Riżultat ta' intervista silettiva għal-mili ta' post fuq bażi temporanja
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki f'livell Universitarju ta’ Ċertifikat u Diploma, f'livell Universitarju ta' Grad ta' Baċċellerat, Master u Dottorat, jew f'xi forma oħra, ġew sottomessi mit-tliet kandidati rispettivi li qagħdu għall-intervista silettiva għall-mili ta’ post fuq bażi temporanja dahar ma’ dahar ta’ maniġer servizzi infermeristiċ fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Monte Karmeli jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema post jaqa' taħt ir-Regolament 3(b)(4)(a) tal-Avviż Legali 239/2008 dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss? Dan il-post kien ġie rriklamat mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika permezz taċ-Ċirkulari li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, filwaqt li r-riżultat tal-intervista silettiva ġie ppubblikat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju 2012? Kemm kellu snin ta’ esperjenza fil-grad ta’ Maniġer Dipartimentali tal-Infermerija (Departmental Nursing Manager) kull wieħed mit-tliet kandidati rispettivi, mil-liema grad kienu ġew mistiedena l-applikazzjonijiet għall-mili tal-post imsemmi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li saret sejħa għal applikazzjonijiet minn Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fil-grad ta’ Departmental Nursing Manager. Qed jiġi ċċarat ukoll li s-sejħa kienet għall-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, u mhux speċifikament għall-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Karmeli jew ir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Għar-rigward informazzjoni konnessa mal-Bord tal-Għażla tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għall-ewwel darba fir-requirements għall-Ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija, hemm kundizzjoni li l-applikanti ma jistax ikollhom tattoos jew piercing permanenti? Ma jidhirlux li din il-kundizzjoni hija diskriminatorja u għaldaqstant illegali? Jista' jgħid allura, jekk fil-Korp tal-Pulizija hemm membri li għandhom tattoos jew piercing permanenti, hux se jiġu ddiskriminati jew mgħoddija dixxiplina?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi din mhix l-ewwel darba li dan ir-rekwiżit kien inkorporat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet għad-dħul fil-kors ta' taħriġ għall-kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija. Fil-fatt dan kien diġà fis-seħħ fl-aħħar sejħa li saret f’April tas-sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux maħsub li tinbena Dar għall-Anzjani f'Ħal Luqa, u dan għaliex, s'issa għad m'għandux Dar għall-Anzjani u jeħtieġ li l-anzjani Siġġiewin, meta jsiru dipendenti, jkollhom l-opportunita li jibqgħu jgħixu fil-kommunità li jkunu għexu fiha, peress li dan huwa l-aħjar ambjent biex l-anzjani, jkunu inkoraġġiti li jibqgħu attivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Politika tal-Gvern preżenti fejn tidħol il-Kura tal-Anzjani hija li sa fejn ikun possibli dawn jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-post fejn trabbew u rabbew, viċin il-familjari tagħhom u fl-ambjent li huma mdorrijin fih. Kien għalhekk li l-Gvern kompla jżid is-servizzi fil-komunita għall-anzjani tagħna fost oħrajn anke bl-introduzzjoni tal-Elderly Outreach Community Team u servizzi godda ta’ Night Shelters. Ta min jgħid li min hawn u ftit ieħor se jinfetaħ Night Shelter f’San Vincenz De Paul li jista faċilment jilqa fih anzjani mill-inhawi tal-madwar, fosthom dawk residenti f’Ħal Luqa. Il-Gvern jifhem u japprezza li minkejja kollox jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ anzjani f’xi stadju f’ħajjithom ikollhom bżonn jidħlu għal kura fit-tul. Għal dan il-għan tul din il-leġislatura il-Gvern żied in-numru ta’ sodod għall-Anzjani bi 800 sodda ġdida.
Il-Politika tal-Gvern hija li sa fejn ikun possibli jibqgħu jinbnew djar tal-anzjani fil-komunita’. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinbena dar tal-anzjani f’Birkirkara, filwaqt li ħarġet
expression of interest
għal dar tal-anzjani gewwa Raħal Ġdid. Il-Gvern ma jeskludix li fil-futur jibni dar tal-anzjani f’Ħal Luqa jew f’xi post fil-viċinanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux maħsub li tinbena Dar għall-Anzjani fis-Siġġiewi, u dan għaliex, s'issa għad m'għandux Dar għall-Anzjani u jeħtieġ li l-anzjani Siġġiewin, meta jsiru dipendenti, jkollhom l-opportunita li jibqgħu jgħixu fil-kommunità li jkunu għexu fiha, peress li dan huwa l-aħjar ambjent biex l-anzjani, jkunu inkoraġġiti li jibqgħu attivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Politika tal-Gvern preżenti fejn tidħol il-Kura tal-Anzjani hija li sa fejn ikun possibli dawn jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-post fejn trabbew u rabbew, viċin il-familjari tagħhom u fl-ambjent li huma mdorrijin fih. Kien għalhekk li l-Gvern kompla jżid is-servizzi fil-komunita għall-anzjani tagħna fost oħrajn anke bl-introduzzjoni tal-Elderly Outreach Community Team u servizzi godda ta’ Night Shelters. Ta min jgħid li min hawn u ftit ieħor se jinfetaħ Night Shelter f’San Vincenz De Paul li jista faċilment jilqa fih anzjani mill-inhawi tal-madwar, fosthom dawk residenti fis-Siġġiewi. Il-Gvern jifhem u japprezza li minkejja kollox jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ anzjani f’xi stadju f’ħajjithom ikollhom bżonn jidħlu għal kura fit-tul. Għal dan il-għan tul din il-leġislatura il-Gvern żied in-numru ta’ sodod għall-Anzjani bi 800 sodda ġdida.
Il-Politika tal-Gvern hija li sa fejn ikun possibli jibqgħu jinbnew djar tal-anzjani fil-komunita’. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinbena dar tal-anzjani f’Birkirkara, filwaqt li ħarġet
expression of interest
għal dar tal-anzjani gewwa Raħal Ġdid. Il-Gvern ma jeskludix li fil-futur jibni dar tal-anzjani fis-Siġġiewi jew f’xi post fil-viċinanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux maħsub li tinbena Dar għall-Anzjani f'Ħal Qormi, u dan għaliex, dan it-tielet l-akbar raħal f'Malta, s'issa għad m'għandux Dar għall-Anzjani u jeħtieġ li l-anzjani Qriema, meta jsiru dipendenti, jkollhom l-opportunita li jibqgħu jgħixu fil-kommunità li jkunu għexu fiha, peress li dan huwa l-aħjar ambjent biex l-anzjani, jkunu inkoraġġiti li jibqgħu attivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Politika tal-Gvern preżenti fejn tidħol il-Kura tal-Anzjani hija li sa fejn ikun possibli dawn jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-post fejn trabbew u rabbew, viċin il-familjari tagħhom u fl-ambjent li huma mdorrijin fih. Kien għalhekk li l-Gvern kompla jżid is-servizzi fil-komunita għall-anzjani tagħna fost oħrajn anke bl-introduzzjoni tal-Elderly Outreach Community Team u servizzi godda ta’ Night Shelters. Ta min jgħid li min hawn u ftit ieħor se jinfetaħ Night Shelter f’San Vincenz De Paul li jista faċilment jilqa fih anzjani mill-inhawi tal-madwar, fosthom dawk residenti f’Ħal Qormi. Il-Gvern jifhem u japprezza li minkejja kollox jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ anzjani f’xi stadju f’ħajjithom ikollhom bżonn jidħlu għal kura fit-tul. Għal dan il-għan tul din il-leġislatura il-Gvern żied in-numru ta’ sodod għall-Anzjani bi 800 sodda ġdida.
Il-Politika tal-Gvern hija li sa fejn ikun possibli jibqgħu jinbnew djar tal-anzjani fil-komunita’. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinbena dar tal-anzjani f’Birkirkara, filwaqt li ħarġet
expression of interest
għal dar tal-anzjani gewwa Raħal Ġdid. Il-Gvern ma jeskludix li fil-futur jibni dar tal-anzjani f’Ħal Qormi jew f’xi post fil-viċinanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li nbeda servizz ta' delivery ta' ħrieqi lill-anzjani fi djarhom? Jekk dan is-servizz inbeda, minn meta? Fejn jistgħu japplikaw l-anzjani? Jista' jgħid jekk id-dipartiment ħariġx tender għal dan is-servizz? Jekk ħarġet tender ġiet allokkata u lil min? Jista' jgħid x'inhi s-sistema, bħal per eżempju jekk hux jintalab ħlas għad-delivery? Kemm huwa l-ħlas? Min jitħallas? Tingħata irċevuta għall-ħlas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kien inbeda Servizz ta’ delivery ta’ ħrieqi lill-anzjani fi djarhom minn naħa tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’mod temporanju. Peress li dan is-servizz ingħata mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ stess ma kienx hemm il-bżonn li jinħareg tender. Intalab ħlas għad-delivery li kien ta’ €5 għal kull delivery. Wara kull delivery, u l-ħlas dovut lid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, ingħatat irċevuta uffiċċjali, rispettivament.
Mit-Tnejn, 12 ta` Marzu 2012 il-kuntrattur il-ġdid għas-Servizz tal-Inkontinenza huwa Protex Ltd. Is-servizz ta`
delivery
issa qiegħed isir minn naħa tal-Protex Ltd wara li l-istess anzjani jew il-qraba tagħhom jinfurmaw lill-istess kuntrattur li għandhom bzonn
delivery,
rispettivament. Il-ħlas ta`
delivery
dovuta lill-Protex Ltd hija ta` Euros 5. Wara kull
delivery
mnn naħa tal-Protex Ltd., tingħata rċevuta rispettiva.
Dan is-servizz minn dejjem kien bi ħlas. Kull klijent jista’ jitlob li ma jużax is-servizz ta’
delivery
biex jiġi eżentat minn dan il-ħlas tad-
delivery
.
Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Animal Welfare se jieħu ħsieb l-għadd ta' klieb abbandunati fiż-żona ta' Ħal Farruġ u li ġieli kienu ta' periklu għat-tfal residenti f'din l-area u dan minkejja l-għadd ta' rapporti regolari li r-residenti jagħmlu lill-awtoritajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5673 fejn hemm indikat li diġà kienu tneħħew xi-klieb fiż-żona ta’ Ħal-Farruġ. Jista’ jkun il-każ li hemm numru ta’ klieb ġodda li minn żmien għal żmien qed jiġu abbandunati fl-akkwati. Minn dak ż-żmien saru wkoll numru ta’ spezzjonijiet fuq l-imsemmija żona u jirriżulta li hemm numru żgħir ta’ klieb li kienu qed jinżlu fiż-żona residenzjali għax kienu qed jiġu mitmugħa minn numru ta’ residenti.
Dawn l-klieb qatt ma jkunu fl-istess post u jkunu qegħdin jiġġerrew minn żona għal oħra. Għaladqastant huwa kruċjali li r-rapporti jsiru lid-Direttorat għal-Ħarsien tal-Annimali immedjatament kif ukoll li dawn r-rapporti jagħtu deskrizzjoni eżatta tal-ħin u l-post fejn jkunu jiġġerrew dawn l-klieb. L-ispezzjonijiet qed jsiru abbażi tar-rapporti li jsiru u fejn qed jinstabu klieb abbandunati li jistgħu jkunu ta’ periklu għar residenti dawn qegħdin jinġabru minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru lqugħ fuq il-pontijiet li hawn fit-toroq madwar Malta u Għawdex, sabiex ikun hemm is-sigurtà meħtieġa għas-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn taħt dawn il-pontijiet u dan sabiex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu fatali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-garaxx għall-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei hux irranġat bl-impjegati tal-gvern u għaldaqstant humiex imħallsin mill-istess gvern? Jekk le, liema kumpanija hija responsabbli għall-irranġar u jekk din il-kumpanija rebħitx xi kuntratt? Jekk rebħet kuntratt, b'liema mod? Kemm-il sular fih dan il-garaxx u jekk hemmx xi parti li ġiet mikrija, jew jekk hux il-garaxx kollu huwa mikri? Jekk parti biss mikrija, liema parti? Jekk mhux mikri kollu, liema huma s-sulari mwellija lil din il-kumpanija? Jekk dan il-garaxx ingħata b'kirja jew b'titolu ieħor, għal kemm żmien u meta jagħlaq il-kuntratt? Kemm huwa n-numru ta' parkeġġ f'kull sular? Min iffissa r-rati għal ħlas tal-ħinijiet tal-parkeġġ? Ġie ikkunsidrat jekk persuna li ma taħdimx, tistax tieħu parkeġġ għal ċertu żmien, bla ħlas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titppġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru ta' siringi għal dawk li jbatu mid-diabete u jieħdu l-insulina hux se jiżdiedu u dan għaliex in-numru li qed jingħata bħalissa mhux biżejjed?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-Avviż Legali 81 tal-2012.
Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura taghħa b’xejn, permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mall-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża.
Il-pazjenti dijabetiċi li japplikaw skont l-emendi tas-Skeda V fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u li parti mit-trattament tad-dijabete jikkonsisti minn insulina ser ikunu intitolati għal tletin siringa tal-insulina fix-xahar minflok għaxra fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkonsidra li mal-bidla tal-ID Cards, jagħmel ukoll il-faċilità liċ-ċittadini, jagħmlu wkoll l-ID ta' MY Health u dan sabiex is-servizz ikun aktar aċċessibli għal kulħadd?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz tal-myHealth m'għandux ID tiegħu imma jiddependi fuq l-identità elettronika nazzjonali li hi pprovduta liċ-ċittadini mill-Ministeru tal-Intern u Affarjiet Parlamentari.
Għal risposta dwar il-process li se jintuza għal bdil tal-ID Cards u l-ħruġ tal-identità elettronika nazzjonali, li fuqu tiddepedni is-sistema
myHealth
, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi upgraded il-bus shelter li hemm fil-qalba tal-area residenzjali f'Ħal Farruġ - Ħal Luqa, jiġifieri qrib il-kappella, u dan sabiex ikun anqas perikoluż għal min jagħmel użu minnu, u dan peress li l-bank li hemm huwa magħmul minn saratizzi skaldati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li Transport Malta ħadet nota ta’ dan il-bus shelter sabiex tara x’hemm bżonn isir u sabiex jitwettaq dan ix-xogħol aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru x'għandu xi jgħid dwar din il-veduta tal-Ombudsman li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward il-waiting lists għall-operazzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Onor. Interpellant ikkwotat mir-rapport tal-Ombudsman li ħareġ fis-sena 2008, u wara li dan ta’ l-aħħar kien investiga ilment dwar każ partikolari. Importanti wieħed ifakkar li l-kumment li qed tirreferi għalih sar fis-sena 2008.
Kif kelli ħafna okkażjonijiet li nirrispondi f’dan il-Parlament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ġew meħuda b’serjeta kbira.
Illum ġewwa l-Isptar Mater Dei qed titħaddem sistema ċentralizzata ta’ listi ta’ stennija. Din is-sistema kompjuteriżżata tissejjaħ
Central Patient Waiting List Management System
. Tajjeb li ngħid li din is-sistema diġa qiegħda titħaddem f’numru ta’ dipartimenti fosthom id-dipartiment tal-ortopedija, id-dipartiment tal-oftalmoloġija, u d-dipartiment tal-kardjoloġija. Din is-sistema diġa wasslet ghall-immanigjar aħjar tal-listi ta’ stennija u toffri viżibilita’ sħiħa fuq l-istess listi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex ippjanat buffer zone bejn l-industrial estate u l-area residenzjali f'Ħal Farruġ - Ħal Luqa, bil-għan li ttaffi l-impatt li hemm u li jista' jkun hemm fuq l-ambjent minħabba tniġġiż li jkun ġej minn ħsejjes u emissjonijiet oħra mill-industrija?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq din iż-Żona ta’ Ħal Farruġ, fil-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta, hemm numru ta’ policies ez. SMLU 03, SMLU 05 (Mixed Development Areas) u SMLU 09 (Luqa Industrial Estate). Dawn l-inħawi huma indikati fuq il-Pjanti LU2 u LU6 rispettivament u li kollha jikkontemplaw konsiderazzjonijiet ta’ landscaping. Dawn il-policies kienu ħadu wkoll in konsiderazzjoni permessi li kienu inħarġu qabel il-pjan lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi pjan biex tiġi organizzata area miftuħa għar-rikreazzjoni għat-tfal u għaż-żgħażagħ f'Ħal Farruġ f'Ħal Luqa u dan peress li hemm art li kienet fiż-żmien is-servizzi tintuża għal dan l-iskop u li tħalliet abbandunata u mitluqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit imsemmi jaqa’ taħt il-kunsill lokali u għalhekk nistiednu jressaq din il-Mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari li hu responsabbli mill-kunsilli lokali.
Ħal Farruġ — ħlas għat-trasport biex tfal imorru summer school
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tfal ta' Ħal Farruġ li jkunu jixtiequ jmorru s-summer school fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa, ikollhom iħallsu għat-trasport? Tista' tgħid jekk hix se tieħu passi sabiex tipprovdi trasport b'xejn għal dawn it-tfal minn Ħal Farruġ li jixtiequ din is-sena jmorru SkolaSajf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul il-programm ta’ Skolasajf l-ebda student mill-ebda skola tal-mainstream ma jkollu trasport ipprovdut mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jingħata x-xogħol ta' tiswija ta' vetturi tad-Dipartiment tas-Saħħa? Lil min qed jingħata? X'tip ta' ftehim hemm ma min qed jagħmel ix-xogħol? B'kemm ingħata xogħol individwalment lil kull garaxx? Jista' jagħti din l-informazzjoni mis-sena 2008 sa April 2012, sena b'sena kuntratt, b'kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Minisrtu tgħid min hu responsabli għat-tiswija tat-Triq fi Pjazza Savina r-Rabat Għawdex, quddiem il-bini minn numri wieħed sa sebgħa jekk hux id-dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru tagħha jew il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria? Jekk ir-responsabilità taqa' taħt il-Ministeru tagħha, meta se jittieħdu passi biex tissewwa t-triq imsemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tiswija tat-triq imsemmija hi responsabilità tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu f'dawn id-djar residenzjali u/jew nursing homes: Mellieħa, Mtarfa, Mosta, Msida, Gżira, Furjana, Bormla, u Żejtun? Kemm hemm anzjani li jgħixu f'dawn id-djar residenzjali u/jew nursing homes: Jean Antide Ward, St. Bernadetta Ward u San Ġorġ Preca Ward f'Mount Carmel Hospital (Ħ'Attard), u wkoll fil-Male Geriartric Ward u St. Anna Ward fil-Gozo Geriatric Hospital? Jista' jagħti l-informazzjoni skont kull dar jew ward u skont il-gender u l-età (>59, 60-79, 80+)?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.