Miżuri tal-COVID-19 — taxxa dovuta illi ġiet deferred
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-2020 illi ġiet “deferred” bħala waħda mill-miżuri tal-COVID-19 u kemm minn dik it-taxxa tħallset fis-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena, tikkonsisti fi ġbir ta’ arretrati u kemm minnha hija taxxa dovuta din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi rranġat il-lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament liema lift ilu snin ma jaħdem?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi qed issir evalwazzjoni tal-ħsarat eżistenti sabiex ikunu jistgħu jitwettqu t-tiswijiet neċessarji. Għaldaqstant, data indikattiva tat-tlestija tat-tiswijiet tkun tista tingħata meta tali evalwazzjoni titlesta.
Sadanittant, ir-residenti se jintalbu jiffurmaw assoċjazzjoni tar-residenti sabiex tamministra l-lift wara li jitlestew it-tiswijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-Airmalta li temmew l-impjieg tagħhom permezz tal-iskema tal-VRS applikaw sussegwentement għall-kumpens ta’ €4,500 għall-perjodu li kien hemm friza fuq il-pagi bejn Jannar 2004 u Dicembru 2011? Kemm minn dawn il-ħaddiema li applikaw ngħataw kumpens? Kemm ma ngħatawx?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi 272 ingħataw kumpens u 13 ma ngħatawx.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ċerti ħaddiema tal-Airmalta li temmew l-impjieg tagħhom taħt l-iskema VRS ngħataw kumpens għall-perjodu li kien hemm friża fuq il-pagi bejn Jannar 2004 u Diċembru 2011 u oħrajn le?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord tal-inġustizzji ta’ dak iż-żmien, li wara li ra t-talbiet individwali abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-istess skema, kien ikkonkluda li l-applikanti għall-VRS kienu intitolati għall-kumpens. (Din ma kinitx fid- diskrezzjoni tal-Air Malta).
Persuni li ma humiex pensjonanti li waqgħu fil-0% tax bracket
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21454 u jgħid kemm-il persuna li mhijiex pensjonanta waqgħet fil-0% tax bracket fis-snin 2018, 2019 u 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni, mhux pensjonanti, li waqgħu fil-0% ‘tax bracket’ fis-Snin ta’ Stima 2018, 2019 u 2020 (Snin Bażi 2017, 2018 u 2019) huwa kif ġej:
Sena Stima 2018: 57,627
Sena Stima 2019: 54,232
Sena Stima 2020: 65,360
Ħlas ta’ taxxa fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 35%
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21455 u jgħid kemm-il persuna (individwi) ħallset taxxa fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 35% fis-snin 2018, 2019 u 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni (individwi) li ħallsu taxxa fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 35% fis-Snin ta’ Stima 2018, 2019 u 2020 (Snin Bażi 2017, 2018 u 2019) huwa kif ġej:
Sena Stima 2018: 6,633
Sena Stima 2019: 7,936
Sena Stima 2020: 9,866
Ħlas ta’ taxxa fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25%
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21456 u jgħid kemm-il persuna (individwi) ħallset taxxa fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% fis-snin 2018, 2019 u 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni (individwi) li ħallsu taxxa fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% fis-Snin ta’ Stima 2018, 2019 u 2020 (Snin Bażi 2017, 2018 u 2019) huwa kif ġej:
Sena Stima 2018: 119,705
Sena Stima 2019: 131,293
Sena Stima 2020: 150,104
Dħul attribwibbli għar-rata ta’ 35% tax – ġbir ta’ taxxa minn individwi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21457 u jgħid kemm inġabret taxxa minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 35% tax fis-snin 2018, 2019 u 2020 rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa li inġabret minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 35% tax fis-Snin ta’ Stima 2018, 2019 u 2020 (Snin Bażi 2017, 2018 u 2019) huwa kif ġej:
Sena Stima 2018: Ewro 178,301,643
Sena Stima 2019: Ewro 210,747,156
Sena Stima 2020: Ewro 258,447,807
Dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket – ġbir ta’ taxxa minn individwi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21458 u jgħid kemm inġabret taxxa minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket fis-snin 2018, 2019 u 2020 rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa li inġabret minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax fis-Snin ta’ Stima 2018, 2019 u 2020 (Snin Bażi 2017, 2018 u 2019) huwa kif ġej:
Sena Stima 2018: Ewro 414,342,641
Sena Stima 2019: Ewro 473,805,211
Sena Stima 2020: Ewro 560,653,645
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kienet taħdem mal-Airmalta ngħatat kumpens ta’ €4,500 għall-perjodu li kien hemm friża fuq il-pagi bejn Jannar 2004 u Dicembru 2011?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rriżulta li żewġ persuni ingħataw kumpens ta’ €4,500 jew aktar. Il-kumplament ingħataw inqas.
Dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket – ġbir ta’ taxxa minn individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket fis-snin 2018, 2019 u 2020 rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu sabiex l-inkonvenjent tal-irwejjaħ li r-residenti tal-Kalkara damu s-snin jilmentaw minnhom minħabba l-attività relatata mal-użu tat-tankijiet ġewwa Ricasoli, ma jiġix trasferit lill-Marsa b’detriment għar-residenti tal-Marsa?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-riżultat tal-Relevant Expression of Interest li ħarġet Projects Malta għar-riġenerazjoni tal-Menqa, il-Marsa li kienet għalqet fis-7 ta’ Lulju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li Projects Malta ġiet mitluba fl-2017 biex toħroġ Espressjoni ta ’Interess (EOI) bl-intenzjoni li tipproċedi permezz li tinħareġ talba ġdida għal proposta, bl-għoti ta’ konċessjoni li biha l-Gvern ikun qed jagħti, terminu, konċessjoni fuq bażi enfitewtika, ta’firxa ta’ art u baħar tul il-Moll Braken, Menqa, Marsa lil operatur privat. L-għan kien li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' attività innovattiva u jiġġenera attività ekonomika ġdida fiż-żona tal-port.
Tressqu total ta ’16-il proposta, 5 minnhom ma kinux konformi mar-rekwiżiti ta’ sottomissjoni elenkati fl-espressjoni ta’interess, u għalhekk ma ġewx ikkunsidrati aktar.
Il-konsorzji differenti pproponew diversi ideat fosthom dawn li ġejjin: Yacht Marina; Kumpless Residenzjali ta' Lussu, Ċentru tan-Negozju, Żoni ta' Rikreazzjoni, Estensjoni ta'Faċilitajiet Eżistenti, Lukanda, Night Clubs u Ristoranti, Uffiċċji, Faċilitajiet Sportivi, Ċentru u Laboratorji ta' l-Akkwakultura, Parkeġġ tal-Fuel Station, Skola Nawtika, Stazzjon tal-Fjuwil, Terminal tal-Port tal-Baħar u Struttura barra mix-xtut ghal pjattaformi għat-Trobbija tal-Ħut. Rapport bir-riżultat ġie abbozzat mill-kumitat li jissorvelja din l-EOI, liema rapport ġie sottomess lill-ministeru responsabbli minn Projects Malta, dak iż-żmien il-Ministeru għat-Turiżmu.