’referenza għal ‘Statement B Vot 13 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu anness mad-Diskors tal-Baġit 2026’ fejn hemm indikat li hemm bidla ta’ €24,531,000 bejn l-Estimu Approvat u Estimu Rivedut bir-Rimarki “Spiża ogħla hija mistennija fil-kategorija tal-Personal Emoluments u fil-kategorija tal-Contribution to Government Entities (Malta Tourism Authority)”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża ogħla għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x’wassal għal din l-ispiża ogħla minn dik approvata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma indikata f’dan l-istadju tirrapreżenta stima tal-vot rikurrenti kollu li jappartjeni lill-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.
Filwaqt li s’issa l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ġiet allokata fondi supplimentari biex tkopri route development u marketing services, l-ispiża attwali tkun magħrufa meta tagħlaq is-sena finanzjarja li ninsabu fiha.
MTA - Attivitajiet li bbenefikaw minn sponsorship jew reklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31931 u jagħti rendikont tal-attivitajiet li bbenefikaw minn għotja ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kif ukoll l-ammont ta’ sponsorship jew għajnuna li ngħatat lilhom, matul is-snin 2024 u 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu (MTA) tassisti diversi attivitajiet, artisti, atleti, timijiet, gruppi u ndividwi f'diversi setturi. Din l-għajnuna tingħata sabiex l-attivitajiet varji jkun possibbli li jsiru u b'hekk jattiraw turiżmu lejn pajjiżna jew jelevaw l-esperjenza tat-turist f'pajjiżna kif ukoll fl-istess ħin igawdu minnhom il-Maltin u r-residenti f'pajjiżna li jkunu jistgħu jipparteċipaw jew jattendu f'attivitajiet ta' livell mondjali f'pajjiżna stess. Dan kollu qiegħed jgħolli l-profil ta' pajjiżna madwar id-dinja. L-MTA tassisti wkoll artisti, ndividwi, timijiet u atleti Maltin li b'sagrifiċċju jsiefru sabiex jikkompetu f'isem pajjiżna. Is-sapport li jingħata lil dawn ikun ta' reklam lil brand VisitMalta u lil pajjiżna. Iktar dettalji mhumiex jingħataw minħabba kunfidenzjalita’ u sensittivita’ kummerċjali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31932 u jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025 u jagħti rendikont ta’ dawn is-sejħiet pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li -Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fetħet tlett (3) support programs fis-sena 2025 fl-oqsma li ġejjin:
i) Conferences and Expos marketing support program
ii) Music Tourism marketing support program
iii) Sports Events marketing support program
Wieħed jista’ jsib iktar informazzjoni fuq dawn is-support programs billi jżur is-sit tal-MTA taħt is-sezzjoni News.
Matul is-sena 2024 kien hemm dawn l-iskemi hawn taħt imsemmija li kienu għadhom fis-seħħ minn żmien il-Covid:
1. Major Tourism Events Support Scheme
2. Inbound Tourism Events Support Scheme
3. Value added Tourism Events Support Scheme.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-KM Malta Airlines u tal-Ministeru fuq il-KM Malta Airlines u fuq l-avjazzjoni għas-sena 2024 u 2025, u jagħti rendikont tal-ispiża tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 25132.
Kemmuna - Blue Lagoon - Booking system - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’miżuri ta’ infurzar saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex jiżguraw li ħadd ma żar il-Blue Lagoon f’Kemmuna mingħajr ma kien applika bil-booking system tal-MTA? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna nqabdet li żaret il-Blue Lagoon mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm u għad hemm sistema ta` sorveljanza fuq żewġ stanzi minn uffiċjala tal-MTA u ta’ Transport Malta:
1. Attendenza ma’ kull dgħajsa minn kull punt ta’ partenza f’Malta u Għawdex, sabiex jiġi aċċertat li kull persuna li tembarka fuq dgħajsa, jkollha il-QR Code u għalhekk ir-wrist band.
2. Kien hemm u għad hemm operat ta’ patrolling li jiċċirkonda iz-zona tal-Blue Lagoon li tkopri influss minn max-xatt u naturalment minn wara fuq l-art; tali patrolling jieħu ħsieb biex jidħlu persuni li kellhom u li għandhom jew il-biljett fuq iċ-ċellulari, jew li kellhom brazzuletta mal-polz skond it-time slot. Dan il-patrolling qiegħed hemm appuntu biex jikkontrolla d-dħul ta’ persuni mill-art ukoll.
Kull min resaq kemm mill-art jew mill-baħar u ma kellux QR code [biljett diġitali jew mitbugħ] tlabnieh biex jipprenota minn fuq iċ-ċellulari dak il-ħin u ingħata brazzulletta skond it-time slot.
Fid-dawl li f’Settembru tas-sena 2025 l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stqarret li n-numru ta’ viżitaturi għall-Blue Lagoon f’Kemmuna niżel minn 12,000 għal 3,830 fit-22 ta’Awwissu 2025, figura li skont l-MTA kienet l-aktar ġurnata li kien hemm viżitaturi, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data kollha miġbura ta’ viżitaturi, sa minn meta bdiet tiġi operata s-sistema ta’ booking u capping, u jaqsam din l-informazzjoni ġurnata b’ġurnata, u shift b’shift?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri ta’ 12,000 u 3,830 mhumiex figuri ta’ ġurnata sħiħa imma ta’ slot partikolari matul ġurnata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-data relatata, kif ukoll Press Release li kienet ħarġet l-MTA f’dan ir-rigward.
Fid-dawl li aktar kmieni din is-sena l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stqarret li fis-sajf tal-2024 ’il fuq minn 12,000 turist kienu jżuru l-Blue Lagoon f’Kemmuna f’ħin wieħed fl-eqqel tas-sajf, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u d-data kollha miġbura mill-MTA ta’ kif waslet għal din il-figura ta’ 12,000 viżitatur f’ħin wieħed?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni li toħroġ minn rapport li sar minn kumpanija ewlenija tat-telekomunikazzjoni Maltija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31831 fejn ġie mwieġeb li “Din iċ-ċifra hija bbażata fuq id-dejta miġbura mir-returns tat-taxxa ppreżentati u ddikjarati minn operaturi fis-settur tar-ristoranti madwar il-pajjiż.”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dejta miġbura u jippreżenta l-
workings
illi fuqhom wasal għaċ-ċifra ta’ “€4,500 fis-sena” msemmija fl-istess tweġiba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali li diġà ngħatatlu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025 u jagħti rendikont ta’ dawn is-sejħiet pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MTA - Attivitajiet li bbenefikaw minn sponsorship jew reklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tal-attivitajiet li bbenefikaw minn għotja ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kif ukoll l-ammont ta’ sponsorship jew għajnuna li ngħatat lilhom, matul is-snin 2024 u 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Baġit 2026 - Statement B Vot 13 - Bidla bejn l-estimu approvat u l-estimu rivedut
Question
B’referenza għal ‘Statement B Vot 13 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu anness mad-Diskors tal-Baġit 2026’ fejn hemm indikat li hemm bidla ta’ €24,531,000 bejn l-Estimu Approvat u Estimu Rivedut bir-Rimarki “Spiża ogħla hija mistennija fil-kategorija tal-
Personal Emoluments
u fil-kategorija tal-
Contribution to Government Entities (Malta Tourism Authority
)”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża ogħla għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x’wassal għal din l-ispiża ogħla minn dik approvata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm huwa pproġettat li ser ikun hemm non-collective accommodation disponibbli matul l-2026 u l-2027 u kif din tipparaguna mal-collective accommodation għal dak li jirrigwarda sodod u/jew kmamar tas-sodda disponibbli?
Response (BORG, IAN)
Nirringrazzja lil Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari. Madanakollu, anke in vista ta’ bidliet li l-Gvern qed iħabbar tibdil fir-regolamenti f’dawn il-ġranet, wieħed ikun prużuntuż jagħmel tbassir f’dan is-sens.
Sena 2026 - Proprjetajiet disponibbli għal short rentals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm huwa pproġettat li jkun hemm proprjetajiet disponibbli għal short rentals matul l-2026 u kemm-il kamra tas-sodda fihom?
Response (BORG, IAN)
Nirringrazzja lil Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari. Madanakollu, anke in vista ta’ bidliet li l-Gvern qed iħabbar tibdil fir-regolamenti f’dawn il-ġranet, wieħed ikun prużuntuż jagħmel tbassir f’dan is-sens.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tan-nefqa tal-Valletta Management Plan matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tal-proġetti li saru mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA), matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tal-konsulenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Ministeru tiegħu relatati mat-turiżmu matul l-2025 u r-rata li biha jitħallsu u kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.