Legislature:
Category:
Reset
Active:

enviromental medicine — programmi ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina u tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jagħraf l-importanza ta' l-enviromental medicine bħala dixxiplina ġdida fil-mediċina u hux fi ħsiebu jiżviluppa programmi ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina u tobba f'dan il-qasam?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

tniġġis ta' l-ambjent — programmi dwar prevenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi programmi dwar prevenzjoni qegħdin jsiru biex jiġu imħarrġa u edukati n-nies rigward riskji għal saħħithom ippreżentati mit-tniġġis ta' l-ambjent?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sistema edukattiva, suġġetti li għandhom x’jaqsmu mat-tniġġis ta’ l-ambjent u l-ħsara li dan jista’ jagħmel lis-saħħa, huma inklużi fil-lezzjonijiet ta’ l-iStudji Soċjali u tal-Personal and Social Development. Proġetti bħal Ekoskola jitrattaw wkoll dawn is-suġġetti.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — proġetti għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ħaditx il-konferma mill-Planning and Priorities Coordination Division biex tibda l-proġetti maħsuba għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar? Jekk iva, kemm huma dawn il-fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk apparti dawn il-fondi hux se jkun hemm fondi oħra ivvotati għal dawn il-progetti minn fondi pubbliċi? Jekk iva, kemm? Jista' jgħid xi tħejjijiet s'issa għamlet l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dwar dawn il-proġetti, u dan b'referenza għat-tweġiba parlamentari li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — proġetti turitiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġetti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008, jigifieri li: a) Il-proġetti turistiċi li hemm maħsuba mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għall-inħawi tal-Qawra, Salina, Buġibba u San Pawl il-Baħar tlestewx? Jekk ma tlestewx, meta se jitlestew, jiġifieri x' deadline għandu l-Gvern biex dawn il-proġetti jitlestew? b) Jista' jgħid lestiex it-tisbiħ tat-triq tul il-baħar f'San Pawl il-Baħar, f'titjib tal-bankini u l-promenade li kellu jibda minn ħdejn il-kappella ta’ San Pawl, ikompli minn maġenb il-Menqa, is-Sirens u t-Torri ta’ Wignacourt u jispiċċa qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? ċ) Jista' jgħid tlestietx il-faċilità edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra li kellu jinkludi ġnien b’landscaping u b’seating biex joħloq spazju miftuħ ta’ ċertu kobor minn fejn il-pubbliku jista’ igawdi veduti tal-baħar, u li kellu jipprovdi ukoll żewġ attrazzjonijiet li ser ikunu akwarju u mużew ta’ l-arkeoloġija marittima, u faċilitajiet oħra li kellhom jipprovdu teatru Grieg u ċentru għall-iskejjel tad-diving? d) Jista' jgħid xi żvilupp u x'titjib sar tal-bajja fil-Qawra, liema proġett kellu jinvolvi fit-tkabbir tal-bajja bir-ramel u interventi oħra mal-kosta? e) Jista' jgħid x'budget kien hemm u hemm għal dawn il-proġetti minn fondi pubbliċi, apparti xi fondi mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Proġetti turstiċi — upgrade tal-infrastruttura u ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi u oħrajn għal upgrade tal-infrastruttura u ambjent, hemm maħsuba partikolarment għall-area ta' Buġibba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Buġibba u Qawra — Lukandi u akkomodazzjonijiet turitiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm għalqu lukandi, hostels u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni turistika fl-area ta' Buġibba u Qawra (sena b'sena, lokal b'lokal)? Jista' jgħid kemm għaldaqstant intilfu soddod u akkommodazzjoni turistika f'dawn il-lokalitajiet? Jista' jgħid kemm-il lukanda, hostels u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni matul dawn l-aħħar għaxar snin twaqqgħu u minflokhom telgħu binjiet oħra? X'tip ta' binjiet? X'policy għandu l-gvern fir-rigward għal din l-area, i.e. Buġibba u Qawra għal bini jew ftuħ ta' lukandi, hostels u akkomodazzjoni turistika oħra u dan sabiex jiżdiedu s-sodod għat-turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Facilità Korrettiva ta' Kordin — ingaġġ ta' gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm ingaġġ ta' gwardjani għal Facilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm il-ħsieb li fil-futur qarib toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta' Uffiċċjali Korrettivi fil-Faċilita' Korrettiva.

Każ ta' pazjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raguni li anzjan ta' 94 sena minn San Ġiljan, li ddaħħal b'emerġenza fl-Isptar Mater Dei nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar, 2009 għall-ħabta tal-3.45 p.m. isofri minn ħruġ ta' dmija minn rasu, wara li tteħidlu X-ray tal-pulmun u ntbagħat fl-ENT, inbagħat lura d-dar l-għada minghajr ma ġie stabbilit minn fejn ħareġ id-demm u mingħajr ma ngħata kura? Jista' jgħid jekk din hijiex proċedura normali, jigifieri li pazjenti jintbagħtu d-dar mingħajr ma l-kundizzjoni tagħhom tiġi investigata sakemm tiġi stabbilita d-djanożi biex tingħata l-kura u mingħajr ma jingħataw appuntamenti oħra biex jiġu eżaminati biex jaraw il-progress tal-kundizzjoni li jkunu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li dan il-pazjent intbagħat lura d-dar wara li ġie stabbilit minn fejn kien ħareġ id-demm. Il-kundizzjoni tiegħu ġiet investigata u d-dijanjożi kienet stabbilita. Il-pazjent ingħata l-kura kollha meħtieġa u ntbagħat lura d-dar meta kien assigurat li l-kundizzjoni tiegħu kienet stabbli. Il-pazjent ingħata wkoll il-medicini meħtiega għall-kundizzjoni tiegħu. Informat ukoll li ma jistgħux jingħataw dettalji aktar speċifiċi dwar id-dijanjożi ta’ dan il-pazjent minħabba raġunijiet ta’ data protection . Iżda is-sezzjoni tal-Customer Care tal-iSptar Mater Dei spjegaw id-dettalji kollha tal-każ lill-familjari tiegħu. Jekk il-pazjent jew il-familjari għandhom bżonn aktar informazzjoni jew għajnuna, huma mistiedna jikkuntattjaw lis-sezzjoni tal-Customer Care tal-iSptar Mater Dei jew lit-tabib kuranti.

Taxxa fuq kull turist

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-taxxa msemmija fil-Budget ta’ €0.50 fuq kull turist għal kull lejl, hijiex se tkun implimentata u fil-każ minn meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, kif kien spjegat fid-Diskors tal-Baġit 2009, l-eko kontribuzzjoni msemmija hija effettiva mill-1 ta’ Jannar 2010.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788 u cioè: billi jien nifhem li l-ebda unjoni tal-ħaddiema u tal-pensjonanti ma tagħti l-approvazzjoni tagħha biex min ikun ilu jistenna fil-kju ma jinqediex,u billi l-impjegati tal-ispiżerija jispiċċaw wara is-2 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u f`nofsinhar nhar ta` Sibt, tista' l-Ministru tgħid min ħareġ l-ordni biex il-membri tal-pubbliku li kien ikunu ilhom jistennew fil-kju jintbagħtu lura f`nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt fil-ħdax x`ħin tagħlaq l-ispiżerija ? Konxja l-Ministru li f`dipartimenti u sezzjonijet oħra tal-Gvern, f`Malta ma jsirx hekk ? Billi l-Għawdxin li jużaw dan is-servizz m'għandhomx jkunu meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi x`passi se tieħu kontra min ħareġ dawn l-istruzzjonijiet jew abbuża u kien qed ikeċċi lil iktar nies vunerabli fil-ħin li kienet tagħlaq l-ispiżerija, u meta l-istaff ta` l-ispizerija kien qed jibqagħlu sagħtejn u nofs xogħol qabel jispiċċa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u siegħa xogħol nhar ta` Sibt ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minn xi nofs siegħa qabel, jiġifieri madwar il-11.30a.m., in-nies fil-kju kienu qed jiġu avżati mis-security staff ta' l-Isptar li kienu se jinqdew biss sa nofs in-nhar. Din is-sitwazzjoni ġrat biss għal għal ftit jiem għax id-Dipartiment ħareġ ordni biex jerġa' jitwal il-ħin tal-ftuħ tal-ispiżerija hekk kif ġiet innutata il-problema.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija - Quality Service Charter

Question

B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 5783,tista` l-Ministru tgħid meta se tiġi introdota l-Quality Service Charter għall-ispiżerija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li għal issa l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex għad m'għandha l-ebda ħsieb li jiġi introdott il-Quality Service Charter għall-ispiżerija ta' l-isptar.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Spiżerija - ftehim bejn il-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u d-Direttur tal-Customers Services

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5288 qalet li kien intlaħaq ftehim bejn il-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u d-Direttur tal-Customers Services filwaqt li issa qed tikontradixxi lilha innfisha billi tgħid li ma hemmx ftehim bil-miktub “per se” ? Tista` l-Ministru tagħti definizzjoni ta' ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ftehim li rreferiet għalih fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5288 huwa spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5788. Dan kien parti bil-miktub u parti verbali kif spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5788.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija

Question

B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, tista` l-Ministru tgħid jekk fejn se jibda jonqos l-istaff fid-Dipartiment tal-Customers Services hux sa jibdew jonqsu l-ħinijiet bħalma ġara fil-każ tal-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta` Għawdex? X`se tagħmel il-Ministru fejn hemm staff iktar milli hemm bżonn,se jiżdiedu l-ħinijiet tal-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qatt ma tnaqqsu l-ħinijiet tax-xogħol ta' xi kategorija ta' ħaddiema.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-email li bagħtet l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin fit-12 ta' Ottubru 2008 ? Tista' l-Ministru titlob statement mingħand l-uffiċjal/uffiċjali fil-Ministeru tagħha li ħadu sehem f`dawn it-trattivi li saru mal-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u tpoġġihom fuq il-Medja tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma nħossx li għandi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' korrispondenza li għaddiet bejn dipartimenti tal-gvern u xi unjoni.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin ġiet infurmata li l-pubbliku li kien qed ikun jistenna fil-kju għal siegħat twal fl-ispiżerija tal-gvern, kien qed jintbagħat d-dar u li kien ikollu jerġa' jmur darba oħra, u forsi anki iktar minn darba waħda jerġa' jistenna biex forsi jinqeda. Tista' l-Ministru tara li din il-kwestjoni tiġi solvuta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-ispiżerija ġewwa l-isptar t'Għawdex ġew mtawla mill-bidu ta' din is-sena. Ma jidhirx li baqa' xi problemi u kull min qed ikun fil-kju qed jinqeda.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Londra - ħatra ta' Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal ħatra ta' Direttur tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f'Londra: a) x'kien il-proċess segwit għal din il-ħatra? b) x'kienu r-rekwiżit mitlub, f'termini ta' kwalifiki, esperjenza eċċ.? ċ) kemm kien hemm applikanti? d) min għamel l-interviews tal-applikanti? e) fejn saru dawn l-interviews? f) jekk l-interviewing board qisx bħala skwalifika għal din il-ħarta persuni b'kunflitt ta' interess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ġiet proċessata b’mod normali mill–RRAG (‘Recruitment & Redeployment Advisory Group’), fl-Uffiċċju tal–Prim Ministru fejn ingħata il-permess biex l-applikazzjoni tgħaddi għand l-ETC (‘Employment & Training Corporation’), minn fejn tkompla l-proċess kif regolarizzat mill- ETC.b) Ir-rekwiżit mitluba għal din il-vakanza u li dehru fl-avviż kienu kif ġej: ‘Preferably be in possession of a first degree in a related subject’. ‘Minimum of three years’ working experience at management level within the tourism field’. ‘Superior leadership and management skills, as well as strategic management capabilities, are of critical importance for this post’. c) In-numru ta’ applikanti għal din il-vakanza kien ta’ 25. d) L-‘interviews preliminari’ saru miċ-‘Chairman’, iċ- ‘Chief Executive Officer’ u d-Direttur tal- ‘International Marketing’ tal-Awtorità li minnhom ħarġet ‘shorlist’ għat–tieni ‘interviews’. It–tieni ‘interviews’ saru miċ -’Chairman’, iċ -‘Chief Executive Officer’ tal-Awtorità u s-Segretarju Permanenti għall-Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. e) Minħabba raġunijiet loġistiċi l-ewwel ‘interviews’ saru fl-uffiċċju taċ-‘Chairman’ u f’lukanda, filwaqt li t-tieni ‘interviews’ saru fl-uffiċċju taċ–‘Chief Executive Officer’. f) Ninsab infurmat ukoll li ma rriżultax lill-Invterviewing Board li l-applikanti li ġew short listed kellhom jew għandhom xi kunflitt ta’ nteress.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — spiżerija

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 5288, l-Ministru hi f`pozizzjoni li tgħid meta ser tiġi introdotta l-ispiżerija tal-għazla tiegħek f`Għawdex, jew għallinqas tista' tgħid meta ser tiġi introddota l-Quality Service Charter għal ispiżerija fl-Isptar Ġenerali ta` Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s'issa ma għandna l-ebda informazzjoni uffiċċjali dwar meta se tiġi introdotta il "Pharmacy of your Choice" f'Għawdex.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — spiżerija

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5288 fejn intqal li s-Senior Pharmacist u l-Pharmacist qed jaħdmu sagħtejn fil-gimgħa iktar, xi ħaġa li minn investigazzjoni li għamilt ma tirrizultax, tista' il-Ministru tikkonferma dawn il-ħinijet? Jekk jirrizulta li l-ħinijet mogħtija m'humiex koretti, u minnħabba li sforz in-nuqqas ta' serjeta u n-negliġenza li tezisti fil-Ministeru tagħha, il-Kamra ġiet mogħtija informazzjoni ħażina, tikkonsidra l-Ministru li tieħu passi dixxiplinarji kontra min għaddielha din l-informazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nikkonferma li l-ħinijiet tax-xogħol tal-Pharmacist u Senior Pharmacist huma kif indikati fir-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Numru 5288, jiġifieri: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 a.m. sas-2.30p.m. u s-Sibt mis-7.00a.m. sa 12.00p.m. Dawn ilhom jaħdmu dawn il-ħinijiet għal dawn l-aħħar snin.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — spiżerija

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5288 fejn skont ir-risposta jidher li minnħabba nuqqas ta' staff fl-ispiżerija l-istaff kien qed jingħata kumpens billi tnaqqas il-ħin biex il-pubbliku jkun jista' jinqeda, u billi kontra kull proċedura stabbilita f`dipartimenti oħra tal-Gvern il-membri tal-pubbliku li kien ikun ilhom jistennew fil-kju kienu qed jintbagħtu lura f`nofs inhar x'ħin tagħlaq l-ispizerija, frott tal-ftehim milħuq bejn id-Direttur tal-Customers Services u l-Union Ħaddiema Magħqudin fl-aħħar ta' Novembru 2008, tista' fiċ-ċirkostanzi prezenti l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l- ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma hemmx ftehim bil-miktub "per se". L-UĦM bagħtet it-talbiet tagħha permezz ta' email bid-data tat-12 ta' Oottubru 2008. Saru diversi trattativi verbali bejn id-Dipartiment u l-UĦM u fl-14 ta' Novembru 2008, d-Dipartiment informa lill-UĦM li kienu qed jiġu aċċettati parti mit-talbiet imressqa. L-UĦM ġiet infurmata wkoll li l-punti maqbula kellhom jidħlu fis-seħħ mill-24 ta' Novembru 2008 sabiex il-pubbliku jingħata avviż xieraq.