Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order inħareġ mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020, lil min u b’kemm valur b’mod individwali u mod totali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, li tali informazzjoni mitluba diġa’ tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra diversi drabi kif msemmija hawn taħt; Minn Ġunju 2017 sas-16 ta’ Frar 2018 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 1092 f’Seduta 91 Mis-17 ta' Frar 2018 – 30 ta’ Settembru 2018- il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 4313 f’Seduta 175 mill-1 ta' Ottubru 2018 - 31 ta' Diċembru 2018 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 7427 f’Seduta 186 mill-1 ta' Jannar 2018 - 30 ta' April 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 10710 f’Seduta 243 mill-1 ta' Jannar 2017 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 12598 f’Seduta 297/302 mill-1 ta' Jannar 2017 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 12953 f’Seduta 305 mill-1 ta' Jannar 2019 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 16342 f’Seduta 367 mill-1 ta' Jannar 2019 - 30 ta' Ottubru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 17462 f’Seduta 407 mill-1 ta' Jannar 2019 - 31 ta' Diċembru 2020 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 17814 f’Seduta 413 mill-1 ta' Jannar 2018 - 31 ta' Diċembru 2020 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 19870 f’Seduta 440

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – studju ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali saru qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Il-proċess Parlamentari u għaldaqstant id-deċiżjonijiet relattivi għal dan il-każ għadhom mhux eżawriti jew finali.

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – studju

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-istudji kollha ambjentali li saru, jekk fil-fatt saru, qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20842 tal-istess Seduta.

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – siti alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx studjati siti oħra apparti dik tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal- (MOBC) ġewwa l-Marsa? Liema kienu dawn is-siti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20842 tal-istess Seduta.
Leg 13 PQ #19004 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Recovery Fund allokat għal Malta

Question

Jista' l- Prim Ministru jghid kemm intużaw fondi s’issa mill-EU Recovery Fund allokat għal Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru 18634.
Leg 13 PQ #18980 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Refund ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji lil azzjonisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji illi fuqha ngħata refund lill-azzjonisti barranin? Kemm kien l-ammont ta’ refund li ngħata lill-azzjonisti barranin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #18981 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Taxxa dovuta mhux imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ taxxa dovuta iżda mhux imħallsa fis-snin 2019 u 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #18982 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Taxxa kkontestata minn taxpayers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ taxxa li hija kontestata minn taxpayers għas-snin 2019 u 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #19002 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Recovery and Resilience Facility — pjan tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju jinstab il-pjan tal-Gvern għall-użu tal-fondi ‘Recovery & Resilience Facility’?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru 18634.
Leg 13 PQ #19003 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Brexit Adjustment Reserve

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-użu ppjanat tal-Brexit Adjustment Reserve allokat għal Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nigbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-leġislazzjoni Ewropea dwar il-Brexit Adjustment Reserve għadha qed tiġi diskussa f’livell Ewropej u għalhekk il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ fondi għadu ma ġiex konkluż b’mod definittiv. Madankollu, f’Malta għaddejin b’eżerċizzju sabiex jiġu identifikati spejjeż u finanzjament ieħor li l-pajjiż għamel jew ser ikun qed jagħmel minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Malta Business Registry – penali imposti fuq kumpaniji u uffiċjali ta’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-penali li ġew imposti mill-Malta Business Registry fuq il-kumpaniji, u uffiċjali ta’ kumpaniji fl-2019 u fl-2020, rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019, l-MBR ħarġet 323,783 il-multa lill-kumpaniji reġistrati magħha. Fis-sena 2020, l-MBR ħarġet 401,919-il multa lill-kumpaniji reġistrati magħha.

Kumpaniji – ħlas ta’ penali lill-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu penali dovuti minn kumpaniji lill-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020? Kemm baqgħu pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019, tħallsu 56,032-il multa minn dawk il-multi li nħarġu fl-istess sena. Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2019, kien għad baqa’ pendenti 267,751 -il multa. Fis-sena 2020, tħallsu 34,505-il multa, minn dawk il-multa li nħarġu fl-istess sena. Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2020, kien għad baqa’ pendenti 367,414-il multa.

Kumpaniji – assi mgħoddija lill-Istat Malti wara li ġew struck off mill-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kumpaniji li kellhom l-assi tagħhom mgħoddijjin lill-Istat Malti għaliex ġew struck off mill-Malta Business Registry?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MBR ma jkollhiex din l-informazzjoni. Madanakollu, tajjeb li wieħed jfakkar li hemm perjodu ta’ ħames snin li l-assi ma jistgħux jintmissu minn mindu kumpanija tiġi struck off as defunct.

Overseas Companies reġistrati mal-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati overseas companies mal-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019 kien hemm 87 overseas companies filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 45 overseas companies.

Kumpaniji wholly owned minn azzjonisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji wholly owned minn azzjonisti barranin fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, fuq ir-reġistru kien hemm 10,299 kumpanija wholly owned minn azzjonisti barranin, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 10,757 kumpanija wholly owned minn azzjonisti barranin.

Kumpaniji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet reġistrata fl-2019 u fl-2020, rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, ġew registrati total ta’ 4,245 kumpaniji (public and private limited companies). Fis-sena 2020 , ġew reġistrati total ta’ 3,211 kumpaniji ( public and private limited companies) .

Kumpaniji li ġew struck off

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet struck off fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, kien hemm 2,971 kumpanija li ġew struck off, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 13,189 li ġewstruck off. Il-proċess tat-tindif tar-Registru minn kumpaniji inattivi bhala struck off as defunct mir-Reġistratur hija mizura kif ġiet rakkomandata minn Moneyval. L-informazzjoni kollha ta’ dawn il-kumpaniji li ġew struck off tibqa xorta mi¿muma fuq ir-Reġistru.