Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Swieqi – Proprjetajiet liċenzjati bħala short lets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet liċenzjati bħala short lets fil-lokalità tas-Swieqi? Jista' jgħid ukoll kemm saru spezzjonijiet fuq dawn il-proprjetajiet matul l-aħħar sentejn u kemm instabu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ proprjetajiet liċenzjati bħala short-lets fil-lokalita’ ta’ Swieqi, sal-aħħar t’Awwissu 2026, jammontaw għal 516. Matul l-aħħar sentejn l-Awtorita’ wettqet ’il fuq minn 900 spezzjoni fuq dan it-tip ta’ propjetajiet fejn instabu 112 il-każ ta’ non konformità u għaldaqstant ittieħdet azzjoni ta’ infurzar.

Is-Swieqi – Uffiċjali tal-Pulizija assenjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija assenjati sabiex iservu l-lokalità tas- Swieqi u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu r-riżorsi fid-dawl tal-ilmenti dwar l-infurzar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tindika għall-liema perjodu partikolari qegħda tirreferi.

Is-Swieqi – Rimi illegali tal-iskart – Multi/spezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet u kemm inħarġu multi relatati ma’ rimi illegali tal-iskart fil-lokalità tas-Swieqi matul l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-bidu tal-2025 sal-aħħar ta’ Awissu 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet 294 spezzjoni relatati ma’ skart fis-Swieqi biss. Kull spezzjoni tkun tikkonsisti f’shift ta’ żewġ uffiċjali għal bejn erba’ u ħames sigħat kull waħda. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, l-ERA ħarġet 35 multa marbuta ma’ każijiet ta’ depożitu illegali ta’ skart, kif ukoll 77 ittra ta’ twissija relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-separazzjoni mandatorja tal-iskart.

Is-Swieqi – Rimi u ġbir ta’ skart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċieva d-dipartiment jew l-entitajiet responsabbli dwar skart imħolli illegalment jew nuqqas ta’ ġbir ta’ skart fil-lokalità tas-Swieqi matul l-aħħar sentejn u x’passi ttieħdu sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-bidu tal-2024 sal-aħħar ta’ Awwissu 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet 41 rapport dwar kwistjonijiet ta’ skart fil-lokalità tas-Swieqi permezz tal-pjattaforma uffiċjali tal-ERIS. Apparti dawn, l-Awtorità rċeviet ukoll numru ta’ imejls mill-Kunsill Lokali dwar is-suġġett li lkoll ġew segwiti. Wara li l-ERA tirċievi tali rapporti, jsiru spezzjonijiet u monitoraġġ tal-‘hot spots’ skont is-severità tal-problema. Fil-perjodu inkwistjoni, l-Awtorità wettqet 679 spezzjoni relatata ma’ skart mormi ħażin fis-Swieqi. Dawn ix-shifts jikkonsistu f’żewġ uffiċjali li jagħmlu spezzjonijiet ta’ bejn erba’ u ħames sigħat. Dawn l-ispezzjonijiet wasslu biex, matul l-aħħar sentejn, l-ERA ħarġet 66 multa marbuta ma’ każijiet ta’ depożitu illegali ta’ skart fis-Swieqi, kif ukoll 118 -il ittra ta’ twissija uffiċjali relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi tas-separazzjoni mandatorja tal-iskart.

Kummissjoni Maltija tal-Films – Rifjuti ta’ applikazzjonijiet minn produtturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet minn produtturi Maltin għal finanzjament jew appoġġ mill-Kummissjoni Maltija tal-Films li ġew irrifjutati fl-aħħar tliet snin, u għal liema raġunijiet ewlenin?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Films u serje Maltin – Strateġija nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix strateġija nazzjonali speċifika, b'miri u fondi ddedikati, biex tiżdied il-produzzjoni ta' films u serje Maltin li jirrakkontaw l-istorja u l-kultura tagħna, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija tal-Films struttura ta’ governanza formali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqaf bord jew struttura ta' governanza formali fi ħdan il-Kummissjoni Maltija tal-Films?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Maltija tal-Films hija regolata b’KAP 478 tal-liġijiet ta’ Malta u kwalunkwe struttura u l-governanza tagħha hija regolata bl-istess Att.

Kummissjoni Maltija tal-Films – Rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kummissjoni Maltija tal-Films hux se jiġu implimentati fi żmien speċifiku u jekk iva, jipprovdi timeline ċar ta' meta dawn se jiġu implimentati?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Produzzjonijiet tal-films Maltin indiġeni – Skemi ta’ appoġġ/finanzjament

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi, speċifikament għal skemi ta' appoġġ jew finanzjament ta' produzzjonijiet tal-films Maltin indiġeni, fl-aħħar ħames snin, meta mqabbel mal-infiq totali fuq avvenimenti promozzjonali u marketing?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Meditterane Film Festival 2025 – Tender għall-organizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-data eżatta li fiha ġie ffirmat jew mogħti t-tender għall-organizzazzjoni tal-edizzjoni tal-2025 tal-Mediterrane Film Festival, meta mqabbla mad-data tal-avveniment innifsu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mediterrane Film Festivals 2025 u 2026 – Rendikont tal-ispiża

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont sħiħ u dettaljat tal-ispiża tal-edizzjonijiet tal-2025 u l-2026 tal-Mediterrane Film Festival, maqsum item b'item, inkluż kull kuntratt individwali u l-valur tiegħu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films - produzzjonijiet barranin iffilmjati f’Malta - rebates

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie allokat b'kollox mill-fondi pubbliċi bħala rebates lil produzzjonijiet barranin iffilmjati f’Malta fl-aħħar ħames snin, u kemm minn dan l-ammont mar għand kumpaniji rreġistrati barra minn Malta?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films – Skema ta’ rebates – Analiżi komparattiva

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi analiżi komparattiva, f'termini ta' rata u kundizzjonijiet, bejn l-iskema tar-rebates fl-industrija tal-films f'Malta, u skemi simili offruti minn pajjiżi kompetituri fil-Mediterran u fl-Ewropa?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija tal-Films – Bilanċ Fiskali

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri annwali sħaħ (mhux kumulattivi) tal-Bilanċ Fiskali tal-Kummissjoni Maltija tal-Films bejn l-2018 u l-2025, maqsuma sena b’sena, inkluż is-sena 2024 fejn ġie rreġistrat bilanċ negattiv?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija tal-Films – Kontijiet awditjati – Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kontijiet awditjati tal-Kummissjoni Maltija tal-Films għas-snin 2020, 2021 u 2022 ħadu bejn 13 u 32 xahar biex jiġu ffinalizzati, u x'passi konkreti ttieħdu biex jiġi żgurat li dan id-dewmien ma jerġax jiġri għas-snin finanzjarji sussegwenti?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rapport “The Impact of the Film Industry in Malta” – Verifika/reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport “The Impact of the Film Industry in Malta” (Marzu 2026) ġiex sottomess għal xi forma ta' verifika jew reviżjoni minn parti terza indipendenti qabel ma tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk le, għaliex?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films – Kalkolu tal-Kontribut ekonomiku

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-metodoloġija sħiħa u d-data bażika (raw data) użata biex jasal għaċ-ċifra ta' €1.5 biljun bħala kontribut ekonomiku "value added" tal-industrija tal-films, inkluż liema assunzjonijiet speċifiċi ntużaw fil-mudell użat?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films – Strateġija dwar Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi strateġija formali, approvata mill-Kabinett jew mill-Ministeru, biex jissaħħu t-taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet tekniċi fost il-crew Malti fl-industrija tal-films, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.