Jista' l-Ministru jgħid min hu eliġibbli għas-servizzi tad-dentistrija b'xejn fl-Isptar Mater Dei? X'tip ta' servizzi jingħataw? Dawn is-servizzi huma ddeterminati skont l-età tal-persuna u/jew skont xi means test? Jista' jagħti dettalji sħaħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li kulħadd huwa eliġibbli għal dawn is-servizzi:
A. Kura t’Emerġenza: li primarjament tinkludi qlugħ ta’ snien jew tneħħija t’wġieħ.
B. Kura Preventiva: li tinkludi edukazzjoni fil-kura tas-snien u t-tneħħija tal-ġebla kif ukoll prevenzjoni u kura tal-mard tal-ħanek.
C. Check up
ma’ dentista jew konsulta ma’ konsulent
D. Kirurġija tal-ħalq.
Kura Restorattiva: Kull min għandu karta roża u tfal sa sittax-il sena huma eliġibbli. Din il-kura tinkludi kura u mili ta’ snien,
root canal treatment
,
prosthetics
(dentaturi) kif ukoll kura tal-mard tal- ħanek.
Servizz limitat ta’ din il-kura huwa offrut bil-loppju ġenerali lil dawk li jsofru minn xi diżabilita` fiżika jew mentali. Dan is-servizz huwa mogħti b’diskrezzjoni tal-konsulent/i.
Orthodontics
(kura bil-
braces
): Adulti u tfal sa sittax-il sena huma intitolati għall-konsulta u parir għall-
braces
. Tfal sa sittax-il sena huma eliġibbli għall-
braces
skond il-protocolli stabiliti mid-dipartiment. Għal tgħalim ta’ dentisti (
post graduate studies
) il-konsulent jista’ jaġħżel xi każijiet li ma jaqawx taħt dan il- protocol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx it-tindif tal-widien f'Ħal Qormi (Wied is-Sewda, Wied il-Kbir u Wied iċ-Ċawsli) li jwasslu sal-Marsa qabel l-istaġun tax-xitwa 2012 u 2013? Jekk dan it-tindif sar, meta sar? X'tip ta' tindif sar? Jekk dan it-tindif sar, ifisser li l-widien tnaddfu minn tarf sa' ieħor? Jekk dan it-tindif ma sarx, għaliex? Meta se jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li partijiet sostanzjali minn Wied il-Kbir, Wied iċ-Ċawsli u Wied is-Sewda kienu tnaddfu b’mod estensiv fis-sajf tal-2011, meta kienu tneħħew mas-6,800 tunellata ta’ materjal. Għalhekk dan is-sajf id-Dipartiment wettaq ħidma ta’ tindif f’diversi widien oħra, fosthom Wied il-Qlejgħa, Wied il-Luq, Wied tal-Isqof, Wied Mofru, Wied Ġebel Għomor u Wied Baqqiegħa. Id-Dipartiment ippjana wkoll li jsir tindif ta’ rutina f’Wied il-Kbir, Wied is-Sewda u Wied iċ-Ċawsli. Għalkemm il-maltempata li għamlet fil-bidu ta’ Settembru fixklet dawn il-pjanijiet, huwa maħsub li dan it-tindif hekk kif il--kundizzjoni ta’ dawn il-widien tippermetti.
Madanakollu ftit tal gimghat ilu rega inghata il-kuntratt ta’ xoghlijiet fuq pontijiet fuq il-kanal ta l-ilma li jghaddi minn Hal Qormi. Dan ix-xoghol ukoll ser jghin fil-futur, wara li jitlesta ix-xoghol fuq il-pontijiet kollha, flimkien mad-devjazzjoni hawn fuq imsemmija, u bil-manutenzjoni regolari tal-widien, biex kemm jista jkun jitnaqqas ir-riskju ta’ l-gharghar ghar-residenti ta’ Hal Qormi.
Tajjeb jinghad ukoll li fl’inhawi ta’ Hal Qormi, il-progett nazzjonali ghal-kontra l-gharghar hu mahsub biex itaffi din il-problema billi jinbiddlu diversi pontijiet u tittejjeb il-korsa ta’ l-ilma sabiex l-infrastruttra shiha tkun aktar adekwata mall-kwantitajiet ta l-ilma li dejjem qed jizdiedu. Il-Progett nazzjonali jinkludiw wkoll devjazzjoni parzjali ta ilmijiet li bhalissa jibqgħu neżlin fuq Hal Qormi minn Wied Incita. B’din id-devjazzjoni, dawn l-ilmijiet issa se jibdew immorru ġo mina li se tagħti minn Ħ’ Attard għall ta’Xbiex.Din id-devjazzjoni tkun effetiva biss wara li l-parti tal-proġett ta’ Birkirkara titlesta għal kollox fi żmien sentejn oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru lqugħ fuq il-pontijiet li hawn fit-toroq madwar Malta u Għawdex, sabiex ikun hemm is-sigurtà meħtieġa għas-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn taħt dawn il-pontijiet u dan sabiex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu fatali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma jirriżultalhiex li hemm bżonn ta’ lqugħ fuq pontijiet li jinsabu fuq toroq arterjali u distributorji. Madankollu, l-Awtorita’ se tikkunsidra dan is-suġġeriment u timplimenta l-miżuri neċessarji jekk u fejn tinħass il-ħtieġa li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ngħatax il-kumpens mistħoqq għall-ispejjeż kbar li nefaq l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li ġie mweġġa' ġewwa l-Isptar Mater Dei, waqt li kien qiegħed għal kura wara operazzjoni u li sofra danni ta' diżabilità permanenti? Għaliex id-dipartiment għadu ma tax l-attenzjoni meħtieġa lil dan l-anzjan li wara l-operazzjoni li kellu jagħmel illum jinħtieġ li jagħmel medikatura fuqu nnifsu kuljum, iżda minħabba d-diżabilità li sofra meta ġie mweġġa' ġewwa l-isptar, issa huwa dipendenti fuq nies oħra, għal din il-medikatura għaliex m'għandux l-użu taż-żewġ idejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din il-persuna żaret il-‘Customer Care Unit’ tal-Isptar Mater Dei fi tlett (3) okkażżjonijiet u talab jew applika dawn l-ilmenti hekk:
· Fis-17 ta’ Mejju 2010 waqt li kien qed jinġħata kura f’S5, ġie ma’ martu u lmenta fuq in-nuqqas ta’ apparat jismu ‘VAC’. Ittieħdu l-azzjonijiet neċessarji li kien hemm bżonn biex l-apparat jissewwa.
· Fl-24 ta’ Lulju 2010 gie fil-‘
Customer Care
’, u talab kopji tal-fajl tieġħu, u dawn inġħatawlhu kif gie mitlub, wara li twettqet il-proċedura normali.
· Fis-27 ta’ Frar 2011 talab dokumenti tal-Immaġini Mediċi u dawn inġħatawlhu.
Minn wara dawn imsemmija hawn fuq, qatt ma rċevejna ilmenti rigward is-servizz ta’ kura offrut mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa nnifishom. Madankollu, qed jinġħad li l-isptar rċieva ittra mill-avukat tieġħu, li tmur lura ġħall-2010.
Il-kaz imressaq mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qed jigi analizzat fid-dawl tal-allegazzjonijiet imressqa minnu.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33724, fejn il-Ministru qal li kien ġie deċiż li jitwaqqfu l-intervisti permezz ta’ video conferencing lill-applikanti barranin għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru minħabba diversi diffikultajiet li bdew jinqalgħu biex isiru dawn l-intervisti, u li b’konsegwenza ta’ dan 117-il kandidat li kienu eligibbli ghall-post imsemmi, u li l-applikazzjonijiet taghhom ma kienux gew sottomessi mill-Chrism Co. Ltd, tilfu l-opportunità ta’ mpjieg, jista' l-Ministru jgħid x’kienu preċiżament dawn id-diffikultajiet li l-Ministru qal li bdew jinqalgħu u li minhabba fihom kellhom jieqfu l-intervisti permezz ta’ video conferencing lill-applikanti barranin għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru? Kienu qamu xi diffikultajiet bhal dawn meta qabel kienu gew intervistati permezz ta’ video conferencing madwar 117-il kandidat oħra ta' nazzjonalità Pakistana li l-applikazzjonijiet taghhom għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru kienu ġew sottomessi personalment fit-Taqsima għar-Rizorsi Umani minn rapprezentanti tal-Chrism Co. Ltd? Barra minn hekk, kienu qamu xi diffikultajiet simili meta bord taħt il-presidenza ta’ ufficjal għoli tal-Ministeru kien intervista lill-istess infermiera Pakistani permezz tal-video-conferencing mid-dar tad-Direttur tal-Chrism Co. Ltd. in konnessjoni mal-applikazzjoni taghhom għar-Reġistrazzjoni mal-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel? Jista' jikkonferma jekk dan l-uffiċjal għoli tal-Ministeru kienx l-istess persuna li ngħatat il-presidenza tal-Bord li ntervista permezz ta’ video conferencing lill-madwar 117-il kandidat Pakistani msemmija li applikaw permezz tal-Chrism Co. Ltd. għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Investigazzjonijiet tat-Taqsima tal-Pulizija ta' kontra r-reati ekonomiċi — infermiera pakistani
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tat-Taqsima tal-Pulizija ta' Kontra r-Reati Ekonomiċi rigward il-każ fejn infermiera Pakistani kienu qegħdin jiġu sfruttati mill-Chrism Co. Ltd billi kienu qegħdin jiġu mggħela jħallsuha pagamenti kbar? X’kienu l-passi li ttieħdu s’issa, inkluzi passi mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Inkjesta Kriminali, kontra d-Direttur u diriġenti oħra tal-kumpanija? Kien hemm xi eżitu fil-kawża li wieħed mid-dirigenti tal-Chrism Co. Ltd fetaħ fil-Qorti kontra Infermiera Pakistani dwar ksur ta’ ftehim li kien jipprovdi għall-ħlas ta’ €120 kull xahar għas-sullokazzjoni ta’ appartament b’żewġ kmamar tas-sodda u kamra waħda tal-banju li fih kienu jgħixu 11-il persuna biex b’hekk dan id-diriġent tal-Kumpanija kien jiġbor b’kollox €1,320 fix-xahar minn għandhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninsab Infurmat illi l-Pulizija bdiet proceduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 4 persuni b’konnesjoni ma’ dan il-kaz. Infurmat ukoll illi dawn il-proceduri ghadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Minn informazzjoni li ghandi
jirriżulta li fl-2011 saret kawża fil-Qorti tal-Maġistrati (Ċivili) minn wieħed mill-persuni - li kontra tiegħu nbdew il-proċeduri tal-Pulizija – kontra persuna ta’ nazzjonalita` Pakistana fejn intalbet il-kundanna għall-ħlas ta’ €4080 rappreżentanti danni minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt ta’ kirja. Din il-kawża għadha pendenti u qegħda differita għall-provi tal-inti
mati għall-15 ta’ Ottubru 2012.
Jista' l-Ministru jelenka l-impjegati li jaħdmu fl-Imtarfa Home, x'karigi għandhom x-xogħol jagħmlu, ma' min huma impjegati, mal-gvern jew mal-kuntrattur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-airconditioning fl-Imtarfa Home? F'liema ġranet kien bil-ħsara? Kemm dam biex issewwa? Għaliex dam daqshekk?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta l-arja kundizzjonata ġewwa d-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa kienet bil-ħsara (darbtejn matul ix-xahar ta’ Lulju), din kienet għal ftit siegħat biss għax immedjatament ġew meħuda il-passi neċessarji biex din tiġi irranġata.
Residenza San Vinċenz de Paul — Night Shelter għal anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'capacity fih dan in-Night Shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paul, jiġifieri kemm se jieħu anzjani? Mil-liema lokal jew lokalitajiet se jittieħdu dawn l-anzjani? B'liema mod dawn l-anzjani se jiġu f'dan in-Night Shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li mhux qiegħed fil-qalba ta' xi raħal? Kemm ġie jiswa dan in-Night Shelter? Jista' jagħti breakdown tax-xogħlijiet kollha li saru biex sar dan in-Night Shelter u l-ispiża għal kull item?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Applikazzjonijiet għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32964, issa li għaddew aktar minn tliet xhur oħra u l-qagħda ta' dawn l-anzjani marret ferm aktar għall-agħar, jista' l-Ministru jgħid f'liema post tal-lista tal-istennija qegħdin sabiex jiddaħħlu fir-Residenza San Vinċenż de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ż-żewġ applikazzjonijiet imsemmija qegħedin fil-lista ta’ stennija ta’ Prijorità Għolja għar-Residenza ta’ San Vinċenz. Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jekk il-qagħda ta’ dawn l-anzjani marret ferm iktar għall-agħar għandu jsir “update” tal-applikazzjoni biex b’hekk terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu konklużi r-riżultati tal-interviews li saru madwar seba' xhur ilu, għall-postijiet vakanti għall-kamra mortwarja fl-Isptar Mater Dei u awtopsji? Meta se jiġu impjegati dawk li kienu successful?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-riżultat għall-vakanzi msemmija diġà nħareġ, u li huwa mistenni li l-vakanzi approvati jiġu mimlija fi żmien qasir.
B'referenza għall-każ ta' sfruttament tan-nurses Pakistani, f'Mejju tas-sena 2011, u peress li l-Ministru kien għadda l-każ biex jiġi investigat mill-pulizija iżda s'issa għadu ma ħareġ xejn minn din l-investigazzjoni, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kif żvolġew dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu? Jista' jikkonferma li wieħed mid-Diretturi ta' Chrism Services fetaħ kawża l-Qorti kontra waħda mill-infermiera Pakistana (id-dettalji tal-każ qed jingħataw separatament) għax din ma onoratx il-kuntratt ta' Chrism Services?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Dwar l-allegazzjonijiet ta’ sfruttar ta’ infermiera ta’ nazzjonalità Pakistana, peress li hemm investigazzjonijiet għaddejjin minn-naha tal-Pulizija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ghar-rigward il-Mistoqsija dwar xi kawża fil-Qorti li wieħed mid-Diretturi ta’ Chrism Services seta’ fetaħ kontra waħda mill-infermiera ta’ nazzjonalità Pakistana, nerġa’ nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jaghmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dipartiment tas-Saħħa — applikazzjonijiet għal diversi karigi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' diversi karigi mad-Dipartiment tas-Saħħa fis-snin 2009, 2010, 2011 u fis-sena kurrenti - 2012? Fuq liema bażi jiġi deċiż jekk kariga partikolari għandiex toħroġ mis-Servizz Pubbliku jew inkela mill-Foundation for Medical Services? Kemm inħarġu sejħiet mill-Foundation for Medical Servces jew b'sejħa diretta (mhux mill-PSC), kemm ġew ingaġġati nies b'dan il-metodu u jekk kienx hemm impjegati li wara li ġew ingaġġati b'dan il-metodu (mhux mill-PSC), ġew irregolarizzati mall-PSC?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex joqogħdu għat-test tal-MRI u kemm hemm dewmin biex wieħed jingħata appuntament għall-MRI?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm elfejn sitt mija u tlieta u sebgħin pazjent jistennew għat-test tal-MRI. Id-dewmien biex jingħata appuntament huwa ta’ bejn għaxra u ħmistax–il ġurnata (working days) għal każijiet urġenti. F’dawk il-każijiet indikati bhala mhux urgenti, id-dewmien biex isirilhom test tal-MRI hu ta’ ħdax–il xahar. Testijiet li huma urġenti jsiru skont kif indikat mill-konsulenti tar-radjoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' allowances qegħdin jitħallsu u f'liema ammont lill-assistent direttur (amministrazzjoni) fid-Dipartiment tal-Kura Primarja tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti matul is-sena 2011 li ma resqux għall-eżamijiet tas-SEC (O'Level)? Tista' tgħid kemm minn dawn l-istudenti daħlu fil-Foundation Course tal-MCAST għas-sena Akkademika 2011/2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-istudenti li attendew l-iskejjel tal-Gvern, l-iskejjel indipendenti u tal-knisja fis-sena skolastika 2010-2011.
L-MCAST m’għandux informazzjoni dwar studenti li ma resqux għall-eżamijiet tas-SEC (O'Level) matul is-sena 2011 jew f’xi sena oħra. Għalhekk l-informazzjoni dwar l-istudenti li daħlu fil-Foundatiuon Course ma tistax tingħata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li ngħataw uniformijiet għall-okkażjonijiet ċerimonjali? Ma jidhirlux li l-persentaġġ tal-membri fil-Forzi Armati li għandhom uniformijiet għall-okkazzjonijiet ċerimonjali jista' jikber? Jista' jgħid jekk hux konxju tal-fatt li b'konsegwenza ta' ftit uniformijiet tal-okkazjonijiet ċerimonjali, qed ibati l-istess grupp ta' membri tal-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa hemm 960 membru, minn total ta’ 1,553, li għandhom uniformi ċerimonjali. Membri li għandhom il fuq minn ħamsin sena, u li bħalissa jammonatw għal 110, bħala Policy tal-Armata huma eżenti miċ-ċerimonjal. L-Armata kull sena talloka budget speċifiku biex jiġu magħmula numru ta’uniformijiet ċerimonjali li huma magħmulin made to measure għad daqs tal-individwu. Fl-aħħar sentejn u nofs l-Armata nefqet madwar €50,000 għal dan l-iskop.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi problema bejn l-OMAS u l-Forzi Armati dwar il-ħruġ ta' permessi għall-membri tal-Forzi Armati li jaħdmu fl-Ajruport? Jista' għaliex dawn il-permessi jieħdu fit-tul biex joħorġu permessi ġodda għall-membri tal-Forzi Armati li jaħdmu fuq is-sigurtà tal-Ajruport? Jista' jgħid jekk dawn il-permessi humiex miżumin bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda problema bejn l- OMAS u l - FAM dwar il-ħruġ ta’ permessi għall-membri tal-FAM li jaħdmu fuq is-sigurta tal-ajruport. Ġeneralment il- permessi ma jieħdux fit - tul meta wieħed jikkunsidra li l-proċess jinvolvi kontribut minn diversi entitajiet inkluż background vetting. Bħalissa hemm numru żgħir ta’ applikazzjonijiet li qed jigu pproċessati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sitwazzjoni ambjentali f'Ħal Farruġ qed titħalla daqstant tmur mill-ħażin għall-agħar fejn ukoll minħabba din it-traskuragni qed jippreżentaw ruħhom ċerti perikli? Jista'jghħd x'se jagħmel dwar dawn iċ-ċirkostanzi, fost oħrajn li qed joħolqu sfreġju ambjentali u perikolu għan-nies peress li:
a) il-ħaxix ħażin li mhux ikkontrollat u li tiela' wara l-blokki tal-appartament tal-ex servizzi, fejn faċilment, f'dan it-temp ta' sħana kbira, jista' jaqbad u jipperikola l-ħajja ta' għadd ta' familji u wkoll jista' jkun kawża ta' danni fil-proprjetà tagħhom;
b) il-fence tal-wire li jdawwar l-area ta' Ħal Farruġ fuq in-naħa ta' Triq Wied in-Noqor, huwa mqatta u li b'konsegwenza qed jidħlu vetturi fuq il-ħamrija wara l-blokki tal-appartamenti C u D fejn diversi drabi l-post jintuża għal atti mhux xierqa fil-pubbliku;
ċ) il-playing field tinsab fi stat diżastruż u ta' periklu għat-tfal peress li la teżisti art tar-rubber biex inaqqsu l-periklu għat-tfal meta jaqgħu, iżda agħar minn hekk meta ħaddiema għamlu xogħol fuq il-culverts tad-drenaġġ qrib il-playing field, tħalla gandott perikoluż mal-ġenb u b'konsegwenza għadd ta' vetturi qed jgħaddu mill-għelieqi qrib il-playing field u joħolqu periklu ieħor għat-tfal;
d) il-bankijiet li jinsabu wara blokk C jinsabu esposti għax-xemx, flok qegħdin f'post fid-dell, fejn jistgħu jkunu mezz ta' mistrieħ għal kulħadd;
e) id-dustbins li hemm fil-playing field huma ta' kull xorta, anke landi taż-żebgħa huma użati, flok reċipjenti addattati b'uħud minnhom f'nofs l-għalqa;
f) il-ħitan li jisseparaw l-għelieqi mid-daħla (gate), hemm ħafna ġebel nieqes u oħra qed jinġibdu minn vandali; u
g) il-parti tat-triq quddiem blokk A fejn hemm statwa tal-Madonna, saret perikoluża ħafna għaliex hija blind corner u dejqa wisq fejn inbeda ħajt tas-sejjieħ bla permess u anke dan huwa ta' periklu għan-nies?
Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex mhux biss dawn l-aspetti importanti li qed jagħtu dehra ta' telqa u huma kawża ta' periklu jiġu indirizzati, iżda wkoll affarijiet oħra li qed jolqtu l-ħajja tal-familji f'Ħal Farruġ kuljum? Jekk hemm pjan x'inhu? Meta se jiġi implimentat għaliex is-sitwazzjoni sejra mill-ħażin għall-agħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nerġa infakkar lill-Onorevoli Interpellant, filwaqt li nirreferiha għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34246, li r-reponsabbiltà għas-sit imsemmi hija tal-kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija ma ordnatx lis-sid ta' għadd ta' garaxxijiet li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament sabiex jagħlaq ix-shaft perikoluz li hemm f'dan il-complex u diġà sewa l-ħajja ta' tifel ta' sentejn u għaxar xhur? Kif wara li diġà għaddeww erba' snin minn din it-traġedja, dan ix-shaft għadu miftuħ u espost għall-periklu u riskju ta' xi traġedja oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ilha li intimat skont il-ligi lis-sid tal-kumpless imsemmi mill-Onorevoli Interpellant sabiex ineħħi l-periklu u dwar dan anke’ hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll illi nell’ fratemp, kemm il-Pulizija kif ukoll il-kunsill lokali ħadu miżuri sabiex il-periklu jkun minimizzat kemm jista jkun, billi poġġew barrier u railing.