Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Transport Malta għal bridge fi Triq il-Wied, Ħal Qormi u li huwa mhux biss mġarraf mill-għargħar tal-2003 iżda ukoll ma jagħtix il-faċilità meħtieġa lil dawk li jridu jaqsmu min-naħa għall-oħra tal-wied? Dan il-bridge se jitwaqqa' u jsir xi ħaġa floku aktar adegwata, biex in-nies tinqeda u ma jibqax ta' periklu għal vetturi u dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
tħarbit fin-negozju minħabba l-żbroff tal-vulkan fl-Islanda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iltaqax mal-istakeholders fil-qasam tat-turiżmu biex jiddiskuti magħhom it-tħarbit fin-negozju minħabba l-iżbroff tal-vulkan fl-Islanda? Jekk iva, min iltaqa' magħhom min-naħa tal-gvern u x'kien l-andament tal-laqgħa jew laqgħat? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx kalkolu tat-telf min-negozju tat-turiżmu b'effett ta' dan? Jekk iva, kemm huwa stmat dan it-telf? Jekk le, se jagħmel dan il-kalkolu? Il-gvern se jagħti xi xorta ta' kumpens lil dan is-settur li qala' daqqa oħra fi żmien meta n-negozju kien diġà dgħajjef minħabba l-kriżi internazzjonali ekonomika?
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — comparable grades
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15183, jista' l-Prim Ministeru jispjega liema huma l-comparable grades fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u fl-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li l-impjegati jista' jkollhom u jagħmluhom eliġibbli għal din il-pożizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif tennejt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15183, f’kull każ jiġi determinat jekk applikant huwiex eliġibbli skont il-livell tal-paga u r-responsabbilitajiet tal-kariga tiegħu. Dan isir b’konsultazzjoni ma’ l-entità kkonċernata.
Żurrieq — Triq Dun Vincenz Schembri - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Dun Vincenz Schembri fiż-Żurrieq u dan għaliex madwar sentejn ilu l-Ministru kien informa lir-residenti li kellha ssir għaliex kellhom joħorġu t-tenders?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Università ta' Malta — persuni li applikaw għal messaġġiera
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu msejħa dawk il-persuni li applikaw għall-post ta' messaġġiera fl-Università ta' Malta u kemm fil-fatt jinħtieġu jimtlew postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċess tal-għażla għadu ma bediex għax qed isiru preparamenti biex kull min applika jiġi msejjaħ biex joqgħod għal eżami kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliża.
Numru ta’ persuni jiġu mqegħda f’ordni ta’ mertu għal postiiet li jiġu vakanti fi żmien sena mid-data tal-Kunsill.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16270, tikkonsidra l-Ministru li min hu intitolat għall-mediċina Lescol u mediċini oħra li jkunu out of stock fl-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikollhom il-faċiltà li jixtru l-mediċini li jkunu intitolati li jieħdu bi dritt minn spiżerija privata u wara li tiġi ppreżentata l-irċevuta jingħataw il-ħlas lura mill-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jew mill-minsiteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-Onor. Interpellant hija mitluba tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16270, tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed tirċievi stock limitat ta’ Lescol mill-Governmental Pharmaceutical Services bil-konsegwenza li l-pazjenti f’Għawdex mhux qed jingħataw is-servizz tas-saħħa b’xejn kif dejjem sostna u ftaħar il-Gvern Nazzjonalista?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-Onor. Interpellant hija mitluba tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-vapur tal-merkanzija minn u għal Għawdex li jorbot f'Tal-Pietà Malta? Huwa veru li din l-aċċessibilità għal Għawdex se tieqaf taħdem minn Tal-Pietà? Jekk dan huwa minnu, minn fejn se jibda jopera?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-Awtorità Marittima ta' Malta hija l-awtorità li tirregola l-użu tal-portijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Infrastruttura, it-Trasport u l-Komunikazzjoni.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Street furniture bir-reklam
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fir-rigward tar-reklamar fuq street furniture, bħal umbrelel eċċ, li jintużaw għat-turisti minn ristoranti, lukandi, eċċ? Jista' jgħid x'policy għandha jew li se taddotta l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u jekk hux veru li min jagħmel użu minn dan it-tip ta' street furniture diġà qed jiġi miltub li jibdel din l-għamara għal għamara mingħajr reklami?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex jitjiebu l-kwalita’ u l-livell estetiku ta’ diversi lokalitajiet turistiċi l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta qegħda tesiġi, bħala kundizzjoni tal-liċenzja, li riklamar fuq umbrellel, tined u għamara jkun ta’ kwalita’ tajba u b’kulur uniformi. L-operaturi huma obbligati jsegwu l-kundizzjonijiet li bihom toħroġ il-liċenzja rispettiva tagħhom.
Hemm numru ta’ postijiet li ġew identifikati li fihom ma jistax isir reklamar fuq l-umbrelel, tined u għamara minħabba is-sensitivita’ storika jew ambjentali tal-post. Hemm oħrajn fuq ir-reklamar irid jiġi limitat għall-intern tal-umbrelel jew tined. Oħrajn fuq ir-reklamar jiġi limitat għall-proporzjoni fuq il-parti esterna tal-umbrella jew tinda u oħrajn fejn m’hemmx restrizzjoni. Dawn il-gradi jiddependu skont iż-
zoning
li sar tal-inħawi.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li l-gvern għandu dwar il-possibilità ta' bini ta' air strip f'Għawdex, kif ukoll ir-rapporti li l-Gvern għandu dwar liema tip ta' aviation carrier jista' jkun vijabbli li jista' jaħdem għal Għawdex?
Jista' jgħid f'liema stadju ta' evalwazzjoni wasal u/jew intlaħqitx xi tip ta' deċiżjoni min-naħa tal-Gvern dwar air strip u x'tip ta' avjazzjoni tista' tintuża għal Għawdex biex tissaħħaħ l-aċċessibilità?
Jista' jgħid jekk il-gvern f'dan l-istadju għamilx studju soċjo-ekonomiku dwar din il-possibilità? Jekk iva, jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għandhiex medium u long term marketing plan ippjanata? Jekk għandha dan il-marketing plan, jista' jiddentifika l-punti ewlenin tal-pjanijiet u wkoll fuq liema swieq qed issir jew se ssir l-enfażi?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex wara għadd ta' xhur minn meta sar l-inċident ġewwa Birżebbuġia fis-27 ta' Novembru 2009, fejn track tal-iskart li kien involut, għadu miżmum sal-lum f'Ta' Kandja, bil-konsegwenza li l-proprjetarji li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-inċident, qed jitilfu flus kbar, u dan għaliex ir-rapport tal-inkjesta għadu ma ġiex iffinalizzat mill-espert tal-Qorti imqabbad? Jista' jara għaliex dan id-dewmien a spejjeż ta' individwi innoċenti u r-rapport jidħol il-Qorti fl-iqsar żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-każ li qed issir referenza għalih huwa suġġett għal inkjesta Maġisterjali u għalhekk trid tiġi eżegwita l-proċedura dettata mil-Liġi, għar-rilaxx o meno ta' dan it-truck.
San Vincenz de Paule Residence — Part-timers isiru full-timers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet tal-part-timers biex isiru full-timers f'San Vincenz de Paule Residence ġewx ipproċessati? Meta se jiġu finalizzati u jiġi mħabbar ir-rizultat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kif fl-MCAST hemm biss toilet room waħda li hija funzjonabbli? Għaliex toilet room li ilha out of order sa mill-aħħar tas-sena akkademika l-oħra, ma ġiex irranġat fis-sajf, iżda sempliċiment ingħalaq u kif hemm toilet room oħra ilha xahar out of order u ma ssewwiex? Tista' tgħid meta dawn iż-żewġ toilets għat-tfajliet li hemm fl-MCAST li huma out of order, se jiġu rranġati biex ikunu jistgħu jintużaw u t-tfajliet studenti ma jibqgħux jinqdew b'toilet room waħda? Tista' tgħid għaliex f'ċerti ġranet it-toilet room għad-disabled, tkun aktar box room milli biex tintuża għall-iskop tagħha u dan għaliex jitqegħdu saħansitra rota u sellum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm iżjed minn toilet room waħda li hija funzjonabbli fl-Istitut ta’ l-ICT ġewwa l-MCAST.
Toilet room
waħda li tintuża mit-tfajliet fiha problemi strutturali. Iżda t-
toilet rooms
l-oħra kollha huma funzjonabbli. Bħalissa l-Istitut qed jaħdem biex jassenja aktar
toilet rooms
għat-tfalijiet.
It-
toilet room
għad-
disabled
hija kompletament funzjonabbli.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-aħħar li saret maintenance fil-bini ta' l-MCAST? Jekk sar maintenance kif hemm ħitan u soqfa li prima facie jidhru fi stat ħazin ħafna, tant li anke ġir mis-saqaf ġieli waqa' fuq studenti minħabba nuqqas ta' manutenzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST huwa mifrux f’ħames lokalitajiet f’Malta u tnejn oħra ġewwa Għawdex. Għaldaqstant, minħabba din il-firxa wiesgħa, xogħol ta’ maintenance jsir matul is-sena kollha minn ħaddiema tal-MCAST u f’ċertu każi fejn ikun meħtieġ, minn ħaddiema tal-kuntratturi privati. Hemm xi bini li huwa antik u għalhekk ikun hemm bżonn ta’ aktar manutenzjoni u dan isir matul is-sena kollha.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-pilloli Lescol f'Għawdex ikunu jew out of stock jew il-pazjenti jingħataw nofs l-ammont li suppost jieħdu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-konsum tal-Lescol hija ta' madwar 42,000 pillola fix-xahar. Fix-xahar ta' Frar 2010 kienu ngħataw 47,700 pillola lill-ispiżerija ta' Għawdex mill-Governmental Pharmaceutical Services. Fl-aħħar ta' Marzu 2010 reġgħu ngħataw 28,500 pillola oħra. L-ammont ta' stock limitat li qed jasal l-ispiżerija tal-isptar t'Għawdex mhuwiex jippermetti li l-pazjenti jingħataw l-ammont sħiħ ta' xahrejn kull darba li jiġu biex jinqdew mill-ispiżerija.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu rilokati n-nissan huts li hemm taħt is-Sur ta' Notre Dame, Bormla fejn skont PA 05057/09 tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huwa ppjanat li se jinbnew sitt tennis courts?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni msemmija għadha ma ġietx validata sakemm l-applikant/perit jissottometti site plan li tindika fejn hu propost li jiġu relokati in-nissen huts in kwistjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta fir-reklutaġġ li jmiss fl-1 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma kien indikat fil-ħarġa tal-gażżetta tal-Gvern ippublikata nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2010, hu maħsub li fir-reklutaġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta li hu ppjanat li jibda wara l-1 ta’ Jannar 2010, jiġu ngaġġati madwar erbgħin (40) rekluta ġdid/a.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-MCAST ma tatx extension għas-sottomissjoni tat-teżi lill-istudenti li qed jagħmlu l-kors tal-B.A. Hons fl-Art and Design u dan meta l-MCAST jafu li fil-perjodu li qed jiġu mitluba jissottomettu t-teżi, iridu jlaħħqu ma' module kull xahar u li l-istudenti qed jaħdmu bla heda biex ilaħħqu ma' dawn il-modules, tant li ġieli jibqgħu jaħdmu sa' nofs iljieli u ġieli anke ħadmu sal-għada filgħodu mingħajr ma jmorru d-dar? Ma jidhriliex il-Ministru li l-MCAST għandha tikkonċedi din l-extension għas-sottomissjoni tat-teżi biex, xogħol l-istudenti jsir b'aktar attenzjoni u reqqa kif jixtiequ u mhux bl-għaġġla kif fil-mument qed jiġu mitluba li jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti tal-BA Hons (Art & Design) jibbenefikaw minn numru totali ta’ siegħat li jingħataw lill-istudenti kollha li qed isegwu korsijiet fil-livell sitta. Dawn is-siegħat jinkludu l-ħin dovut għall-lectures, il-ħin tal-istudju d-dar, tutorials, eċċ.
Dan id-degree programme ġie ppjanat b’mod li joffri lill-istudenti l-ħin addattat biex jaħdmu fuq it-teżi mistennija minnhom, u biex din titlesta fil-ħin.
L-immaniġġjar tajjeb tal-ħin marbut mal-modules, jiġifieri t-tqassim bil-għaqal tax-xogħol minn naħa tal-istudenti (biex la jsir xogħol żejjed u lanqas nieqes), hija ħila fiha nnifisha. Wara kollox, din hija kompetenza li, għada pitgħada, twassal biex persuna tkun iżjed ippreparata u effiċjenti meta tidħol fid-dinja tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qiegħed il-Monument tas-Sette Giugno li nqala’ minn Pjazza San Ġorġ u xi pjanijiet hemm biex dan jerġa' jiġi gawdut mill-pubbliku biex tkompli tiġi mfakkra din il-ġrajja kbira għall-poplu Malti? Jista' jgħid fejn u meta se jerġa' jiġi mwaqqaf dan il-monument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.