Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu relokati n-nissan huts li hemm taħt is-Sur ta' Notre Dame, Bormla fejn skond PA 05057/09 tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huwa ppjanat li se jinbnew sitt tennis courts?
Sptar Mater Dei — dipartiment tad-dijabete - appuntamenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
1. Kemm hija l-medja ta' stennija ta' appuntamenti New Cases fid-Dipartiment tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei?
2. Kemm huwa n-numru ta' nies li qed jistennew appuntament għas-sena 2010 fl-istess dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-AirMalta hijiex tikkontempla li s-sezzjoni tal-Passenger Handling jiġi out sourced? Jekk iva, liema partijiet minn din is-sezzjoni se jiġu out sourced u x'se jiġri mill-impjegati ta' l-Air Malta li jaħdmu f'din is-sezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta qeda tiddiskuti l-Collective Agreement ġdid ma’ General Workers’ Union li jinkludi fost affarijiet oħra tibdil fil-prassi tax-xogħol, flessibiltà u rosters li jinbiddlu skond il-ħtieġa. Jekk isirx out-sourcing jew le jiddependi fuq ir-rizultat ta’ dawn it-taħdidiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions u f'liema skali u/jew gradi fl-Air Malta mis-sena 2008 'l hawn skond id-data li fiha ngħatat il-promozzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati l-Air Malta fl-1987? Kemm ġew impjegati nies mal-Air Malta mill-1987, sena b'sena u skond il-gradi? Kemm telqu impjegati għax ħadu l-Voluntary Retirement Scheme, skond skema skema u sena b'sena minn meta ġiet introdotta? Kemm telqu ħaddiema għax irriżenjaw, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm spiċċaw ħaddiema bl-età tal-irtirar, sena b'sena, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm impjegat nies l-Air Malta fil-bidu tas-sena 2010 skond il-gradi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ħal Luqa — Triq ir-Rixtellu - sigurtà għat-tfal li jmorru l-mużew
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex fi Triq ir-Rixtellu, Ħal Luqa, ħdejn il-Mużew, waqt il-ħinijiet tal-Mużew it-triq tkun safe għat-tfal li jattendu u dan peress li qed ikun hemm riskji żejda għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal minħabba li t-triq tibqa' miftuħa għat-traffiku matul il-ħin li t-tfal ikunu deħlin u ħerġin mill-Mużew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Awtorità tat-Trasport ta' Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilu magħluq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista' tagħti d-dettalji għaliex ingħalaq u kemm se jdum magħluq?
Hija konxja li billi qrib il-gates tal-Isptar m'hemmx ħwienet, l-għeluq ta’ dan il-canteen qed joħloq tbatijiet kbar lil ħafna persuni li qed ikollhom iġorru ċerti neċessitajiet fuq idejhom minn Pjazza San Frangisk jew Triq Borg Olivier sal-Isptar?
Fejn wasal ix-xogħol li kien qed jagħmel id-Dipartiment tal-Artijiet imsemmi fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 10765, Seduta 145 tas-6 ta’ Ottubru tas-sena 2009, u meta se toħroġ l-offerta ?
Taħt min taqa’ l-kirja tal-canteen tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, taħt id-dekasteru tagħha jew taht il-Ministeru li jaqa’ taħtu d-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Canteen ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ilu magħluq minn Awwissu 2009. Il-kerrej li kien hemm ġie żgumbrat mill-Kummissarju tal-Artijiet peress li ma kienx iħallas il-kera u kien ħalla jakkumula ammont ta' kera. Il-Canteen jerġa' jinfetaħ wara li tinħareġ sejħa għall-offerti u jintgħażel il-kerrej prospettiv.
Il-kirja tal-Canteen ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru li jaqa' taħtu d-Dipartiment tal-Artijiet.
Fid-dawl tar-risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għal mistoqsija parlamentari 13515, Seduta 177 tal-14 ta’ Diċembru 2009, tista’ l-Ministru tkompli tirrispondi għall-aħħar parti tal-mistoqsija u tgħid jekk il-Bachelor of Commerce fil-Università ta' Malta, Ċentru għal Għawdex hix se toffri bħala main areas of study it-Tourism Studies, ICT jew Finanzi, minbarra l-Management u l-Economics?
Jekk il-Bachelor of Commerce mhix se toffri dawn is-suġġeti bħala main areas of study allura id-Diploma in Commerce li qed issir din is-sena u li se tispiċċa f’sena waħda se tkun kwalifikazzjoni li biha dawk li jispiċċaw il-kors b’suċċess ikunu jistgħu ikomplu l-istudji tagħhom għal degree fit-Turiżmu, ICT u Finanzi fl-Università ta’ Malta, Ċentru għal Għawdex ?
Dawk l-istudenti li għandhom Diploma fil-Kummerċ li ġabuha fis-snin l-imgħoddija u li qatt ma komplew għal Baċellarat fil-Kummerc se jkunu kwalifikati li jattendu għal degrees fl-ITC, Finanzu u Turiżmu li se jsiru fiċ-Ċentru għal Għawdex?
Jidhrilha l-Ministru li l-Università għandha tgħid x'se jsir issa u mhux wara li jispiċċa l-kors li jwassal għad-Diploma fil-Kummerċ u dan biex studenti li japplikaw ikunu jistgħu jippjanaw il-karriera tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawk l-istudenti li jispiċċaw b’suċċess id-Diploma fil-Kummerċ ikunu jistgħu jkomplu għall-Bachelor of Commerce, billi jagħżlu żewġ major areas of study minn fost tlieta li se jiġu offruti, jiġifieri turiżmu, finanzi jew IT. Id-Diploma fil-Kummerċ kienet imqassma fuq sena kalendarja, waqt li t-tkomplija għall-Bachelor of Commerce se tkun imqassma fuq tliet snin.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm qed jitlob prezz għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun u jekk il-Kastell huwiex għall-bejgħ ukoll? Jista' jgħid jekk hux se jingħata b'ċens, u jekk hux b'ċens temporanju jew perpetwu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fejn jinħarġu offerti ta’ bejgħ ta’ proprjetà, il-Gvern ma jgħidx fil-pubbliku l-ammont tal-prezz li jkun qed jitlob. F’dan il-każ, l-istima tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet u l-offerti mitfugħa qed jiġu evalwati mill-Kumitat tal-Kuntratti. Il-Gvern ħareġ b’offerti għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun, iżda min jingħata l-offerta irid jintrabat li jieħu l-Kastell b’ċens temporanju ta’ disgħa u disgħin sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fuq is-sit elettroniku ta' visitmalta.com, mhux qed tingħataw pubbliċità biżżejjed lill-avvenimenti ewlenin u ta' interess għat-turisti f'dawk li huma shoulder months? Per eżempju dwar il-Karnival ta' Malta kulma ssib huwa banner li jitla' ma' għadd ta' avvenimenti oħra u li jintilef fl-importanza u dwar il-Ġimgħa l-Kbira ma jingħad xejn għajr stampa żgħira tal-Irxoxt u dan meta t-turiżmu reliġjuż huwa wieħed min-niċeċ fl-industrija turistika li jiġbed miljuni ta' turisti madwar id-dinja kull sena.
Ċirkulari dwar il-pożizzjoni tad-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku
Question
B'referenza għaċ-ċirkulari, li dettalji dwarha qed jidhru separatament, dwar il-pożizzjoni ta' Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tispjega liema huma l-comparable grades li impjegati fis-settur pubbliku jista' jkollhom u li jagħmluhom eliġibbli għal din il-pożizzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa C Check ta' airbus jekk isir in house, fejn id-dipartiment ikollu l-capability? Kemm qed jiġi jiswa dan l-istess C Check meta qed jiġi outsourced?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u ma nħossx li għandi nagħtiha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu jiswew il-karozzi li hemm mikrija fid-Dipartiment tal-Engineering? Il-Gvern għamel il-kalkolu kemm kienu jiswew dawn il-karozzi li kieku jinxtraw mill-Air Malta? Jista' għaldaqstant jagħti l-informazzjoni sħiħa tal-ispiża fiż-żewġ każijiet? Kemm jiswew l-istickers li twaħħlu ma' dawn il-karozzi u x'inhu l-benefiċċju ta' dan it-tip ta' reklamar meta dawn il-karozzi jagħtu servizz fuq l-airstrip lill-istess ajruplani ta' l-Air Malta, meta l-passiġġieri jkunu diġà għażlu lil Air Malta biex jivvaġġjaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hija l-policy tal-kumpanija li flok toħrog nefqa kapitali sostanzjali f'daqqa, tidħol għal kiri hekk sabiex in-nefqa tinqassam fuq tant snin. Dan aktar u aktar fuq vetturi għal użu komuni u kontinwu fejn, fil-passat, konna nbatu minn nuqqas ta' vetturi minħabba ħsarat u ħin li jittieħed sakemm jissewwew. Servizz tal-kiri jelimina dan in-nuqqas ta' għodda u l-problemi li jiġu miegħu. Servizz ta' kiri jagħti wkoll lill-kumpanniji l-possibiltà li żżid jew tnaqqas vetturi skond jekk jiżdiedx jew jonqos ix-xogħol.
In-nefqa għal kiri ta’ dawn il-vetturi fl-'
Engineering
' hija ta' Euro 78,000 fis-sena filwaqt li l-istickers li bihom ġew ‘
wrapped
’ sabiex jirreklamaw b'mod effettiv lill-kumpanija kienet ta’ Euro 13,000 għal darba.
Minbarra il-passiġġieri li jsiefru ma’ l-Airmalta hemm daqstant ieħor passiġġieri li jagħmlu użu mill-ajruport, ma’ linji ta’ l-ajru oħra, u dan barra l-pubbliku in ġenerali u ħaddiema oħra fl-ajruport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa l-ħasil ta' ajruplan minn barra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm “request for proposals” miftuħ għat tindif tal-ajruplani u għalhekk mhux lok li din l-informazzjoni tingħata.
Jidhirlha l-Ministru li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f`Għawdex għandu jissaħħaħ u li l-Università ta' Għawdex għandha tibda toffri ċertifikati, diplomi u degrees fit-turiżmu anke fuq bażi full-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa l-Universita` ta` Malta ma toffrix ċertifikati, diplomi u degrees fit-turiżmu fuq bażi full-time fil-campus tagħha f`Għawdex.
Ta` min jgħid li bħalissa hemm kors, Diploma in Commerce offrut fuq bażi part-time f`Għawdex li fih xi study-units fuq it-turiżmu. Meta jkollna talbiet għal dawn il-korsijiet l-ITS, flimkien ma` l-Università ta` Malta, tiddiskuti din il-possibilità li jsiru l-korsijiet ġo Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani fl-Imtarfa Home ġew mitluba joħorġu €10 biex jinxtara t-tiżjin tal-Milied? X'sar minnu t-tiżjin tas-snin ta' qabel u li kien suppost inxtara billi nġabru l-flus permezz ta' lotteriji eċċ.?
Residenza San Vinċenz de Paul — Part-Time Social Assistants
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex intgħażlu l-PTSA [Part-Time Social Assistants] li ġew ingaġġati u li uħud minnhom tħallew fir-Residenza San Vinċenz de Paul u oħrajn li kienu fir-Residenza San Vinċenz de Paul intbagħtu fid-Djar tal-Anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jippjana li jbiegħ jew jagħlaq l-Engineering Department ta' l-Air Malta? Jekk iva, għandu xi offerti jew pjanijiet lesti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta m’għandha l-ebda pjan li tbiegħ jew tagħlaq id-Dipartiment ta’ l-Engineering tagħha.
Jista' l-Minsistru jgħid kif se juża aħjar il-potenzjal li għandu l-Engineering Department tal-Air Malta permezz tan-nies imħarrġa u professjonisti li għandu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tuża il-potenzjal tan-nies professjonali tagħha fid-Dipartiment tal-Inginerija billi tara li dawn juzaw l-esperjenza u l-kapaċitajiet tagħhom b’mod li tiżgura li tkun dejjem konformi mar-regoli li jikkontrollaw l-avjazzjoni ċivili, li żżomm kontroll assolut fuq kull tip ta’ manutenzjoni li ssir fuq l-ajruplani tagħha, issir fejn issir, u li tara li tuża r-riżorsi kollha li għandu d-dipartiment biex tagħmel ‘in-house’ dak kollu ji jagħmel sens kemm loġistiku kif ukoll finanzjarju. Fl-istess ħin il-kumpanija tagħmel li tista’ biex timmissanizza l-produttivita’ tar-riżorsi tagħha, kemm dawk umani u dawk li mhumiex. Dan dejjem bl-iskop li tiżgura s-sigurta’ u l-affidabilita’ tal-flotta kollha tagħha fl-aħjar interess tal-kumpanija u dawk il-passiġġieri li jużaw l-ajruplani tal-Air Malta biex jivvjaġġaw.