Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-multa li tingħata lil dawk li jinqabdu jpejpu f'postijiet pubbliċi tkun fuq bażi ta' skaletta, fis-sens li min jagħmel l-ewwel offiża ma jeħilx Lm100, iżda jeħel inqas, imbaghad f'każ ta' ripetizzjoni tal-offiża l-multa tkompli tiżdied?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tagħha ser jiġi kkunsidrat ai termini tal-Artikolu 18 tal-Kap.315 tal-Liġijiet ta' Malta.
Ħal Qormi — area bejn Triq il-Kanun u Triq il-Kaċċatur
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-area f'Ħal Qormi li hija abitata minn mijiet ta' familji, jigifieri l-area li tinsab bejn Triq il-Kanun u Triq il-Kaċċatur, hijiex meqjusa bħala residenzjali jew industrijali għall-finijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk ġie deċiż li għandha tkun area industrijali, meta ġie deċiż dan? Min ħa din id-deċiżjoni u fuq liema kriterji? Ittieħdu in konsiderazzjoni l-perikli li jeżistu għal mijiet tal-familji li ilhom is-snin kbar jgħixu fl-akwata u li investew flushom f'xiri ta' djar residenzjali?
Jaf il-Ministru f'liema periklu jistgħu jkunu dawn il-mijiet ta' familji, meta mhux tant snin ilu diġà kien hemm inċidenti mill-aktar serji?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ħal Qormi — problemi fi Triq il-Wied u Triq Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar wara l-laqgħa li saret ma' tekniċi tad-drainage section xhur ilu fuq il-post in kwestjoni, dwar il-problemi fi Triq il-Wied u Triq Valletta, f'Ħal Qormi, jiġifieri:
a) il-problema tal-isbroff tad-drenaġġ bejn iċ-ċimiterju u l-ground tal-footballfi Triq Valletta; l-ilma li jitla' sa Triq San Frangisk meta jogħla l-wied;
b) l-overflow li jinsab fit-tarf ta' Triq l-Għargħar, li għalkemm fis-sajf ma joħroġx ilma minnu, toħroġ intiena u nemus;
ċ) u l-overflowli jinsab fit-tarf ta' Triq il-Wied qabel ma tidħol għall-parti ta' Wied is-Sewda u li jigi taħt Triq Hammieri li mhux fix-xita biss joħroġ l-ilma minnu?
Jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol li dakinhar stess tal-laqgħa mat-tekniċi kien ġie indikat li jeħtieġ isir, partikolarment fejn jisbokka d-drenaġġ bejn iċ-ċimiterju u l-ground tal-football? Dwar il-problemi l-oħra indikati, jista' jgħid jekk sarux spezzjonijiet oħra, jekk instabitx il-problema u allura x'se jsir konkretament biex jiġu megħluba l-problemi in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Hammieri f'Ħal Qormi se jsirilha x-xogħol meħtieġ biex tkun sigura għal min jgħaddi minn hemm bil-mixi u bil-karozza u dan wara li xi snin ilu l-Awtorità dwar it-Trasport kellha diġà pjanijiet dwar x'għandu jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-rotot tal-ajru operati lejn Malta mill-pajjiżi differenti mill-2004 'l hawn u minn liema linja tal-ajru sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew persuni miċ-Ċina, mir-Russja u pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea mill-2004 'l hawn biex jitgħallmu l-Ingliż f'Malta sena b'sena, nazzjonalità b'nazzjonalità?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-proċedura segwita biex tingħata l-visa għal third country nationals minn kemm ilna li dħalna fix-schengen?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura segwita għall-ħruġ ta' visas għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma skond l-istruzzjonijiet magħrufa bħala il-"Common Consular Instructions" (Istruzzjonijiet Konsolari Komuni Dwar Viżi għall-Missjonijiet Diplomatiċi u Postijiet Konsolari) li jelenka wkoll l-lista konġunta ta' dawk il-pajjii terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma mitluba li jkollhom visa. Dawn il-proċeduri jiġu applikati minn kull Stat membru tal-EU.
Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7104 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Luqa — Triq San Tumas - Awtorità dwar it-trasport - Pedestrian areas
Question
Jista' l-Ministru jgħid huwiex konxju tad-diffikultà li qed isibu biex jaqsmu t-triq il-pedestrians fl-area kummerċjali f'Ħal Luqa fl-akwata ta' Triq San Tumas eċċ.? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għamlitx studju dwar il-periklu li jeżisti f'din l-akwata għall-pedestrians u fil-każ x'inhuma l-pjanijiet tagħha? Jekk le, meta se tieħu l-azzjoni meħtieġa biex jitnaqqas il-periklu għall-pedestrians?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tagħha lill-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm benefiċċjarji li qed jibbenefikaw mill-benefiċċju ta' l-enerġija din is-sena, kemm kien hemm fis-snin preċidenti minn meta ġie introdott dan il-benefiċċju, sena b'sena? Tista' tagħti d-dettalji tal-parametri u kriterji li kienu stabbiliti biex ikun hemm l-eliġibilità għal dan il-benefiċċju, sena b'sena minn meta ġie introdott? Kemm kien hemm benefiċċjarji li kienu jieħdu dan il-benefiċċju sas-sena li għaddiet u din is-sena m'għadhomx eligibli u x'kienu r-raġunijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji dwar l-eżerċizzju li l-kumpannija Air Malta għamlet bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru, 2008 dwar is-sick leave? Kemm ressqet impjegati tagħha quddiem il-bord mediku matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn l-impjegati tkeċċew minħabba s-sick leave, fuq deċiżjoni tal-bord mediku, sena b'sena? X'terminal benefits ingħataw? Minn min hu kompost il-bord mediku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju tas-sick leave huwa eżerċizzju li l-Kumpanija Air Malta tagħmel minn żmien għal
żmien.
Il-Kumpanija bagħtet ittra lil kull impjegat li l-ammont ta’ sick leave tiegħu jew tagħha ma waqax bejn il-parametri normalment meqjusa regolari.
L-ittra prinċipalment kienet immirata biex tavża lil impjegati dwar ix-xejra tas-sick leave tiegħu jew taghħa matul is-sena 2008.
Wieħed irid jgħid li l-post fejn jindika l-kawza tal-mard fuq ic-certifikat l-blue m’għadux viżibli minħabba raġunijiet ta’ Data Protection.
In-numru ta’ viżti li għamel il-Bord Mediku tal-kumpanija matul dawn l-aħħar ħames snin huma kif spjegat hawn taħt. Impjegat set’a ittelgħa quddiem il-board mediku iżjed minn darba.
2004 232
2005 198
2006 301
2007 170
2008 193
L-ebda minn dawn l-impjegati ma tkeċċa minhabba sick leave. Wieħed irid jgħid ukoll li dan l-aħħar impjegat ittela’ Bord tad-Dixxiplina minħabba abbuz ta’ sick leave. Dan l-impjegat instab ħati u l-impjegat ma appellax mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina.
In-numru ta’ impjegati li minnħabba mard ma’ setgħux jattendu iżjed għax-xogħol u għamlu użu mill-iskema ta’ invalidar stabilita’ fil-Ftehim Kollettivi kienu
2004 67
2005 9
2006 19
2007 16
2008 14
It-terminal benefits li ingħataw huma dawk stabbiliti skond il-Ftehim Kollettiv rispettivament.
Il-Bord Mediku huwa magħmul minn grupp ta’ tobba ta’ Health Maintenance Organisation Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha huma mibnijin d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li qegħdin fi Triq Medjez, Pembroke, hiex akkwistata mill-Gvern u għaldaqstant jista' ibiegħ l-proprjetà li għandu mikrija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li jinsabu fi Triq Medjez Pembroke huma mibnija fuq art proprjetà tal-Gvern u għaldaqstant dawn jistgħu jinxtraw wara li l-proċeduri kollha bejn it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern u l-Awtorità tad-Djar sabiex din l-art tgħaddi f’idejn l-Awtorità permezz ta’ Avviż Legali, jiġu ffinalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-ġimgħa, impjegati tas-servizz pubbliku flimkien mal-pulizija marru fuq ta' San Blas, Għawdex biex ineħħu xi siġar taċ-ċitru li hemm fl-akwata u dan meta r-residenti qed jistennew ir-riżultati ta' testijiet li saru fuq dawn is-siġar biex jiġi stabbilit jekk humiex morda jew le, u jekk fil-każ jistgħux jiġu kkurati? Jekk saru testijiet mid-dipartiment konċernat jista' jgħid jekk sarux Malta jew barra minn Malta u kemm-il opinjoni ttieħdet dwar dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-infurzar sar skond l-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti sabiex jinqerdu siġar taċ-ċitru nfettati bis-Citrus Tristeza Virus (CTV). Dawn is-siġar diġà ġew ikkonfermati nfettati bis-CTV mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-pjanti ġewwa Malta. Is-sidien ta’ dawn is-siġar kien diġà ntbagħatilhom riżultat tad-dianjosi.
It-testijiet saru Malta bbażati fuq testijiet seroloġiċi u molekolari u mhux fuq opinjonijiet.
Ħal Qormi — Ġnien li kien jagħmel parti mill-Għassa tal-Pulizija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ħarget il-permessi għal bini tal-ġnien li fl-antik kien jaghmel parti mill-Ghassa tal-Pulizija, Ħal Qormi u li nbniet fiż-żmien il-kavallieri, ħadetx in konsiderazzjoni li wara dan il-bini li qed ikun żviluppat hemm bini ieħor li huwa parti mill-binja antika ta' l-għassa u għaldaqstant ħaditx il-prekawzjonijiet meħtiega biex dan ma jiġġarrafx? Jekk iva, x'għamlet? Jekk le, x'se tagħmel?
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux jittieħdu kull prekawzjoni biex ikun imħares il-bini antik li jmur lura għal żmien il-kavallieri wara l-ghassa tal-Pulizija, f'Ħal Qormi, fejn dan l-aħħar sar żvilupp fil-ġnien li fl-antik kien jagħmel parti minn din l-istess għassa mibnija fi żmien il-kavallieri? X'qed isir biex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtiega ħalli dan il-bini ma jiġġarrafx b'inġenji jew għodod oħra li jistgħu jintużaw fil-viċinanza minħabba dan l-iżvilupp? Tista' tgħid jekk hux ippjanat li jigi restawrat? U jekk iva, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-2005 is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet ġibdet l-attenzjoni tad-Direttorat tal-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-importanza storika u arkitettonika tal-binja msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari. Is-Sovrintendenza rrakomandat illi din il-propjeta storika għandha tiġi protetta.
Jirriżulta li fl-2007 l-Awtorita dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess għall-iżvilupp fil-ġnien li kien jifforma parti minn dan il-bini storiku (Ref: PA 2840/06).
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tieħu l-passi kollha neċessarji biex dan il-bini jkun protett, skond l-Att tal-Patrimonju Kulturali.
materjal li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni — impatt negattiv fuq l-ambjent u saħħet il-bniedem
Question
Jista' l-Prim Ministru jghid jekk il-Gvern għandux policy ambjentali fir-rigward ta' l-impatt negattiv fuq l-ambjent u ssussegwentement fuq saħħet in-nies, fir-rigward ta' materjal li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fejn tidħol kimika u s-saħħa tal-bniedem, il-policy tal-Gvern hi bbażata fuq ir-Regolament tar-REACH li jieħu ħsieb is-sustanzi/preparazzjonijiet kimiċi jew artikli li fihom sustanzi kimiċi.
REACH huwa r-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi Kimiċi. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007 biex jiġi organizzat u mtejjeb il-qafas leġislattiv li kellha l-Unjoni Ewropea (UE) dwar is-sustanzi kimiċi. Hawn Malta dan ir-regolament ġie implementat permezz ta’ A.L. 61 ta’ 2008 mill-MSA.
REACH jgħabbi l-industrija b'responsabbiltà
akbar fil-kontroll tar-riskji li s-sustanzi kimiċi jista' jkollhom fuq is-saħħa u l-ambjent. Bħala prinċipju REACH japplika għas-sustanzi kimiċi kollha: mhux biss sustanzi kimiċi li jintużaw fil-proċessi industrijali imma wkoll fil-ħajja tagħna ta' kuljum, per eżempju fil-prodotti tat-tindif, żebgħat kif ukoll f'oġġetti bħalma huma ħwejjeġ, għamara u tagħmir elettriku.
Dan ir-regolament għalhekk japplika għall-industrija tal-kostruzzjoni bħal żebgħat,
glues
,
fillers
u
polishes
.
Il-miri ta' REACH huma:
-
Titjib fil-protezzjoni ta' saħħet il-bniedem u ta' l-ambjent mir-riskji li jġibu magħhom is-sustanzi kimiċi.
-
Tkabbir tal-kompetittività ta' l-industrija tal-kimiċi fl-UE, settur ewlieni għall-ekonomija ta' l-UE.
-
Promozzjoni ta' metodi alternattivi għall-valutazzjoni tal-perikli tas-sustanzi.
Assigurazzjoni ta' moviment liberu ta' sustanzi fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha huma mibnijin d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li qegħdin fi Triq Medjez, Pembroke, hiex akkwistata mill-Gvern u għaldaqstant jista' ibiegħ l-proprjetà li għandu mikrija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità tad-Djar għadhiex taċċetta dikjarazzjonijiet minn applikanti għall-iskema fuq is-sussidju tal-kera, dwar il-fatt li sid il-fond mikri ma jkunx irid lill-inkwilin japplika għal din l-għajnuna u għaldaqstant, l-awtorità taċċetta din id-dikjarazzjoni biex ma jinħolqux problemi u kumplikazzjonijiet għall-benefiċjarji? Jekk huwa l-każ, allura l-Ministru jaf li hemm ċirkostanzi fejn inkwilini ġew mitluba biex jitilqu mill-fond li jkunu krew għaliex is-sid ma jkunx irid juri u hemm oħrajn li żdidietilhom il-kera u allura s-sussidju jkun spiċċa fi bwiet min m'għandux bżonn? Jista' jgħid x'se jagħmel dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar titlob mingħand l-inkwilin kopja tal-kuntratt tal- kirja jew irċevuta tal-pagament li jkun sar. Dan isir biex l-Awtorita’ tisgura li ma jkunx hemm abbużi ta’ l-iskema. Għalhekk mhux korret li l-Awtorita’ qed titlob il-kunsens tas-sid tal-fond biex l-inkwilin jingħata xi għajnuna .
L-Awtorita’ mhux infurmata li kien hemm każijiet fejn l-inkwilinin ġew mitluba jitilqu mill-fond jew żdiditilhom il-kera għax ġew mgħotija sussidju fuq il-pagament tal-kera.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tul ta' persuna hijiex kriterju biex tkun eliġibbli biex tapplika għal pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta' taħriġ għall-Kuntistabbli, li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern fl-10 ta' Marzu 2009 u li kopja tagħha kienet tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta numru 98 tal-1 ta' April 2009.