Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji li qegħdin taħt liquidation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tqiegħdet taħt liquidation fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni titluba dwar l- kumpaniji li tqiegħdu taħt liquidation qiegħda hawn taħt: Sena Kumpaniji taħt liquidation 2019 1,944 2020 2,292 2021 2,108 Jan-Gunju 2022 983

Partnerships en nom commandite u en nom collectif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il partnership en nom commandite u en nom collectif ġew irreġistrati fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar partnerships en nom commandite u en nom collectif registrati, tinsab hawn taħt: Sena en nom commandite reġistrati en nom collectif reġistrati 2019 22 76 2020 21 35 2021 20 53 Jan-Gunju 2022 10 49

Kemmuna – Carrying Capacity

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx l-istudju dwar il-carrying capacity ta’ Kemmuna taħt il-Comino Management Plans u f’każ li sar, tistax tippreżenta kopja ta’ dan l-istudju lill-Parlament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1827.

Avviżi Legali 161 u 163 tal-2022 — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika min ġie kkonsultat qabel il-ħruġ tal-Avviżi Legali 161 u 163 tal-2022 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fl-aħħar snin il-Gvern imbarka fuq numru kbir ta’ proġetti li taw ħajja ġdida lill-Belt Valletta. Proġetti li ngħataw relevanza ikbar bl-investiment li sar ukoll mis-settur privat. Grazzi għall-inizjattivi li ttieħdu, il-Belt esperjenzat żvilupp sostenibbli, it-tisbiħ u rinovar taż-żoni residenzjali u bini dilapitat kien irrestawrat u beda jintuża għal raġunijiet diversi. Bħala parti minn dan il-proċessi l-Gvern kontiwament jirċievi ideat, suġġerimenti u lmenti. Li hu żgur li, kontra l-impressjoni li kien hemm min ipprova jagħti, il-Gvern m’għandu ebda ħsieb li l-Belt tinbidel f’Paceville ieħor. Minflok, l-Avviż Legali jirrifletti r-realtajiet tal-kapitali u għalhekk jgħid li għandha tindaqq mużika moderata f’numru ta’ toroq biss. Hu proprju għalhekk ukoll li l-avviż legali jitkellem fuq mużika moderata biss fil-ħin tal-estensjoni.

Dipartiment tal-Artijiet — applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il applikazzjoni daħlet taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1611, in-numru ta’ applikazzjionijiet li ġew reġistrati taħt l-iskema 2019 għax xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura hu ta’1446.

Dipartiment tal-Artijiet — applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il applikazzjoni li daħlet taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura ġiet ipproċessata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew irċevuti 1446 applikazzjioni u ġew proċessati 929 il-applikazzjoni.

Dipartiment tal-Artijiet — applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il applikazzjoni li daħlet taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura ġiet iffinalizzata u sar il-kuntratt relattiv għax-xiri tad-dirett dominju?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru 160 kuntratt, 10 ġew irrifjutati u 98 mistenija jkunu finalizzati min-naħa ta’ Nutar.

Dipartiment tal-Artijiet — Proċessar ta’ applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi pjanijiet hemm sabiex il-backlog li jeżisti fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet li daħlu taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura, tiġi indirizzata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għal mistoqsija Parlamentari Nu.1614, l-Uffiċċju Konġunt qiegħed f’diskussjionijiet mad-Dipartimenti tas-Servizzi Korporativi tal-Ministeru sabiex issir talba ċentrali sabiex jiżdiedu n-numru ta’ riżorsi umani allokati lill-Uffiċċju u b’hekk jitħaffef il-proċess tar-reġistrazzjionijiet.

Floriana — Triq Sant’Anna

Question

Jista’ l-Ministru jindika f’liema stadju waslu l-istudji dwar il-proposta mħabbra mill-Gvern qabel l-Elezzjoni Ġenerali 2022 li Triq Sant’Anna, Floriana, tiġi pedestrianized?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 1615, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Stabbilimenti kummerċjali liċenzjati biex tindaqq il-mużika

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il stabbiliment kummerċjali huma liċenzjati ossia awtorizzati fil-Belt Valletta, Floriana, Gwardamanġa/Pietà, Ħamrun, Marsa u Santa Venera, taħt liema kategorija jaqgħu u kemm minnhom għandhom liċenzja sabiex tindaqq il-mużika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-ħtieġa għal liċenza għal stabbilimenti kummerċjali ta' natura ġenerika tneħħa b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017 u għalhekk mhux possibbli li jiġi indikat kemm -il stabbiliment kummerċjali huwa liċenzjat ossia awtorizzat fil-lokalitalijiet msemmija Min-naħa l-oħra stabbilimenti li jipprovdu l-ikel huma liċenzati mill-Awtorità tat-Turiżmu u permess, fejn dan ikun meħtieġ, biex tindaqq mużika minn tali stabbilimenti huwa maħruġ minn din l-Awtorità. Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil Ministru responsabli mis-settur.
Leg 13 PQ #24274 Sitting 541 2022-01-31 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta — ordni ta’ ajruplani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-ordni mal-Airbus għal “long haul planes” li għaliha saret referenza fil-Press Conference tal-Ministru dwar l-Airmalta nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Jannar 2022, x’tip huma dawn l-ajruplani, kemm-il-ajruplan “long haul” ġie ordnat, kemm kien il-valur totali ta’ din l-ordni, min awtorizza din l-ordni, meta ġiet rinegozjata din l-ordni għal-tliet ajruplani “short haul”, x’tip huma dawn l-ajruplani “short haul”, kemm huwa l-valur totali ta’ din l-ordni ġdida, kienx hemm penali jew telf sabiex l-ordni ġiet ri negozjata, meta ser ikunu ‘delivered’ dawn it-tliet arjuplani, kif ser tiġi ffinanzjata din l-ordni l-ġdida, ma min qed jiġi nnegozjat il-bejgħ u “lease back” irrapurtat fl-istess press conference ta’ dawn l-ajruplani, u x’pjanijiet għandha l-AirMalta jekk dawn in-negozjati jfallu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ordni tal-“long haul planes” li għaliha saret referenza fil-Press Conference dwar l-Air Malta nhar il- Ġimgha 14 ta’ Jannar 2022 saret f’Ottubru 2019. Dawn il- “long haul planes” kienu tat-tip Airbus A321XLR u ġew ordnati tnejn. L-ordni taz-zewg “long haul planes” saret mill-Malta Med Air wara li ġiet awtorizzata mill-Ministeru Tat-Turizmu. Dawn l-ajruplani ġew ordanti biex jinkrew mill-Malta Med Air lill-Air Malta. Din l-ordni ġiet rinegozjata għal tliet ajruplani tat-tip Airbus A320NEO fl-Lulju 2021. Ma kien hemm l-ebda penali jew telf sabiex l-ordni ġiet rinegozjata. L-ewwel ajruplan ser ikun “delivered” fil-bidu tat-2023 u t-tnejn l-oħra fil-bidu tat-2024. Ir-rifinanzjament ta’ dawn l-ajruplani qed isir ma’ ditta speċjalizzata barranija wara li l-Air Malta ħarġet sejħa internazzjonali għal-proposti ta’ rifinanzjament u li għaliha wieġbu għaxar kumpaniji barranin. Jekk dawn in-negozjati jfallu, l-Air Malta għandha alternattivi oħra.
Leg 13 PQ #24268 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħlas ta’ taxxa fuq dħul ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23600 u jgħid kemm tħallset taxxa fuq dħul ta’ pensjonijiet fis-snin 2018-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pensjonijiet sal-ammonti indikati fit-tabella ta’ hawn taħt ma jeħlu ebda taxxa. Sena Ba¿i Persuna Waħidha Ġenitur Mizzewġin 2017 €10,500 €11,500 €13,000 + €500 fuq dħul ieħor 2018 €13,200 €13,200 €13,200 + €1,000 fuq dħul ieħor 2019 €13,434 €13,434 €13,434 + €1,000 fuq dħul ieħor 2020 €13,798 €13,798 €13,798 + €2,000 fuq dħul ieħor 2021 €14,058 €14,058 €14,058 + €3,600 fuq dħul ieħor Fl-eventwalità li xi parti tal-pensjoni teċċedi l-ammonti mnizzla fit-tabella, din ti¿died mal-kumplament tad-dħul tal-persuna u tiġi ntaxxata globalment. Għal din ir-raġuni mhuwiex possibbli li tiġi kkalkulata t-taxxa fuq pensjoni separatament.
Leg 13 PQ #24269 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ġbir ta’ arretrati u taxxa dovuta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23599 u jgħid kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena tikkonsisti fi ġbir ta’ arretrati u kemm minnha hija taxxa dovuta din is-sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn €2,265,460,909 miġbura sat-tielet kwart tal-2021, €200,669,159 huma f’arretrati. Madankollu, it-taxxa tad-dħul dovuta għas-Sena Ba¿i 2021 għad trid tinħadem skont id-dikjarazzjonijiet li jsiru matul is-Sena ta’ Stima 2022.
Leg 13 PQ #24270 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Miżuri tal-COVID-19 — taxxa dovuta illi ġiet deferred

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23598 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-2020 illi ġiet “deferred” bħala waħda mill-miżuri tal-COVID-19 u kemm minn dik it-taxxa tħallset fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ VAT dovuta għal perjodu ta’ dikjarazzjoni bejn il-15 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, u li kien eliġibbli għad-deferral scheme, kien ta’ €353,707,279.87. Minn dan l-ammont, sad-29 ta’ Diċembru 2021, tħallas l-ammont ta’ €301,696,334.22. L-ammont ta’ taxxa dovuta fuq dħul li sar matul l-2020, u li kien eliġibbli għad- deferral scheme , għadu ma ġiex stabbilit, peress li l-ipproċessar tal-formoli tat-taxxa tal-kumpaniji għas-Sena ta’ Stima 2021, li sar fil-bidu ta’ Diċembru 2021, għad irid jiġi konkluz.
Leg 13 PQ #24271 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpaniji reġistrati Malta — Minimum Corporate Tax ta’ 15% - impatt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23597 u jindika kemm-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji reġistrati Malta jistgħu jiġu impattati f’każ li tidħol fis-seħħ il-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD? Jista’ jindika kemm ħallsu taxxa f’Malta dawn il-kumpaniji bejn l-2018 u l-2020 wara li jiġi mnaqqas il-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data ta’ l-informazzjoni miġbura (09/12/2021), kien hemm 228 gruppi ta’ kumpaniji reġistrati Malta li jistgħu jiġu impattati mill-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD. L-ammont ta’ taxxa ddikkjarata jew mħallsa mill-kumpaniji li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi wara li jiġi mnaqqas is-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti kien ta’ €73,687,236 għas-sena bazi 2018 u €114,290,324 ghas-sena bazi 2019. Peress li d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-formoli tat-taxxa għas-sena bazi 2020 kien l-1 ta’ Diċembru 2021, għadu kmieni biex tinġabar l-informazzjoni sħiħa fuq it-taxxa għal dan il-perjodu. Il-figuri attwali msemmija mhux kollha tħallsu fil-munita Ewro. Fejn dawn kienu mħallsa f’munita ohra, il-figuri ġew maqluba għall-ammont ekwivalenti f’Ewro bir-rata medja tal-kambju għas-snin rispettivi kif maħruġin mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Leg 13 PQ #24272 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23596 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew jiswew f’termini finanzjarji l-miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 fis-sena 2020 u 2021, miżura b’miżura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #24273 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AirMalta — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mal-AirMalta u mal-kumpaniji relatati bejn l-2013 u l-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni full-time u part-time li ġew impjegati u n-numru ta’ persuni full-time u part-time li l-impieg tagħhom ġie tterminat mal-Air Malta bejn l-2013 u l-2021 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Impjegati Terminati 2013 154 137 2014 199 190 2015 148 138 2016 132 115 2017 117 95 2018 251 202 2019 250 155 2020 40 139 2021 3 120

Belt Valletta — Dipartimenti tal-Gvern, Ministeri, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi – reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ‘reserved’ ‘parking spaces’ għad-Dipartimenti tal-Gvern, Ministeri, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi rispettivament ġewwa l-Belt Valletta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2090, 2091, 2092. Tlabt biex il-listi jiġu aġġornati.
Leg 13 PQ #23596 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Miżuri relatati mal-Pandemija COVID-19 — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew jiswew f’termini finanzjarji l-miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 fis-sena 2020 u 2021, miżura b’miżura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #23597 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpaniji reġistrati Malta — Minimum Corporate Tax ta’ 15% - impatt

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji reġistrati Malta jistgħu jiġu impattati f’każ li tidħol fis-seħħ il-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD? Jista’ jindika kemm ħallsu taxxa f’Malta dawn il-kumpaniji bejn l-2018 u l-2020 wara li jiġi mnaqqas il-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.