Persuni li japplikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku
Question
B’referenza għall-Public Service Management Code kif emendat f’Ġunju 2008, klawsola numru 1.4.3.1., jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Uffiċjali Pubbliċi li kienu rtiraw mis-Servizz Pubbilku bil-bord mediku, u li kienu jirċievu pensjoni mit-Teżor u Pensjoni tal-Invalidità, li applikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar 16-il xahar, u ċioe minn meta l-emendi tal-Management Code daħlu fis-seħħ f’Ġunju 2008? Kemm minn dawn reġgħu ġew aċċettati lura mas-Servizz Pubbliku u bdew jaħdmu? Xi proċedura tkun applikabbli f’każijiet fejn ex-impjegati jkunu jirċievu żewġ pensjonijiet, dik tat-Teżor u dik tal-Invalidità, meta dawn japplikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku? F’dawn il-każijiet meta jieqfu l-pensjonijiet tat-Teżor u tal-Invalidità, meta l-persuna tapplika jew meta l-persuna terġa' tidħol lura għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’dawn l-aħħar sittax-il xahar, ma kien hemm l-ebda talba għal re-instatement minn ex-impjegati pubbliċi, li kienu jieħdu żewġ pensjonijiet, jiġifieri l-pensjoni tat-Teżor u l-pensjoni tal-invalidità. Kien hemm tlett talbiet minn persuni li kienu jieħdu l-pensjoni tat-Teżor biss.
Minn dawn it-tlett talbiet, tnejn ġew aċċettati u l-impjegati reġgħu lura fil-grad li kellhom qabel.
F’dawn il-każijiet, il-pensjoni tat-Teżor tieqaf mid-data li l-applikanti jidħlu għax-xogħol. L-impjegati jkunu marbutin li jħallsu persentaġġ fuq is-somma li jkunu ħadu meta rtiraw.
Għalkemm ma kien hemm ebda każ li jinvolvi persuni li jirċievu pensjoni tal-invalidità għandu jingħad li din il-pensjoni tkun riveduta minn żmien għal żmien u għalhekk jista’ jkun li tieqaf qabel ma’ l-impjegat jidħol lura għax-xogħol, skont kif jiddeċiedi d-Direttur tas-Sigurtà Soċjali. Iżda f’każ li l-impjegat ikun għadu jieħu l-pesjoni tal-invalidità din tieqaf meta l-impjegat jidħol għax-xogħol.
Jikkonsidra l-Ministru li Għawdex għandu jkollu uffiċċju tal-istatistika għalih u dan biex tkun tista' tinżamm statistika separata għal Għawdex, specjalment fejn jidħol it-turiżmu u l-ħaddiema li hemm jaħdmu f`dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jzomm statistika separata għal Għawdex fejn jidħol it-turiżmu u l-ħaddiema li hemm jaħdmu f`dan is-settur, u f’oqsma oħra wkoll. Għalhekk f’dan l-istadju mhux qed jiġi kkunsidrat li l-NSO ikollu uffiċċju f’Għawdex.
Jikkonsidra l-Prim Ministru li għandha tinħoloq Awtoritá tat-Turiżmu għal Għawdex komposta minn Għawdxin li joqogħdu f`Għawdex u li jkunu jafu bil-problemi tal-Gżira?
Uffiċċju wieħed għal Għawdxin li jridu liċenzja fil-qasam turistiku
Question
Billi Għawdex għandu bżonnijiet speċjali anke fil-qasam turistiku, jikkonsidra l-Prim Ministru li minn uffiċċju wieħed għandu jinqeda kull min jitlob liċenzja biex jopera f`dan il-qasam, u dan għaliex fil-preżent anke biex toħroġ mejda quddiem restaurant mill-inqas trid tagħmel applikazzjoni għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Artijiet, l-Uffiċċju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tat-Turiżmu? Jaħseb li dan it-tul ta' żmien qiegħed jaqta' qalb min bis-serjetà jkun tħajjar li jiftaħ f`dan il-qasam?
Għawdex reklamat bħala destinazzjoni turistika separata
Question
Jikkonsidra l-Prim Ministru li Għawdex għandu jkun reklamat bħala destinazzjoni turistika separata aktar bis-serjetà u li għal dan il-għan għandu jkun hemm vot ta' flus aktar adegwat?
Jikkonsidra l-Prim Ministru li għandhom isiru pontoons qrib il-portijiet Għawdxin biex il-cruiseliners ikunu jistgħu iniżżlu t-turisti bil-kumdità fil-bajjiet f`Għawdex?
Jikkonsidra l-Prim Ministru li għandha tiġi mkabbra l-Yacht Marina fl-Imġarr Għawdex u li jinħolqu Yacht Marinas oħra f`Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan Lokali ta’ Għawdex u Kemmuna (Approvat 2006) jikkunsidra t-tkabbir tal-Yacht Marina fl-Imġarr skony il-provvedimenti ta' Policy GZ-TRAN-11.
Policy GZ-TRAN-13
tikkontempla
Destination Ports
li tikkonsisti f’faċilitajiet aħjar għal dgħajjes u
yachts
biex issaħħaħ il-prodott turistiku u suġġett għall-Studju tal-Impatt Ambjentali. Is-siti identifikati huma Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien ġewwa Għawdex, kif ukoll il-Bajja ta’ San Niklaw u dik ta’ Blue Lagoon ġewwa Kemmuna.
Public Service — riżultati ta' interviews jew eżamijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn is-sena 2004 u s-sena 2007 ġewx aboliti xi posts fil-public service qabel ma ġew ippubblikati r-riżultati ta' interviews jew eżamijiet? Jekk iva, f'liema Ministeru u/jew dipartimenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-gradi aboliti bejn l-2004 u l-2007 kienu dawk elenkati fit-tweġiba li tajt lill-Onorevoli Interpellant permezz tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 11996 u ma jirriżulta l-ebda każ fejn grad ġie abolit qabel ma ġew ippublikati riżultati ta’ interviews jew eżamijiet relattivi.
Barriers elettromekkaniċi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid lil min ġie kkummissjonat ix-xogħol ta’ twaħħil ta’ barriers elettromekkaniċi fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm sewa dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-barriers elettromekkaniċi għadhom ma ġewx ikkummissjonati.
Persuni li japplikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku
Question
B’referenza għall-Public Service Management Code kif emendat f’Ġunju 2008, klawsola numru 1.4.3.1., jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Uffiċjali Pubbliċi li kienu rtiraw mis-Servizz Pubbilku bil-bord mediku, u li kienu jirċievu pensjoni mit-Teżor u Pensjoni tal-Invalidità, li applikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar 16-il xahar, u ċoie minn meta l-emendi tal-Management Code daħlu fis-seħħ f’Ġunju 2008? Kemm minn dawn reġgħu ġew aċċettati lura mas-Servizz Pubbliku u bdew jaħdmu? Xi proċedura tkun applikabbli f’każijiet fejn ex-impjegati jkunu jirċievu żewġ pensjonijiet, dik tat-Teżor u dik tal-Invalidità, meta dawn japplikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku? F’dawn il-każijiet meta jieqfu l-pensjonijiet tat-Teżor u tal-Invalidità, meta l-persuna tapplika jew meta l-persuna terġa' tidħol lura għax-xogħol?
B'referenza għall-prospectus maħruġ mill-Università ta' Malta, fejn l-Università bis-sapport tal-Ministeru tagħha l-Università qiegħda toffri course ta' sena fiċ-Ċentru tal-Università għal Għawdex li jwassal għal Diploma fil-Kummerċ, u li se jkun finanzjat mill-fondi tal-European Social Funds. Billi taħt is-sezzjoni "informazzjoni oħra" fl-istess prospectus jingħad li dan il-course se jkun segwit minn korsijiet oħra li jwasslu għal degree fil-finanzi, ICT u Tourism Studies, tista' l-Ministru tgħid jekk meta jispiċċa dan il-kors humiex se jibdew degree courses fit-Tourism Studies, ICT jew Finanzi? Tista' tgħid jekk il-Bachelor of Commerce fil-Università ta' Malta, Ċentru għal Għawdex hix se toffri bħala main areas of study it-Tourism Studies, ICT jew Finanzi minbarra l-Management u l-Economics? Ma taħsibx li l-Università għandha tgħid x'se jsir issa wara li jispiċċa l-kors li jwassal għad-Diploma fil-Kummerċ u dan biex studenti li japplikaw ikunu jistgħu jippjanaw il-karriera tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minbarra d-Diploma Course fil-Kummerċ li qed isir taħt il-proġett Higher Education Courses to Address Skill Mismatches in Gozo ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew hemm maħsub ukoll li dan il-kors jiġi segwit minn korsijiet oħra li jwasslu għal Degree Courses fil-finanzi, fl-ICT u fl-Istudji Turistiċi.
Dwar il-parti tal-mistoqsija dwar il-main areas of study nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5288 fejn intqal li minħabba nuqqas ta' staff fl-ispiżerija, l-istaff kien qed jingħata kumpens billi tnaqqas il-ħin biex il-pubbliku ikun jista' jinqeda, u billi kontra kull proċedura stabbilita f`dipartimenti oħra tal-Gvern, il-pubbliku li kien ikun ilu jistenna fil-kju kien qed jintbagħat lura f`nofsinhar x' ħin tagħlaq l-ispiżerija minħabba l-ftehim milħuq bejn id-Direttur tal-Customer Services u l-Union Ħaddiema Maghqudin fl-aħħar ta' Novembru 2008, tista' l-Ministru fiċ-ċirkostanzi preżenti tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5288 fejn hemm ċar li mill-1 ta' Jannar 2009 il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ispiżerija ġew lura għan-normal u għalhekk ma hemm l-ebda ftehim fis-seħħ fir-rigward tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ispiżerija.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qiegħda tiftaħ mit-8.00am sa nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa meta l-ħaddiema fl-ispiżerija jispiċċaw fis-2.00pm? Tista tgħid il-ħinijiet li fiha tkun miftuħa l-ispiżerija biex jinqeda l-pubbliku nhar ta' Sibt? Għaliex meta jsir l-ħin li fih tagħlaq l-ispiżerija, il-pubbliku li jkun jistenna fil-kju mhux qed jinqeda u jkollu jerġa' jmur ġurnata oħra, meta jkun hemm min ikun ilu jistenna aktar minn siegħa? Konxja l-Ministru li dawn il-hħinijiet għandhom jitwalu minħabba li l-pubbliku mhux moqdi u ħafna morda qed ikollhom jistennew ħinijiet twal biex jinqdew? Min approva dawn il-ħinijiet il-ġodda u min ħa r-responsabbiltà għal din id-deċiżjoni, is-Supretendent ta' l-Isptar, id-Direttur tal-Customer Services jew hija deċiżjoni politika? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema fl-ispiżerija, x'inhu l-grad ta' kull ħaddiem wieħed wieħed, il-ġranet tax-xogħol u l-ħinijiet ta' kull ħaddiem ta' l-ispiżerija wieħed wieħed? Meta se tiġi introdotta l-għażla tal-ispiżerija f`Għawdex? Lil min ingħata x-xogħol tat-twaħħil tal-barriers fid-daħla ta' l-Isptar Ġenerali ta` Għawdex u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Luqa — Triq ir-Rixtellu - sigurtà għat-tfal li jmorru l-mużew
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex fi Triq ir-Rixtellu, Ħal Luqa, ħdejn il-Mużew, waqt il-ħinijiet tal-Mużew, it-triq tkun safe għat-tfal li jattendu, u dan peress li qed ikun hemm riskji żejda għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal, minħabba li t-triq tibqa' miftuħa għat-traffiku matul il-ħin li t-tfal ikunu deħlin u ħerġin mill-Mużew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa totali tal-Gvern għall-proġett li għadu kif sar fill-Malta Racing Club, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mat-tisbiħ, is-sigurtà u l-manutenzjoni tal-kumpless innifsu kif ukoll għax-xiri ta' ramel u materjal ieħor minn barra l-pajjiż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-investiment fuq titjib, tisbieħ, sigurta’ u manutenzjoni fil-korsa tal-Marsa kien jammonta għal total ta’ €149,242.93.
Dawn kienu maqsuma kif ġej:
Xoghol ta’ Tisbieħ: € 5,000.00
Xoghol ta’ Manutenzjoni: € 64,145.03
Xiri u testijiet ta’ Ramel: € 80,096.90
Total: €149,242.93
€38,954.00 milll-ispiża ingħataw f’forma ta’
grant
jew xogħol mill-Gvern jew entitajiet tiegħu. Il-€110,288.93 l-oħra qed jitħallsu mill-fondi ġenerati mill-istess Malta Racing Club.
Buġibba u Qawra — Lukandi u akkomodazzjonijiet turitiċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm għalqu lukandi, hostels u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni turistika fl-area ta' Buġibba u Qawra (sena b'sena, lokal b'lokal)? Jista' jgħid kemm għaldaqstant intilfu soddod u akkommodazzjoni turistika f'dawn il-lokalitajiet?
Jista' jgħid kemm-il lukanda,
hostels
u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni matul dawn l-aħħar għaxar snin twaqqgħu u minflokhom telgħu binjiet oħra? X'tip ta' binjiet?
X'policy għandu l-gvern fir-rigward għal din l-area, i.e. Buġibba u Qawra għal bini jew ftuħ ta' lukandi, hostels u akkomodazzjoni turistika oħra u dan sabiex jiżdiedu s-sodod għat-turisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin għalqu wieħed u għoxrin (21) stabbiliment ta’ akkomodazzjoni fiż-żona tal-Qawra u Buġibba, li bejniethom jirrappreżentaw 3886 sodda. Fl-istess perjodu u lokalitajiet infetħu seba’ (7) postijiet ġodda ta’ akkomodazzjoni li jirrappreżentaw 1605 sodda.
L-Awtorita’ m’għandiex informazzjoni dwar l-użu alternattiv tal-bini għaliex is-sidien ta’ dawn il-lukandi m’għandhomx l-obbligu li jinfurmaw ’l Awtorita’ dwar x’sar mill-bini jekk dan ma jkunx aktar għal skop turistiku.
Il-
policy
ġenerali tal-Gvern dwar lukandi u akkommodazzjoni oħra għat-turisti hi, li jħajjar it-titjib tagħhom, kemm fl-istruttura kif ukoll fis-servizz, biex ikunu aktar kompetittivi ma destinazzjonijiet oħra.
Bħala għajnuna biex dan iseħħ ġiet imnedija skema ta’ sussidju fuq imgħax li jistgħu jibbenefikaw minnha lukandi u postijiet ta’ akkomodazzjoni li jkunu beħsiebhom jagħmlu
upgrading
fil-propjetajiet tagħhom. Minbarra x-xogħol li diġa’ sar fl-inħawi, l-Awtorita’ qed tippjana li twettaq proġetti kapitali mill-fondi ewropej bħal proġett tal-Akwarju.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. L-ewwel tabella turi t-total ta’ sodod f’Malta u Għawdex kif kien għaxar snin ilu kif ukoll in-numru ta’ sodod kif inhu llum; u t-tabella oħra għandha l-istess informazzjoni imma hi ta’ Malta biss.
Public Service — riżultati ta' interviews jew eżamijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn is-sena 2004 u s-sena 2007 ġewx aboliti xi posts fil-public service qabel ma ġew ippubblikati r-riżultati ta' interviews jew eżamijiet? Jekk iva, f'liema Ministeru u/jew dipartimenti?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-triq l-antika ta' Wied il-Għajn li sarilha patchwork intensiv, ma sarx l-istess xogħol tant meħtieġ fl-aħħar 200 metru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Intrepellant sar kollu.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu — proġetti għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ħaditx il-konferma mill-Planning and Priorities Coordination Division biex tibda l-proġetti maħsuba għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar?
Jekk iva, kemm huma dawn il-fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea?
Jista' jgħid jekk apparti dawn il-fondi hux se jkun hemm fondi oħra ivvotati għal dawn il-progetti minn fondi pubbliċi? Jekk iva, kemm?
Jista' jgħid xi tħejjijiet s'issa għamlet l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dwar dawn il-proġetti, u dan b'referenza għat-tweġiba parlamentari li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) ssottomettiet żewġ (2) proġetti għal konsiderazzjoni tal-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD), wieħed dwar tisbiħ ta’ żewġ żoni turistiċi jiġifieri tas-Sliema u l-Qawra u li jinkludi l-krejazzjoni ta’ bajja ġdida ġewwa l-Qawra u l-ieħor li jinkludi l-bini ta’ Akwarjum fil-Qawra, bini ta’ ġnien u tisbiħ f’Pembroke inkluż cycle trail, u tisbiħ max-xatt (promenade) f’San Pawl il-Baħar.
Dawn iż-żewġ proġetti ġew approvati mill-
PPCD
u l-MTA ser tingħata flus (taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007-2013) biex timplimenta dawn il-proġetti. Il-fondi jammontaw għal madwar €4,500,000 u madwar €12,351,000 rispettivament – mingħajr il-komponent tal-
VAT
. Parti minn dawn il-fondi huma pubbliċi peress li l-proċess ta’ ko-finanzjament jammonta għal 85% (fondi Ewropej) u 15% (fondi lokali). L-Awtorità tat-Turiżmu se tkun mitluba tinvesti finanzi oħra sabiex tkopri dawk il-komponenti tal-proġetti li m’humiex eliġġibbli, pero’ dan l-ammont għadu ma jistax jiġi determinat b’eżattezza.
L-Awtorità diġà nediet numru ta’
tenders
relatati ma’ dawn il-proġetti u qed taħdem fuq
tenders
oħra li għandhom jiġu mnedija aktar tard din is-sena. L-Awtorità applikat ukoll għal numru ta’ permessi tal-MEPA u dawn ġew approvati. Ix-xogħol fuq is-siti għandu jibda tard din is-sena.