Proġetti turstiċi — upgrade tal-infrastruttura u ambjent
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi u oħrajn għal upgrade tal-infrastruttura u ambjent, hemm maħsuba partikolarment għall-area ta' Buġibba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) qed taħdem fuq żewġ (2) proġetti prinċipali għaż-żona ta’ Buġibba / Qawra / San Pawl il-Baħar u li ser jiġu ko-finanzjati mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea.
Wieħed minn dawn il-proġetti jinkludi tisbiħ tal-kosta tal-Qawra u li jinkludi wkoll il-kreazzjoni ta’ bajja ġdida; il-bini ta’ attrazzjoni turistika li tinkludi Akwarju Pubbliku, ukoll fil-Ponta tal-Qawra; u tisbiħ (
upgrading
) tal-
promenade
max-xatt mill-Menqa sa l-iskola primarja, f’San Pawl il-Baħar.
Nirreferi għar-risposti 7038 u 7040 għal aktar dettalji.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u oħrajn li ngħataw għal żvilupp fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li hemm diversi applikazzjonijiet pendenti u deċiżi fl-inħawi u fuq il-Bajja ta’ San Ġorġ, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed titlob li fil-mistoqsija jiġi speċifikat x’tip ta’ żvilupp qed issir refenza għalih.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġetti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008, jigifieri li:
a) Il-proġetti turistiċi li hemm maħsuba mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għall-inħawi tal-Qawra, Salina, Buġibba u San Pawl il-Baħar tlestewx? Jekk ma tlestewx, meta se jitlestew, jiġifieri x'
deadline
għandu l-Gvern biex dawn il-proġetti jitlestew?
b) Jista' jgħid lestiex it-tisbiħ tat-triq tul il-baħar f'San Pawl il-Baħar, f'titjib tal-bankini u l-promenade li kellu jibda minn ħdejn il-kappella ta’ San Pawl, ikompli minn maġenb il-Menqa, is-Sirens u t-Torri ta’ Wignacourt u jispiċċa qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar?
ċ) Jista' jgħid tlestietx il-faċilità edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra li kellu jinkludi ġnien b’landscaping u b’seating biex joħloq spazju miftuħ ta’ ċertu kobor minn fejn il-pubbliku jista’ igawdi veduti tal-baħar, u li kellu jipprovdi ukoll żewġ attrazzjonijiet li ser ikunu akwarju u mużew ta’ l-arkeoloġija marittima, u faċilitajiet oħra li kellhom jipprovdu teatru Grieg u ċentru għall-iskejjel tad-diving?
d) Jista' jgħid xi żvilupp u x'titjib sar tal-bajja fil-Qawra, liema proġett kellu jinvolvi fit-tkabbir tal-bajja bir-ramel u interventi oħra mal-kosta?
e) Jista' jgħid x'budget kien hemm u hemm għal dawn il-proġetti minn fondi pubbliċi, apparti xi fondi mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita’ tat-Turiżmu (MTA) ssottomettiet 2 proġetti għall- konsiderazzjoni tal-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD). Il-komponenti individwali tal-proġetti huwa kif ġej:
Proġett ta’ tisbiħ kostali f’żewġ żoni turistiċi u li jinkludi tisbiħ (
upgrading
) fiż-żona ta’ Fond Għadir u l-
Exiles
ġewwa tas-Sliema; tisbiħ (
upgrading
) ġewwa l-Ponta tal-Qawra u li jinkludi wkoll il-krejazzjoni ta’ bajja ramlija ġdida.
It-tieni proġett, Tisbiħ (
upgrading
) ta’ Żoni Turistiċi b’emfażi fuq spazji urbani u faċilitajijet oħra, jinkludi l-bini ta’ attrazzjoni turistika (akkwarju pubbliku) fil-Ponta tal-Qawra; tisbiħ (
upgrading
) ta’ żona kostali (
promenade
) bejn l-iskola Primarja ta’ San Pawl u l-Menqa; u tisbiħ ta’ żona preżentament abbandunata ġewwa Pembroke u li jinkludi wkoll proġett ta’
cycle trail
minn dan il-ġnien sa t-Torri tal-Madliena.
Il-proċess ta’ kull proġett jinvolvi permessi tal-iżvilupp, preparar ta’ disinni u
tenders
. Fil-preżent, l-Awtorità tat-Turiżmu diġa ħarġet xi
tenders
u qegħda fl-aħħar preparamenti sabiex toħroġ il-kumplament tad-dokumenti.
Huwa maħsub li dawn il-proġetti kollha jiġu kompletati sa l-aħħar tal-2011.
Nirreferi għar-risposta li ser nagħti għall-mistoqsija numru 7038 għal
budgets
tal-proġetti.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10817 dwar il-kumpless ta' Ħal Ferħ, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħass li kellu joħroġ sejħa għall-offerti ta' l-art in kwestjoni biex tingħata b'ċens perpetwu? Jista' jagħti r-raġuni għaliex art tal-poplu se jagħtiha b'ċens perpetwu u mhux kif ħafna drabi jsir, bħal per eżempju, tingħata għal perijodu twil ta' 99 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-Tender li qed jirreferi ghalih jinkorpora mhux biss l-ghotji tal-art b’ċens perpetwu, iżda wkoll it-trasferiment tal-ishma kollha tal-Kumpless Ħal Ferħ, bl-obligazzjonijiet u d-djun kollha li huma marbutin ma din il-kumpanija. Barra minn hekk, ried jiġi aċċertat illi l-kumpanija li tirbaħ dan it-tender, tintrabat li timxi mad-Development Brief li ħarġet il-MEPA fuq dak is-sit u cioe li topera l-fond għal skopijiet turistiċi.
Biex it-tender seta’ jkun aktar attrajenti, u jiġi massimizzat il-valur tat-trasferiment tal-kumpanija Ħal Ferħ, inħass il-bżonn kummerċjali li jkun hemm il-bejgħ per se tal-propjeta in kwistjoni wkoll. Iżda, sabiex nissalvagwardjaw u jiġi żgurat li jinżammu l-istess kundizzjonijiet li kellha l-kumpanija, bl-obligi kollha, il-Gvern ħaseb illi jkun aktar għaqli li l-propjeta tingħata b’Ċens Perpetwu milli tinbiegħ sabiex ikollu kontroll fuq il-kuntratt u fuq l-istess obligi skont kif ittih il-Liġi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn is-sena 2004 u 2007, ġewx aboliti xi posts/positions fis-Servizz Pubbliku? Jekk iva, liema kienu dawn il-posts/positions? F'liema Ministeru u f'liema sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, bejn l-2004 u l-2007, il-posts elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ġew definittivament aboliti skont id-dettalji mogħtija.
Rigward il-
positions
, dawn jinħolqu għall-perjodu definit, skont il-provvedimenti tal-AL 51/2007 intitolat “Kuntratti ta’ Servizz għal terminu ta’ żmien fiss” kif emendat bl-AL 239/2008 sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku minn żmien għal żmien.
Għajnuna soċjali speċjali — kriterji li juża l-bord
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji juża l-bord li jiddeciedi jekk mara bit-tfal teħux l-għajnuna soċjali speċjali (SAB) f'każ meta żewġha jew il-partner ikun inqata' minn fuq il-lista tar-reġistrar u sussegwentement ma jkunx qed jieħu l-unemployment benefit?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u oħrajn li ngħataw għal żvilupp fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan?
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10817 dwar il-kumpless ta' Ħal Ferħ, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħass li kellu joħroġ sejħa għall-offerti ta' l-art in kwestjoni biex tingħata b'ċens perpetwu? Jista' jagħti r-raġuni għaliex art tal-poplu se jagħtiha b'ċens perpetwu u mhux kif ħafna drabi jsir, bħal per eżempju, tingħata għal perijodu twil ta' 99 sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpless ta' Ħal Ferħ inbiegħx? Jekk dan il-kumpless għadux għand l-AirMalta? X'se jiġri mill-ħaddiema li kienu jaħdmu f'dan il-kumpless u li llum inbagħtu f'intraprizi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet sejħa għall-offerti biex l-art li fuqha hemm mibni l-kumpless ta’ Ħal Ferħ tingħata b’ċens perpetwu. Is-Sejħa għall-Offerti għalqet fit-28 ta’ Mejju 2009. Kien hemm offerta waħda u bħalissa qed isiru l-preparamenti biex isir il-kuntratt finali.
Is-Sejħa għall-Offerti kienet tinkludi ix-xiri tal-Kumpanija Ħal Ferħ inkluż l-impjegati li din il-Kumpanija għandha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk impjegati bħala beach cleaners għadhom ma tħallsux ta' l-overtime li għamlu matul is-sajf? Għaliex dawn l-istess impjegati qed jitħallsu tal-festi bis-siegħa, siegħa u nofs u mhux bħall-Ħdud? Jista' jgħid ukoll għaliex l-ex impjegati tat-tarzna li ntbagħtu mal-beach cleaners qed jitħallsu ta' l-overtime b'rata oħra, u mhux b'dik li kienu jitħallsu biha qabel?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-Iskola Mariam Al Batool f'Raħal il-Ġdid għall-estensjoni tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għada qed tiġi pproċessata u diskussa minħabba li għad trid issir talba għal bidla fil-pjanti għax dak li kien sottomess mhux skond il-Pjan Lokali approvat.
Qala Għawdex — training service providers għall-ITS
Question
Tista' l-Ministru tgħid min kien responsabbli mill-għażla tat-training service providers għall-ITS fil-Qala, Għawdex? Tista' tgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla? Min għażilhom u fuq liema kriterju intgħażlu? Xi kwalifiki għandhom biex jgħażlu lil dawn it-training service providers? Kemm kienu l-applikanti għas-sejħa li saret? Kemm intgħażlu minnhom? Min huma t-training service providers li ġew magħżula? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi u vokazzjonali li għandhom? X'esperjenza prattika fis-settur għandhom? X'kienu l-kriterji li fuqhom ġew
magħżula? Min huma dawk li ma ntgħażlux? X'kienu r-raġunijiet għaliex ma ntgħażlux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma saret l-ebda sejħa għal training service providers għall-Institute for Tourism Studies Qala – Ghawdex .
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Qormi Health Centre ġie identifikat bħala ċentru ta' emerġenza f'każ li l-pandemija tas-swine flu tolqot lil Malta? Jekk huwa l-każ jista' jgħid jekk ġiex ikkunsidrat xi ċentru ieħor bħal, per eżempju, xi parti mill-Isptar San Luqa fejn mhux qed jintuża? Jekk intgħażlet il-Qormi Health Centre, jista' jgħid għaliex? Jista' jassigura li se jittieħdu xi prekawzjonijiet biex din il-marda ma tinfirixx fil-popolazzjoni Qormija, peress li dan iċ-ċentru jinsab f'post mill-aktar abitat?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-benefiċċji għall-Maltin meta jkollhom il-European Health Insurance Card u jiġu bżonn xi servizz tas-saħħa f'xi pajjiż membru stat tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li meta ċittadin Malti jżur pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea u jżur sptar tal-gvern f’każi biss ta’ emerġenza jibbenifika f’benefiċċji ta’ kura eżatt daqs iċ-ċittadin ta’ dak il-pajjiż konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Selmun Palance Hotel għadiex proprjetà ta' l-AirMalta? Jekk le, min qed jieħu ħsiebha? Jista' jgħid jekk din il-lukanda hiex se tinbiegħ? Jekk iva, kien hemm jew hemm xi offerti għal konsiderazzjoni f'kaz li se tinbiegħ? X'se jiġri mill-ħaddiema li jaħdmu fiha?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6374.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpless ta' Ħal Ferħ inbiegħx? Jekk dan il-kumpless għadux għand l-AirMalta? X'se jiġri mill-ħaddiema li kienu jaħdmu f'dan il-kumpless u li llum inbagħtu f'intraprizi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Entitatjiet Għawdxin li talbu għajununa lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux talbiet għall-għajnuna sponsorshipminn entitajiet Għawdxin lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Min huma dawn l-entitajiet li talbu din ix-xorta ta' għajnuna [sponsorship]? Kemm se jieħdu għajnuna kull entita' mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Fuq liema kriterji ġew magħżula dawn sabiex jibbenefikaw minn din l-għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindika l-perjodu taż-żmien li għalih qed tintalab l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu d-danger money, il-ħaddiema fis-settur pubbliku li jaħdmu fit-taqsima tar-restawr u dan għaliex ilhom madwar tliet xhur ma jieħdu pagament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi skond proċedura stabbilita fit-taqsima tar-restawr fi ħdan il-Ministeru, il-ħlasijiet tad-danger money isiru fuq bażi regolari ta’ darba kull tliet xhur, bil-pagament li jmiss ikopri ħlasijiet għall-perjodu minn April sa Ġunju 2009 u ser jitħallas mal-paga tal-4 ta’ Novembru 2009.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kbar li kellha tagħmel l-Iskola Mariam Al Batool f'Raħal il-Ġdid biex takkommoda temporanjament aktar studenti u peress li l-applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għall-estensjoni għadha ma ġietx proċessata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-gvern ma jidħolx responsabli għal spejjeż ta’ dan it-tip li jistgħu jkollhom l-iskejjel privati.
Is-Sezzjoni Skejjel mhux Statali fi ħdan id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fid-Direttorat tal-Kwalita u Standards fl-Edukazzjoni tiltaqa’ regolarment mar-rappreżentant tekniku tal-MEPA biex tiddiskuti l-andament tat-talbiet lill-MEPA mill-Iskejjel mhux statali.
Fil-laqgħa li saret fit-2 ta’ Settembru, 2009, is-Sezzjoni ġiet mgħarrfa bit-talba li saret mis-Sur Wagdi Nashnosh għan-nom ta’ l-iskola Mariam al Batool għal skola sekondarja ġdida (ħdejn il-Primarja li hemm bħalissa) b’żewġ sulari (MEPA file No. 3425/08). Il-MEPA kienet infurmat lill-iskola li l-proposta ma kienitx skont il-
policy
tal-pjan lokali li talloka art bħala spazji miftuħa pubbliċi u faċilitajiet rikreattivi (20/01/09). Is-Sezzjoni ġiet mgħarrfa wkoll li kellha ssir laqgħa mal-applikant u l-perit tal-iskola.