latrini pubbliċi — offerta lil xi kuntrattur - impjegati tas-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-impjegati tas-servizz pubbliku u li ħafna minnhom huma persuni b'diżabilità li jieħdu ħsieb il-latrini meta dawn l-istess latrini pubbliċi jingħataw b'offerta lil xi kuntrattur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Tfal bid-dyslexia — spiża għall-ġenituri biex jiġu ċċertifikati dawn it-tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid hijiex konxja dwar kemm qed ikollhom iħallsu spejjeż ġenituri bi tfal bil-kundizzjoni tad-dyslexia biex jiġu ċċertifikati bil-kundizzjoni u jingħataw l-għajnuna u dan peress li l-għajnuna li tingħata mill-istat mhix qed tlaħħaq mad-domanda? Tista' tgħid x'se jsir biex is-Children Development Assessment Unit jingħata aktar riżorsi ħalli ġenituri b'mezzi finanzjarji limitati ma jidħlux fi spejjeż żejda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xi ġenituri jgħażlu li jħallsu għal servizzi privati minflok jistennew l-għajnuna mid-direttorat tal-Edukazzjoni. Ta’ min wieħed jgħid li waqt Frar-Marzu 2010, 270 applikazzjoni tal-Junior Lyceum ġew eżaminati. 230 minnhom ġew ipproċessati mill-iSpecific Learning Difficulties (SpLD) Unit filwaqt li l-kumplament, 40 ġew mgħodija lill-iSchool Psychological Services.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmilha lill-Minstru kkonċernat.
B'referenza għaċ-ċirkulari dwar il-pożizzjoni tad-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jispjega liema huma l-comparable grades li impjegati fis-settur pubbliku jista' jkollhom u li jagħmluhom eliġibbli għal din il-pożizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward tal-pożizzjoni tad-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex, mhux possibbli li wieħed jelenka lista ta’ gradi komparabbli minħabba l-fatt li kull entità fis-settur pubbliku, jiġifieri dawk li mhumiex dipartimenti tal-Gvern, għandhom struttura differenti. F’kull każ jiġi determinat jekk applikant huwiex eliġibbli skont il-livell tal-paga u r-responsabbilitajiet tal-kariga tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati l-Air Malta fl-1987? Kemm ġew impjegati nies mal-Air Malta mill-1987, sena b'sena u skond il-gradi? Kemm telqu impjegati għax ħadu l-Voluntary Retirement Scheme, skond skema skema u sena b'sena minn meta ġiet introdotta? Kemm telqu ħaddiema għax irriżenjaw, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm spiċċaw ħaddiema bl-età tal-irtirar, sena b'sena, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm impjegat nies l-Air Malta fil-bidu tas-sena 2010 skond il-gradi?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:14538 (papers laid 1).doc14538 (papers laid 2).xls14538 (papers laid 3).xls14538 (papers laid 4).xls
Tista' l-Ministru tgħid kif dawk l-inkwilini bi dħul mill-aktar baxx u li żdiedetilhom il-kera anke bid-doppju, li minħabba l-emendi l-ġodda issa qed iħallsu €185, mhux qed ikunu mgħejjunin permezz tal-iskema tal-Awtorità tad-Djar dwar sussidju fuq il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-policy attwali tal-Awtorita’ tad-Djar hija li dawk l-inkwilini li qegħdin iħallsu kera minima ta’ €185 fis-sena ma jiġux mogħtija sussidju fuq il-kera u dan peress li skont il-Liġi tal-Kera l-ġdida li daħlet fis-seħħ f’Jannar tas-sena 2010, il-kera minima li inkwilin jrid jħallas hija ta’ €185.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14630, tista' l-Ministru tagħti l-lista sħiħa tan-nursery schools li huma reġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u li hi indikat li huma 17 b'kollox, però tat biss lista ta' tmienja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Nursery Schools li huma reġistrati mad-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni huma sbatax (17).
Teddies Child Care Centre Żurrieq
Tender Loving Centre (TLC) Fgura
Tender Loving Centre Marsaskala
Mickeys Child Education Centre Żejtun
Mickeys Child Education Centre Ħamrun
Minnies Child Care Centre Żejtun
ABC Child Care Centre San Ġwann
Happy Kidz San Ġwann
St Cecilia Day Care Centre Tarxien
St Cecilia Day Care Centre Attard
San Anton L/O Żebbiegħ
San Andrea L/O Żebbiegħ
Nikki’s Sliema
Fleurette Kappara
Chiswick Kappara
Victoria Nursery Naxxar
The Nursery Mosta
Minn dawn, l-aħħar disa’ (9) skejjel fil-lista huma reġistrati wkoll bħala skejjel tal-Kindergarten.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għall-European Union Aid? Xi prodotti qed jingħataw? Kull meta jingħataw? Dawn il-prodotti jingħataw lil kull lokal l-istess? X'kienu l-prodotti li ngħataw matul is-sena 2009, xahar b'xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li sabiex wieħed ikun intitolat għall-European Union Aid, persuna trid taqa’ taħt waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji:
- Persuni li m’għandhomx il-possibiltá li jmantnu lilhom infushom u/jew jaqgħu taħt il-livell ta’ għixien bażiku;
- Persuni li joqgħodu f’istituzzjonijiet mhux governattivi bla ħlas bħal orfanotrofji, shelters, eċċ
- Persuni li jirċievu assistenza mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali li jinkludu, assistenza għall-qagħad, diżabilità u benefiċċji mediċi.
Dawn il-persuni għandhom jippreżentaw ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment responsabbli mis-Servizzi Soċjali lill-Kappillan jew lill-Organizzazzjoni responsabbli mit-tqassim ta’ dan l-ikel sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw.
Din is-sena Malta ngħatat ċereali (li għad iridu jiġu pproċessati) u fondi sabiex jinxtraw ċereali jew ross mis-suq. Huwa previst li bħala parti mill-Food Aid Plan 2010 il-beneficarji ser jingħataw għaġin, ross u gallettini.
Mis-sena 2009 l-Agenzija tal-Pagamenti ħadet l-inizjattiva sabiex l-ikel jiġi pprovdut fuq bażi regolari. Għalhekk l-Agenzija responsabbli mit-tqassim f’Malta għamlet arranġamenti sabiex il-parroċċi u organizzazzjonijiet oħra jkunu jistgħu jiġbru l-prodotti tal-ikel kull xahar. Dan l-arranġament mistenni jitkompla anke matul l-2010.
Dawn l-Agenziji kienu jinkuldu: Malta Hospice Movement, Dar Merħba Bik, Dar Don Bosco, Good Shepherd, Sisters of Charity (B'Bugia), Kulleġġ ta-Kappillani, Jesuits' Refugee Centre, Kunvent ta' Santa Tereża (B'Kara u Bormla), Caritas, Malta Cancer Foundation, Richmond Foundation, Dar Suriet il-Bniedem, Angela House, Ursoline Creche, Laboratorju tal-Paċi, Kommunita Santa Marija (Ħal Farruġ), Istitut ta' Fra Diegu, Dar il-Wens.
L-ammont ta’ prodotti li jingħataw lil kull lokalita’ hija bbażata fuq it-talba li jagħmlu l-parroċċi u l-organizzazzjonijiet lill-organizzazzjoni responsabbli mit-tqassim.
Matul l-2009, il-prodotti li tqassmu huwa kif jidher hawn taħt:
Frar: Zokkor
Awissu: Zokkor, Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm
Settembru: Zokkor, Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm
Ottubru: Zokkor, Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm
Novembru: Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm; Ross
Diċembru: Ġamm, Ross; Għaġin
Jista' l-Ministru jgħid għaliex art li ttieħdet mill-Gvern u ġiet mogħtija it-tarmak madwar sentejn ilu, biex tinfetaħ it-triq, parti minnha għadha ma ġietx esprorijata? Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jagħmel din l-esproprijazzjoni u jagħti l-kumpens lis-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti iktar dettalji sabiex tiġi identifikata l-art li ttieħdet mill-Gvern madwar sentejn ilu sabiex tkun tista’ tiġi mwieġba din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas mitlub mill-anzjani għas-servizz ta' home help? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux jikkontempla li jibda jitlob ħlas għal dan is-servizz skond means testing?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li il-ħlas għas-servizz tal-Home Help huwa kif ġej:
Persuna waħda €2.33 fil-ġimgħa u fil-każ li jkunu jixtiequ għajnuna fil-preparazzjoni tal-ikel il-ħlas huwa ta’ €3.49 fil-ġimgħa. Aktar minn persuna waħda €3.49 fil-ġimgħa u fil-każ li jkunu jixtiequ għajnuna fil-preparazzjoni tal-ikel il-ħlas huwa ta’ €5.24 fil-ġimgħa. Dan il-ħlas lanqas huwa marbut man-numru ta’ siegħat ta’ servizz li l-klijenti jieħdu kull ġimgħa.
S’issa d-Dipartiment mgħandux il-ħsieb li l-ħlas jgħamlu skond means testing.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jħallas l-interessi lil dawk li għadhom ma ngħatawx ir-refund tat-taxxa żejda li ħallsu? Jekk iva, kemm se jagħti flus f'interessi ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13872.
Uffiċċju wieħed għal Għawdxin li jridu liċenzja fil-qasam turistiku
Question
Billi Għawdex għandu bżonnijiet speċjali anke fil-qasam turistiku, jikkonsidra l-Prim Ministru li minn uffiċċju wieħed għandu jinqeda kull min jitlob liċenzja biex jopera f`dan il-qasam, u dan għaliex fil-preżent anke biex toħroġ mejda quddiem restaurant mill-inqas trid tagħmel applikazzjoni għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Artijiet, l-Uffiċċju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tat-Turiżmu? Jaħseb li dan it-tul ta' żmien qiegħed jaqta' qalb min bis-serjetà jkun tħajjar li jiftaħ f`dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura għal Għawdex hi identika għal dik ta’ Malta.
Ma jirriżultax li l-proċedura stabbilità qed tkun ta’ ostaklu għal min irid japplika għal xi permess.
Għawdex reklamat bħala destinazzjoni turistika separata
Question
Jikkonsidra l-Prim Ministru li Għawdex għandu jkun reklamat bħala destinazzjoni turistika separata aktar bis-serjetà u li għal dan il-għan għandu jkun hemm vot ta' flus aktar adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jirrikonoxxi li l-gżira ta’ Għawdex għandha niċeċ partikolari li għandhom, u li qegħdin jiġu sfruttati biex jiġu attirati turisti lejn Għawdex, u li joffru esperjenza partikulari u differenti minn dawk li toffri Malta għall-viżitaturi. Wieħed irid joqgħod attent madankollu, li dawn in-niċeċ ma jikbrux tant li jitilfu l-esklussività tagħhom u għaldaqstant l-enfasi għandha tibqa’ fuq il-kwalità.
L-Awtorità għat-Turiżmu tinkludi lil Għawdex fir-reklamar kollu tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll b’mod partikulari meta r-reklamar ikun dwar xi niċċa bħal ma hu l-għads fejn Għawdex għandu ħafna x’joffri. L-Awtorità bħala regola ġenerali dejjem tinkludi żjara lejn Għawdex fil-programm ta’ kull ġurnalista li jinġieb biex jikteb artiklu f’xi rivista, u tieħu ħsieb ukoll li jinġiebu ġurnalisti biex jiktbu u jippromwovu lil Għawdex speċifikament.
L-Awtorità għandha fi ħdana
unit
dedikat esklussivament għall-promozzjoni tal-gżira liema
unit
ser jissaħħaħ billi tiġi mpjegata persuna f’livell għoli.
Jikkonsidra l-Prim Ministru li għandhom isiru pontoons qrib il-portijiet Għawdxin biex il-cruiseliners ikunu jistgħu iniżżlu t-turisti bil-kumdità fil-bajjiet f`Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li l-Gvern hu favur li jifrex l-benefiċċju ta’ cruise liners lejn l-gżira Għawdxija, u dan fil-fatt beda jseħħ, mhux faċli li wieħed jiddetermina jekk “pontoons” humiex is-soluzzjoni idejali għat-trasferiment tal-passiġġieri lejn l-art. Il-Gvern ikun lest li wara li jkunu ġew eżaminati l-possibbiltajiet kollha, inkluż l-użu ta’ “pontoons” għal dan il-għan li tiġi attwata l-aktar soluzzjoni fattibbli u komda għall-passiġġieri, u għall-użi alternattivi tal-pontijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fuq is-sit elettroniku ta' visitmalta.com, mhux qed tingħataw pubbliċità biżżejjed lill-avvenimenti ewlenin u ta' interess għat-turisti f'dawk li huma shoulder months? Per eżempju dwar il-Karnival ta' Malta kulma ssib huwa banner li jitla' ma' għadd ta' avvenimenti oħra u li jintilef fl-importanza u dwar il-Ġimgħa l-Kbira ma jingħad xejn għajr stampa żgħira tal-Irxoxt u dan meta t-turiżmu reliġjuż huwa wieħed min-niċeċ fl-industrija turistika li jiġbed miljuni ta' turisti madwar id-dinja kull sena.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-kalendarju tal-avvenimenti li jinsab fuq is-sit elettroniku visitmalta.com, tingħata pubbliċità lil numru kbir ta’ avvenimenti li jseħħu f’Malta u Għawdex matul is-sena kollha, u mhux biss fix-shoulder months. Avvenimenti prinċipali bħal ma huma l-Karnival, il-festi tal-Għid u dawk tal-Milied u tal-ewwel tas-sena, kif ukoll diversi avvenimenti sportivi u kulturali, kunċerti minn artisti internazzjonali, avvenimenti rikkorenti bħall-Festival tal-Logħob tan-Nar, il-Festival tal-Birgu u dak tal-Imdina, u bosta oħrajn jingħataw prominenza speċjali permezz ta’ banner fuq il-paġna ewlenija tas-sit. Permezz ma ta’ klikk fuq dan il-banner jew mill-paġna www.visitmalta.com/events, il-viżitatur jaċċedi għal informazzjoni aktar dettaljata dwar l-avveniment. Bħala eżempju, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra printouts tal-paġni relatati maż-żewp avvenimenti li rriferiet għalihom speċifikament l-Onorevoli Interpellant.
Matul l-2009, madwar sitt mitt avveniment lokali ingħataw pubbliċità permezz tas-sit
visitmalta.com
u l-mira tal-Awtorità tat-Turiżmu hija li matul is-sena kurrenti mhux biss jintlaħaq iżda wkoll jinqabeż dan in-numru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions u f'liema skali u/jew gradi fl-Air Malta mis-sena 2008 'l hawn skond id-data li fiha ngħatat il-promozzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Air Malta ħarġet 122 sejħiet interni mis-sena 2008 s’issa. Id-dettalji mitluba huma kif ġej:
Summary
Manager
2
Asst. Manager
8
Officer
21
Asst. Officer
9
Purser
20
Technician I
1
Technician II
3
Technician III
6
Supervisor Engineer
3
Engineer
4
Industrial Supervisor
5
Asst. Industrial Supervisor
19
Driver/Loader
12
EN Skilled Labourer
4
Flight Operations Officer(FD)
3
Flight Despatcher I
2
permessi għal ħaddiema barranin li jridu jaħdmu Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar il-permessi tax-xogħol lil ħaddiema barranin li jridu jaħdmu f'Malta? Jista' jikkonferma jekk il-policy hijiex li jingħataw permess biex jaħdmu għal erba' snin biss? Din il-policy hija policy tal-Gvern ta' Malta jew b'konformità ma' xi regolament ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-policy tal-Gvern dwar il-ħrug ta’ liċenzji tax-xogħol lil ħaddiema barranin li jridu jaħdmu f’Malta hi li ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea tinħarġilhom liċenzja tax-xogħol b’mod awtomatiku. L-istess isir għal refuġjati u persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja. Persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi trid issir applikazzjoni għalihom minn min iħaddem lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi jista’ jkollhom liċenzja tax-xogħol għal mhux aktar minn erba’ snin. Din hija policy tal-Gvern u ma toħroġx minn xi regolament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dipartiment ta' l-Anzjani — impjieg għal home helpers
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu impjegati home helpers mad-Dipartiment ta' l-Anzjani u jekk dawn hux se jintbagħtu għalihom mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni li kienu jagħmlu użu mit-track tal-Marsa għall-eżerċizzju fiżiku, bħal jogging u miexi, u dan partikolarment għal dawk li jgħixu fl-irħula tal-madwar li m'għandhomx areas addattati fejn jimxu minħabba t-traffiku, bħal per eżempju Ħal Qormi, qed jiġu mitluba jidħlu membri bil-ħlas meta dawn ma jagħmlu użu mill-ebda faċilità oħra, ħlief it-track?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Matthew Micallef St. John Athletic Stadium ġie mgħoddi lill-Malta Amateurs Athletics Association, MAAA, b’titolu legali għal 49 sena f’Ottubru li għadda. Kopja tal-kuntratt kienet ġiet mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kuntratt jagħti dritt lill-MAAA biex toħloq skema ta’
membership
għall-pubbliku biex jagħmel użu tat-
track
. L-għaqda għandha d-dritt illi titlob ħlas ragjonevoli għall-
membership
. Min-naħa tiegħu l-Kunsill Malti għall-iSport, KMS, ħaseb biex beda joffri l-użu tat-
track
b’wiċċ sintetiku tal-Kulleġġ Sant’Injazju, f’Ħal Qormi, kemm għall-mixi kif ukoll biex isir
jogging
bi skema ta’
membership
mingħajr ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Play School Nanna Kola fil-Għargħur għaddietx jew hiex se tgħaddi għal għand il-Gvern? Tista' tgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hux se joħroġ sejħa għal child carers? Jekk iva, meta u xi kwalifiki irid ikollhom l-applikanti biex ikunu eliġibbli għal dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għan tal-Gvern huwa li iċ-Child Care Centre Nannakola fil-Għargħur jibqa’ jitmexxa fuq il-mudell eżistenti, jiġifieri dak ta’ partnership bejn il-Gvern u l-privat. Għalhekk bħalissa m’hemmx pjan li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ser joħroġ sejħa għal Child carers.
Tista' l-Ministru tagħti lista tan-nursery schools li huma reġistrati f'Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Nursery Schools li huma reġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u
Standards fl-Edukazzjoni huma 17
Teddies Child Care Centre - Żurrieq
Tender Loving Centre (TLC) - Fgura
Tender Loving Centre - Marsascala
Mickeys Child Education Centre - Żejtun
Mickeys Child Education Centre - Ħamrun
Minnies Child Care Centre - Żejtun
ABC Child Care Centre - San Ġwann
Happy Kidz - San Ġwann