Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-għalliema tal-MCAST jekk jitolbu trasferiment għal xi skola oħra tal-istat jitilfu s-seniority li jkollhom fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalliema li qed jgħallmu l-MCAST u qegħdin sekondati minn mal-Gvern jittieħdilhom is-snin li għallmu fl-MCAST bħala parti mis-seniority meta jirritornaw mad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi.
Għalliema li huma impjegati direttament mal-MCAST ma jagħmlux parti mill-i
Staff
List tal-Gvern, u għaldaqstant ma teżisti l-ebda kwistjoni ta’
seniority
jekk dawn jiddeċiedu li jirriżenjaw mill-MCAST biex imorru jgħallmu fi skola tal-istat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33804 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex ma jridx joħroġ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa b'effett mis-sena 2008 lil dawk li kienu ġew kostretti jieħdu l-iskema ta' irtirar kmieni mit-tarznari fis-sena 2003? Għaliex qed ikompli joħloq anomalija ma' dawn il-pensjonanti meta kien l-istess Ministru li kien ħabbar fil-budget għas-sena 2008 li se jżid lill-pensjonanti kollha ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja? Għaliex din l-anomalija? Il-provediment li hemm fil-kuntratt privat li jinkorpora din l-iskema ta' irtirar kmieni kien ġie ffirmat fis-sena 2003 meta dak iż-żmien il-gvern kien għadu ma tax iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti, għaldaqstant, għaliex ma kkerġġiex din l-anomalija fil-kuntest tad-deċiżjoni li ttieħdet wara? Għaliex se jħalli din id-diskriminazzjoni tkompli sseħħ bejn il-pensjonanti Maltin u Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34789.
Joint Office u taħt il-Lands Department — ammont ta' proprjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-perjodu bejn 2007 - 2011 kemm kien l-ammont ta' proprjetajiet li jaqgħu taħt il-Joint Office u taħt il-Lands Department, rispettivament, li la huma residenzi privati u lanqas villeġjaturi, li kellhom ċens temporjanju li kien se jiskadi fil-futur, u li ġie mifdi mis-sidien, sena b'sena mill-Joint Office u mil-Lands kull dipartment separatement? X'kienu l-ammonti globali li nġabru mill-Joint office u mil-Lands Department f'dan ir-rigward, separatement, fuq bażi annwali?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Joint Office u tal-Lands Department fil-konfront ta' sidien li jkollhom proprjetà li ma tkunx residenza privata u lanqas villeġjatura, li tkun suġġetta għal ċens temporanju u dak iċ-ċens jiskadi jew ikun wasal biex jiskadi fis-sena li jmiss?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' skrivana fis-servizz pubbliku? Jista' jgħid kemm kandidati għadhom jistennew li jiġu impjegati bħala skrivani fis-Servizz Pubbliku mill-aħħar eżami li sar? Kemm baqagħlu biex jagħlaq dan l-eżami? Jista' jgħid jekk min għadu fil-waiting jistenna li jieħu l-job wara li għadda hux se jiġi impjegat qabel jagħlaq l-eżami? Jikkonsidra li jekk ma jkunx ġie impjegat kulħadd itawwal iż-żmien ta' meta jagħlaq l-eżami biex kull minn għadda u hu interessat li jidħol jaħdem ma jitlifx dan iċ-ċans?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-vakanzi jimtlew skont il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku u l-prijoritajiet ta’ l-amministrazzjoni minn żmien għal żmien.
Dawk kollha li kienu fil-lista ta’ kandidati li għaddew mill-aħħar eżami għall-Skrivani fis-Servizz Pubbliku ġew ikkuntattjati u offruti impjieg bħala Skrivan. Minnhom, kien hemm disgħa u ħamsin (59) li rrifjutaw l-impjieg b’mod definittiv u mijja u tlieta (103) li meta ġew ikkuntattjati u offruti l-impjieg talbu posponiment għal data mhux fissa, kif hemm provdut u rregolat fi klawżola 1.1.15.6. tal-
Public Service Management Code
.
Ir-riżultat ta’ l-eżami ta’ l-iskrivani hu validu sal-24 ta’ Ġunju 2012.
Fl-interess tas-Servizz, u kif meħtieġ, jista’ jintalab il-permess tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex tiġi mġedda l-validità tar-riżultat ta’ l-eżami ta’ l-iskrivani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, matul is-sena 2010, l-ammonti ta' nies employed li ddikjaraw ammont ta' income, taħt kompjutazjoni single fil-kategoriji:
€0 - €8000;
€8001 - €13000;
€13001 - €18000;
€18001 - €23000;
€23001 - €28000;
€28001 - €33000;
€33001 - €38000;
€38001 - €43000;
€43001 - €48000; u
€48001 jew iktar
seperatement f'kull kategorija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, matul is-sena 2010, l-ammonti ta' nies employed li ddikjaraw ammont ta' income, taħt kompjutazjoni joint fil-kategoriji:
€0 - €8000;
€8001 - €13000;
€13001 - €18000;
€18001 - €23000;
€23001 - €28000;
€28001 - €33000;
€33001 - €38000;
€38001 - €43000;
€43001 - €48000; u
€48001 jew iktar
seperatement f'kull kategorija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjoni fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33721 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-akbar post tax-xogħol f'Malta, jiġifieri fl-Isptar Mater Dei, sena b'sena mis-sena 2008 'l hawn? L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet ittri ta' rakkmandazzjonijiet jew ordnijiet biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid allura jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà jekk għamlet spezzjonijiet sabitx kollox preċiż f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-aċċertazzjoni tiegħu li l-Ministeru tiegħu qiegħed jaderixxi mad-delega ta' ċerti setghat dwar is-servizz pubbliku kif ordnat jagħmel fl-4 ta' April 2009 mill-Prim Ministru billi, fost oħrajn, jassigura li f'kull każ u mingħajr ebda eċċezzjoni uffiċjali pubbliċi rtirati li jiġu ri-ingaġġati fil-gradi tan-nursing skont l-istess delega jingħataw dawk ir-responsabbiltajiet u obbligi marbuta strettament ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse? Fejn jinsab allokat u x'xogħol qiegħed jagħmel l-ex ufficjal pubbliku li rtira aktar minn sena ilu mill-gradi tan-nursing li deher qiegħed iqassam il-mediċini f'paġna 3 ta' ktejjeb maħruġ mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Kommunità bl-isem 'Minn Qalbna... Għalik'? Huwa minnu dak li jingħad minn dan l-individwu fl-istess paġna, jiġifieri li x-xogħol li qiegħed jagħmel huwa dak ta' infermier? Fil-verità dan l-individwu qiegħed jagħmel xogħol ta' staff nurse skont ma tipprovdi d-delega bil-għan li jittaffa n-nuqqas akut ta' ħaddiema kwalifikati fil-qasam tan-nursing?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Tindif ta' Dar Sant' Anna fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni speċjali l-Ġimgħa 18 ta' Mejju, seba' cleaners intbagħtu minn kmieni filgħodu inadfu Dar Sant' Anna fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Din it-tindifa se tibqa' ssir kull ġimgħa jew saret għax kumbinazzjoni dakinhar kellha tmur iżur lix-xjuħ nisa f'din id-dar il-mara tal-Prim Ministru, is-sinjura Kate Gonzi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fit-18 ta' Mejju kien hemm xogħol ħames cleaners u mhux sebgħa, li tnejn minnhom huma parti mill-istaff tar-Residenza Sant' Anna filwaqt li t-tlieta l-oħra daħlu overtime sabiex jikkompensaw għan-nuqqasijiet ta' cleaners li hemm fl-imsemmija sala. Dan sar skont il-prassi sabiex ikun hemm l-ammont adegwat kuljum ta' cleaners f'din is-sala.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33920, tista' l-Ministru tgħid meta se jintwera l-film Għawdex il-Verità Kollha, li ġie meħud fit-30 ta' Marzu 2012 wara li saret tindifa lill-Isptar Ġenerali t'Għawdex ħalli l-Għawdxin ikunu jistgħu jaraw id-duħan ħiereġ miċ-ċumnija u lil kull min kien preżenti għall-konferenza kellu jsodd imnifsejħ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħda tirreferi għall-konferenza għall-istampa li ngħatat minni nhar it-30 ta' Marzu 2012 quddiem ir-Residenza Sant'Anna ninsab infurmata li ritratti u video meħuda f'dik l-okkażjoni ġew imqassma għall-użu tal-istampa skont il-prassi.
Għawdex — Dipartiment tas-Saħħa - rċevuti ta' vaċċini mill-Health Centre
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33916, tista' l-Ministru tgħid meta d-Dipartiment tas-Saħħa Għawdex, ma jkunx hemm l-iskrivani li tagħmel l-irċevuti lil min jkun irid jixtri l-vaċċini mill-Health Centre għax tkun bil-leave jew marida, min qed jagħmel dawn l-irċevuti biex ix-xogħol jibqa' għaddej u min imur ma jkollux bżonn li jerġa jmur it-tieni u xi drabi anki it-tielet darba?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fl-assenza tal-iskrivani l-irċevuti tax-xiri ta' vaċċin jinħarġu mill-Uffiċċjal tas-Saħħa Ambjentali li jkun preżenti fl-uffiċċju.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-overtime li jinħadem fl-aħħar sitt xhur tħallasx kollu, jew kemm xhur tħallsu? Kemm kien l-ammont ta' overtime li nħadem kull xahar fl-aħħar sitt xhur minn Novembru 2011 sa April 2012? Kemm baqalu jitħallas overtime u meta se jitħallas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — nefqa tal-flus fl-overtime
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33926, tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'overtime xahar b'xahar għal dawn l-aħħar sitt xhur u cioè minn Novembru 2011 sa April 2012 biex jitnaddfu s-sezzjonijeit kollha tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fl-aħħar sitt xhur in-nefqa ta' flus f'sahra għat-tindif tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex kienet kif ġej:
Novembru €8707
Diċembru €14162
Jannar €12494
Frar €12890
Marzu €13902
April €13541.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx joħroġ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa b'effett mis-sena 2008 lil dawk li kienu ġew kostretti jieħdu l-iskema ta' irtirar kmieni mit-tarzna fis-sena 2003? Għaliex qed ikompli joħloq anomlalija ma' dawn il-pensjonanti meta kien l-istess Ministru li kien ħabbar fil-budget għas-sena 2008 li se jżid lill-pensjonanti kollha ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja? Għaliex din l-anomalija? Il-provediment li hemm fil-kuntratt privat li jinkorpora din l-iskema ta' irtirar kmieni kien ġie ffirmat fis-sena 2003 meta dak iż-żmien il-gvern kienu għadu ma tax iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti, għaldaqsant, għaliex ma kkoreġiex din l-anomalija fil-kuntest tad-deċiżjoni li ttieħdet wara? Għaliex se jħalli din id-diskriminazzjoni tkompli sseħħ bejn il-pensjonanti Maltin u Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskemi ta’ rtirar kmieni mit-Tarzna kienu dejjem meqjusa bħala skemi ad hoc li inħarġu mit-Tarzna b’kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti minn dawk li fuqhom tinħadem il-pensjoni offruta mill-Gvern permezz tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali fl-eta’ ta’ rtitar. Per eżempju, il-pensjonanti tat-Tarzna tal-2008 jieħdu 2/3 tal-paga li jkunu spiċċaw biha mit-Tarzna u mhux pensjoni ibbażata fuq l-aħjar tlett snin minn l-aħħar għaxar snin ta’ mpjieg u b’limitu ta’ salarju li ma jeċċedix il-livell stipulat mill-liġi. Fl-aħħar ta’ kull sena, dawn jieħdu wkoll bonus ta’ 8% tal-paga sħiħa li huma kellhom fit-Tarzna.
Il-kundizzjonijiet tat-Tarzna dejjem indikaw li min jagħzel li jieħu l-iskema ta’ rtirar kmieni ikun intitolati għal 2/3 taż-żieda tal-għoli tal-ħajja u din il-kundizzjoni baqgħet tiġi applikata anke wara li l-Gvern kien ħabbar żieda sħiħa għal-pensjonanti li jieħdu pensjoni mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali fl-2008. Din kienet kundizzjoni miktuba ċara fl-iskema u għalhekk baqgħet tiġi applikata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-retailer huwa marbut li jkollu fuq kull invoice u fuq kull item it-tracability tal-prodott fil-kuntest tal-expiry date u batch number u fl-istess waqt l-aġenti mhumiex marbuta li jagħmlu dan fuq l-invoices li jingħataw lir-retailers? Jista' jgħid hux ippjanat li dan li jorbot lir-retailer jorbot ukoll lil aġent?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-childcare centre tal-Isptar Mater Dei għandux waiting list? Jekk għandu waiting list, għaliex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għandna 63 tifel u tifla fuq il-waiting list. Iċ-Ċentru ta’ Mater Dei isegwi Standards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum (Lulju 2006) li post adatt ikollu spazju biżżejed ta’ ħames metri kwadrati għal kull tifel u tifla. Iċ-ċentru jesa’ tnejn u tletin tifel jew tifla kuljum.
Sptar Mater Dei — maintenance agreement tal-bibien
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' maintenance agreement hemm fuq il-bibien fl-Isptar Mater Dei? Min hija l-kumpanija li ħadet dan l-agreement? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim? Kemm qed jiswa dan l-agreement f'sena? Jista' jagħti sena b'sena n-nefqa fuq il-manutenzjoni tal-bibien, mis-sena 2008 sas-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Qormi -Triq Dun Ġorġ Fenech — għalqa mimlija ġrieden
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tinforza l-bini ta' ħajt ta' għalqa fi Triq Dun Ġorġ Fenech f'Ħal Qormi, liema għalqa timtela biż-żibel u b'konsegwenza b'infestazzjoni ta' ġrieden?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kienet diġà ttieħdet azzjoni t'infurzar dwar l-għalqa in kwistjoni, skont ECF 895/09, minħabba li l-art vakanti kienet qed tħassar id-dehra u s-siwi taż-żona. Il-propjetarju, li sal-lum għadu mhux magħruf, irid inaddaf l-għalqa minn kull ħmieġ, iżommha fi stat tajjeb u jagħlaqha b'ħajt għoli ta' tmien filati mal-linja uffiċċjali sabiex ma jitwaddabx iżjed ħmieġ. Skond ftehim milħuq mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsill Lokali jista' jitlob lill-MEPA biex tawtorizza li dan isir minnu mill-fondi tal-Urban Improvement Fund allokati lilu u eventwalment jiġu rifonduti l-ispejjeż meta ssir applikazzjoni ta' żvilupp fuq is-sit in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkun hemm fuq dawk il-persuni li qed jiġu infurmati li m'għadhomx eligibbli għal karta r-roża, u li issa se jaqgħu fuq kartuna s-safra għal mediċini li għandhom bżonn? Veru jew le li dawk li kienu jieħdu ċertu servizzi b'xejn bħal hearing aid, nuċċali u dentura permezz tal-karta r-roża, issa se jispiċċalhom dan is-servizz bl-għeluq tal-karta r-roża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kriterji li fuqhom jkun approvat l-intitolament għall-mediċini b’xejn huma bbażżati fuq l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Art 23 u Skeda V ta’ l-istess Att.
Dawk il-pazjenti li jkollhom marda kronika skont Skeda V, jirċievu d-dokument magħruf bħala l-kartuna s-safra. Dawk il-persuni li jkollhom dħul finanzjarju inqas mill-medja skont id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali japplikaw għal Skeda II (il-kartuna r-roża).
Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża.
Pazjenti dijabetiċi li ser jagħżlu li jkomplu jieħdu l-kura meħtieġa permezz tal-kartuna r-roża mhux ser jispiċċalhom s-servizzi b’xejn imsemmija.