Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi - Promozzjonijiet internazzjonalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema inizjattivi ħadet il-Kummissjoni Maltija għall-Films matul l-aħħar ħames snin sabiex tippromwovi internazzjonalment is-siti storiċi ta’ Malta bħala locations għal films u produzzjonijiet televiżivi, u kemm intefqu fondi fuq dawn l-inizjattivi?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi - Evalwazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji tuża l-Kummissjoni Maltija għall-Films meta tevalwa jekk sit storiku huwiex adattat biex jiġi promoss bħala location għal produzzjonijiet internazzjonali, u jekk dawn il-kriterji jinkludux il-kundizzjoni fiżika, il-karatteristiċi arkitettoniċi u l-flessibbiltà tas-sit għall-bżonnijiet tal-produzzjoni?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi - Kontribut ekonomiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Maltija għall-Films wettqitx studju dwar il-kontribut ekonomiku li jagħtu s-siti storiċi bħala locations għall-industrija tal-films f’Malta, u jekk iva, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija għall-Films - Nuqqas ta’ locations storiċi adattati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Maltija għall-Films irreġistratx każijiet fejn produzzjonijiet ikkunsidraw lil Malta iżda għażlu destinazzjoni oħra minħabba n-nuqqas ta’ locations storiċi adattati jew minħabba limitazzjonijiet marbuta mal-kundizzjoni jew mal-karatteristiċi ta’ dawn il-locations? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il każ ġie rreġistrat mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tal-Kummissjoni Maltija għall-Films, jagħti lista tas-siti storiċi f’Malta u Għawdex li ntużaw minn produzzjonijiet internazzjonali ta’ films u televiżjoni mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jindika t-tip ta’ produzzjoni u s-sena tal-ġbid għal kull sit?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra

Heritage Malta – Dħul mill-użu tal-Forti Ricasoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta’ Heritage Malta mill-użu tal-Forti Ricasoli għall-ġbid ta’ films, produzzjonijiet televiżivi jew attivitajiet relatati ma’ dawn il-produzzjonijiet f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Forti Ricasoli ma jaqax taħt l-amministrazzjoni ta’ Heritage Malta.

Forti Ricasoli – Talbiet għall-ġbid ta’ films jew produzzjonijiet televiżivi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tar-raġunijiet li għalihom talbiet għall-ġbid ta’ films jew produzzjonijiet televiżivi fil-Forti Ricasoli ġew miċħuda jew suġġetti għal limitazzjonijiet matul l-aħħar ħames snin, filwaqt li jindika kemm-il każ kien hemm għal kull raġuni?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra

Forti Ricasoli – Talbiet għall-użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għall-użu tal-Forti Ricasoli għall-ġbid ta’ films jew produzzjonijiet televiżivi waslet għand l-entitajiet responsabbli matul kull waħda mill-aħħar ħames snin, kemm ġew approvati u kemm ġew miċħuda jew irtirati?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra

Heritage Malta u l-Kummissjoni Maltija għall-Films – Laqgħat dwar il-Forti Ricasoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta jew il-Kummissjoni Maltija għall-Films iltaqgħux ma’ rappreżentanti tal-industrija tal-films biex jiddiskutu l-użu futur ta’ Forti Ricasoli? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il laqgħa saret, f’liema dati u liema kwistjonijiet ġew diskussi?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra

Forti Ricasoli – Spazju għall-ġbid ta’ films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazju fil-Forti Ricasoli li bħalissa jista’ jintuża għall-bini u t-twaqqif ta’ settijiet tal-films? Jista’  jgħid ukoll jekk saritx valutazzjoni dwar kif proġetti ta’ restawr jew interventi oħra jistgħu jaffettwaw din il-kapaċità?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra

Forti Ricasoli – Valutazzjoni tal-impatt ta’ interventi maġġuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma jiġu approvati interventi maġġuri fil-Forti Ricasoli ssirx valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-kapaċità tas-sit li jintuża għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ dawn il-valutazzjonijiet mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Forti Ricasoli – Proġetti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ippjanati proġetti ġodda ta’ restawr, riabilitazzjoni jew żvilupp fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji tal-interventi ppjanati, l-ispiża stmata tagħhom u ż-żmien mistenni għall-implimentazzjoni?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt informat li hemm numru ta’ interventi ta’ restawr ippjanati fuq il-Forti Ricasoli, dan sabiex tiġi żgurata il-konservazzjoni u r-restawr tas-swar tal-Forti.

Forti Ricasoli – Proġetti ta’ restawr jew riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti ta’ restawr, riabilitazzjoni jew interventi oħra li twettqu fil-Forti Ricasoli mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jindika għal kull proġett id-data tat-tlestija, l-ispiża u l-entità responsabbli?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsabu infurmat li matul il-perjodu msemmi, id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni wettaq tliet proġetti ta’ restawr fil-Forti Ricasoli. Dawn kienu jinkludu r-restawr tal-faċċata tan-Nofsinhar tar-Ridott ta’ San Duminku (Counterguard), ir-restawr tad-Demi-Bastjun ta’ San Duminku, kif ukoll xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni u restawr tal-faċċata tal-Casemates tul it-Tenaille tal-Forti.

Heritage Malta - Reġistru tal-interventi ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta żżommx reġistru tal-interventi ta’ restawr li jistgħu jaffettwaw l-użu futur ta’ siti storiċi bħala locations għall-films? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan ir-reġistru jinkludix valutazzjoni tal-effett fuq il-potenzjal tal-filming?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta żżomm dokumentazzjoni dettaljata ta’ kull proġett ta’ restawr, li tinkludi l-istat tas-sit qabel, matul u wara l-interventi mwettqa, sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tax-xogħlijiet kollha. Din id-dokumentazzjoni tinżamm skont il-prinċipji u l-etika tal-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali, u mhux bil-għan li jiġi evalwat il-potenzjal tas-siti għal użi speċifiċi, inkluż għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet awdjoviżivi.

Spejjeż addizzjonali fil-produzzjonijiet tal-films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta jew il-Kummissjoni Maltija għall-Films ġabrux informazzjoni dwar spejjeż addizzjonali li produzzjonijiet tal-films kellhom jagħmlu sabiex jaħbu jew ineħħu viżwalment elementi moderni f’siti storiċi? Jekk iva, jista’ jagħti ċ-ċifri disponibbli għall-aħħar ħames snin?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta – Speċifikazzjonijiet tat-tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispeċifikazzjonijiet tat-tenders għal proġetti ta’ restawr ikkummissjonati minn Heritage Malta jinkludux kundizzjonijiet dwar l-integrazzjoni sensittiva ta’ servizzi moderni u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi viżivi u arkitettoniċi tas-sit?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tibbaża l-proġetti ta’ restawr tagħha fuq prinċipji internazzjonali ta’ konservazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti mill-ICOMOS, fosthom il- Venice Charter tal-1964. Dawn il-prinċipji, li jinkludu r-riversibbiltà, l-intervent minimu u d-distinzjoni bejn elementi oriġinali u interventi moderni, jiġu integrati mill-periti responsabbli mill-konservazzjoni fl-ippjanar, fit-tmexxija u fl-eżekuzzjoni tal-proġetti ta’ restawr. Għalkemm dawn il-prinċipji mhux neċessarjament ikunu elenkati bħala kundizzjonijiet individwali fl-ispeċifikazzjonijiet tat-tenders, xorta waħda jiffurmaw parti integrali mill-implimentazzjoni tal-proġetti. Barra minn hekk, dawn ix-xogħlijiet ikunu suġġetti għall-monitoraġġ tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-istandards rilevanti tal-konservazzjoni u titħares l-integrità storika, arkitettonika u viżiva tas-siti.

Heritage Malta – Installar ta’ elementi moderni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tagħtix preferenza lil soluzzjonijiet riversibbli, fejn teknikament u strutturalment possibbli, meta jiġu installati elementi moderni f’siti storiċi, sabiex jiġi evitat li l-karatteristiċi arkitettoniċi u viżivi tas-sit jinbidlu b’mod permanenti?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tagħti preferenza lil soluzzjonijiet riversibbli, fejn dan ikun teknikament u strutturalment possibbli. Kull intervent jiġi evalwat individwalment, skont il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sit u abbażi ta’ pariri professjonali, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika, arkitettonika u viżiva tas-sit ikkonċernat.

Heritage Malta - Valutazzjoni tal-impatt waqt ir-restawr ta’ siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt it-tfassil ta’ proġetti ta’ restawr ta’ siti storiċi taħt Heritage Malta ssirx valutazzjoni tal-impatt viżiv tal-elementi moderni li jkunu se jiżdiedu, b’mod partikolari fir-rigward tal-preservazzjoni tal-karatteristiċi li jagħmlu s-sit adattat għall-ġbid ta’ produzzjonijiet storiċi?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-proġetti ta’ restawr imwettqa minn Heritage Malta huwa l-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika, arkitettonika u kulturali tas-siti taħt il-kura tagħha. Kull valutazzjoni li ssir waqt it-tfassil u t-twettiq ta’ interventi ta’ restawr hija bbażata fuq prinċipji u standards professjonali tal-konservazzjoni, kif stabbiliti f’karti internazzjonali f’dan il-qasam. Għaldaqstant, kull intervent, inkluża l-introduzzjoni ta’ elementi moderni, jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sit, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-ħarsien tal-wirt storiku u arkitettoniku tiegħu.

Heritage Malta – Konsultazzjoni mal-Kummissjoni Maltija għall-Films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tikkonsultax mal-Kummissjoni Maltija għall-Films qabel ma jiġu approvati interventi maġġuri ta’ restawr fuq siti storiċi li huma jew jistgħu jkunu ta’ interess għall-industrija tal-films?  Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ din il-proċedura?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari 4282.

Heritage Malta – Linji gwida dwar l-użu ta’ elementi moderni waqt ir-restawr ta’ siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex linji gwida formali dwar l-integrazzjoni ta’ elementi moderni, inklużi sistemi tad-dawl, cables, tagħmir tekniku, ħġieġ u elementi oħra kontemporanji, waqt ir-restawr ta’ siti storiċi li jistgħu jintużaw għall-filming?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tibbaża t-tfassil u t-twettiq tal-proġetti ta’ restawr fis-siti taħt il-kura tagħha fuq prinċipji u linji gwida stabbiliti f’dokumenti internazzjonali dwar il-konservazzjoni u r-restawr, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-ICOMOS, fosthom id-dokument ta’ Venezja tal-1964 (International Charter for the Conservation and Restoration of Monuments and Sites). Fl-integrazzjoni ta’ elementi moderni waqt interventi ta’ restawr, Heritage Malta timxi fuq prinċipji fundamentali tal-konservazzjoni, fosthom ir-riversibbiltà tal-interventi, fejn teknikament possibbli, l-intervent minimu meħtieġ u d-distinzjoni bejn elementi oriġinali u dawk kontemporanji. Dawn il-prinċipji għandhom l-għan li jiżguraw li kwalunkwe intervent modern jirrispetta l-karatteristiċi oriġinali tas-sit, filwaqt li titħares l-integrità storika, arkitettonika u kulturali tiegħu.