Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3066 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Belt Valletta? Kemm minn dawn ġew liċenzjati fl-2021? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Belt Valletta ġew irrifjutati fl-2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Belt Valletta huwa ta’ 14. Lukanda minnhom ingħatat il-liċenzja fl-2021.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3068 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-MTA fil-Furjana? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Furjana ġew irrifjutati fl-2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Furjana huwa ta’ tnejn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3070 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Ħamrun? Kemm huma s-sodod totali ta’ dawn il-lukandi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Ħamrun ma hemm l-ebda lukanda liċenzjata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3071 u jgħid kemm huma r-ristoranti liċenzjati ġewwa Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma ġewwa l-Belt Valletta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ristoranti liċenzjati ġewwa Malta u Għawdex huwa ta’ 833. Fil-Belt Valletta hemm 65 ristorant liċenzjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-MTA fil-Belt Valletta? Kemm minn dawn ġew liċenzjati fl-2021? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Belt Valletta ġew irrifjutati fl-2021?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija rreġistrata fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2022 għandha Issued Share Capital li jaqbeż il-minimu stabbilit fil-liġi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-kumpaniji reġistrati li għandhom Issue Share Capital li jaqbez il-minimu stabbilit fil-liġi jigifieri b’ issued share capital ta’ € 1,166 jew iktar, tinstab hawn taħt:
Sena
Kumpaniji reġistrati
2019
4,048
2020
3,039
2021
3,207
Jan-Gunju 2022
1,340
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet struck off fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li ġew struck off b’mod volontarju, struck off bil-Qorti, struck off wara merger jew division jew struck off bid-defunct procedure, jinsabu hawn taħt:
Sena
Kumpaniji struck off
2019
3,102
2020
13,474
2021
7,740
Jan-Gunju 2022
1,158