Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni fuq kemm ġew imwaħħla meters għal servizzi ġodda ta' dawl (jiġifieri mhux li nbidlu għal raġuni ta' ħsara jew meta saret il-bidla għal Smart Meters ) fl-2018? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f'meters għal servizzi ġodda installati residenzjali u dawk kummerċjali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-total ta’ meters installati ġodda għal servizzi ta’ dawl fl-2018 huwa ta’ 9,430 fejn 6,498 minnhom kienu residenzjali bil-kumplament ikunu kummerċjali.
Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta
Question
B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-parir ingħatax mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nikkonferma li dwar materja li tkun quddiem il-Qrati jew li tkun relatata fil-viċin ma' materja quddiem il-Qrati, inħalli lill-Qrati jaħdmu fis-serenità u fl-indipendenza li tixirqilhom. Nikkonferma wkoll li din il-pożizzjoni hija kondiviża minn parir li ħadt u li l-parir imsemmi mill-Onor. Membru m’huwiex wieħed li ġej minn xi awtorità pubblika u dan peress li m’huwiex it-tip ta’ parir li normalment jintalab jew jingħata mingħand xi awtorità pubblika.
Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta
Question
B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hu li talab li jingħata parir dwar jekk għandux jitkellem fuq il-kumpanija?
Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta
Question
B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir li ngħata biex ma jitkellimx fuq il-kumpanija?
Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta
Question
B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwa tkellimx mal-Avukat Ġenerali dwar il-kumpanija?
Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta
Question
B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwa tkellimx mal-Kummissarju tal-Pulizija dwar dan il-parir u dwar il-kumpanija?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jew il-Ministeru għat-Turiżmu, jew xi entità governattiva oħra humiex se jkollhom kopja tad-dettalji, inkluż dettalji tal-email u facebook ta’ dawk li se jirreġistraw biex jattendu għall-attività tal-Isle of MTV?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-termini u kundizzjonijiet li hemm pubbliċi fuq il-website www.isleofmtv.com u li qiegħed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħaddi informazzjoni fuq kemm fl-aħħar għaxar snin (2007-2017) ġew imwaħħlin meters għal servizzi ġodda ta’ dawl (jiġifieri mhux li nbidlu għal raġuni ta' ħsara jew meta saret il-bidla għal SMART meters), kull sena? L-informazzjoni mitluba għandha tiġi maqsuma f'meters għal servizzi ġodda installati għal dawk residenzjali u kummerċjali f'kull sena tul l-istess perjodu mitlub.
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
Sena
Servizzi ġodda (Residenzjali/Kummerċjali)
Meters Kompluti
2017
Residenzjali
8,365
2017
Kummerċjali
1,331
2016
Residenzjali
7,314
2016
Kummerċjali
1,240
2015
Residenzjali
8,111
2015
Kummerċjali
1,558
2014
Residenzjali
9,693
2014
Kummerċjali
1,818
2013
Residenzjali
7,363
2013
Kummerċjali
1,505
2012
Residenzjali
6,403
2012
Kummerċjali
1,524
2011
Residenzjali
3,830
2011
Kummerċjali
1,253
2010
Residenzjali
4,708
2010
Kummerċjali
1,101
L-informazzjoni għas-snin 2007 sal-2009 għadha qed tinġabar.
Dipartiment tal-Kuntratti – due diligence exercise fuq VGH
Question
Jista’ l-Ministru bħala l-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Kuntratti, jgħid jekk il-Ministeru li huwa jmexxi u d-Dipartiment tal-Kuntratti kenux involuti fid-due diligence exercise li sar fuq il-Vitals Global Healthcare?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-due diligence report li sar fuq il-Vitals Global Healthcare (VGH)? Jista’ jgħid jekk kienx konxju, fiż-żmien meta l-VGH ingħataw il-kuntratt biex imexxu tliet sptarijiet, li din il-kumpanija ma kellha l-ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 4039.
Ministeru għall-Finanzi u Dipartiment tal-Kuntratti – approvazzjoni tat-termini tal-kuntratt mal-VGH
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u d-Dipartiment tal-Kuntratti approvawx it-termini tal-kuntratt li ngħataw il-Vitals Global Healthcare (VGH), it-termini li ġew deskritti minn esperti bħala one-sided favur il-VGH u allura ma jipproteġux biżżejjed l-interessi tat-taxpayer Malti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi ghat-tweġiba tieġħi għall-mistoqsija parlamentari 4033.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Ministeru għall-Finanzi ġie nfurmat li l-Vitals Global Healthcare (VGH) ma kenux qegħdin iżommu mat-termini tal-kuntratt li ngħatalhom? Jista’ jgħid jekk il-Ministeru jew wieħed mid-dipartimenti li jmexxi, tawx parir jew intalbux parir, fid-dawl tan-nuqqas ta’ VGH, ta x’għandu jsir f’ċirkostanzi fejn kuntrattur ma jonorax l-obbligi tal-kuntratt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirriferi għall-mistoqsijiet parlamentari 3290 u 3291.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pagamenti li għaddew u qed jgħaddu għand il-Vitals Global Healthcare (VGH) humiex qegħdin isiru bl-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’aċċertazzjoni qiegħda ssir u x’aċċertazzjoni saret biex tassigura li x-xogħol u s-servizzi marbuta ma’ dawn il-pagamenti attwalment sar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru Konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalbitx l-approvazzjoni tal-Ministeru tiegħu u/jew tad-Dipartiment tal-Kuntratti biex il-Vitals Global Healthcare jinnegozjaw u jbiegħu l-kuntratt li rebħu mingħand il-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni marbuta ma’ din it-talba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru Konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt mal-kumpanija Vitals Global Healthcare (VGH), kuntratt li permezz tiegħu l-VGH ingħatat f’idejha t-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, inġiebx għall-attenzjoni u l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi, qabel ġie ffirmat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-proċeduri neċessarji u l-prassi kienu segwiti f’dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi kellux parti fin-negozjati mal-Vitals Global Healthcare (VGH), liema negozjati waslu biex jiġi ffirmat ftehim biex il-VGH imexxu tliet sparijiet pubbliċi? Jekk fl-affermattiv, x’kien ir-rwol tal-Ministeru għall-Finanzi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi ma kellu ebda parti fin-negozjati mal-VGH.
Jista’ l-Ministru, bħala l-Ministru li taħtu taqa’ r-responsabilità dwar żviluppi fil-Public Private Partnerships, jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx infurmat min huma s-sidien tal-Vitals Global Healthcare?
Ministeru għall-Finanzi – Memorandum of Understanding mal-VGH
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi kienx infurmat li l-Gvern, tramite l-Malta Enterprise, kien iffirma Memorandum of Understanding mal-Vitals Global Healthcare (VGH) qabel intemm il-proċess ta’ għażla, liema għażla waslet biex il-VGH jingħataw kuntratt biex imexxu tliet sptarijiet pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza dak li qed jiġi allegat lill-Ministru Konċernat.
Kumpanija – iffirmar ta’ Memorandum of Understanding ma’ Bidder
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex il-prassi li kumpanija tiffirma Memorandum of Understanding ma’ wieħed mill-bidders li jkunu qegħdin jieħdu sehem f’proċess ta’ għażla? Ma jaħsibx il-Ministru li dan il-fatt kellu jiskwalifika lill-Vitals Global Healthcare (VGH) mill-proċess tal-għażla kif ġara fil-Montenegro f’każ identiku li kien jinvolvi wkoll lill-VGH?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirriferi għall-Mistoqsija Parlamentati numru 4037.