Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Transport Malta għal bridge fi Triq il-Wied, Ħal Qormi u li huwa mhux biss mġarraf mill-għargħar tal-2003 iżda ukoll ma jagħtix il-faċilità meħtieġa lil dawk li jridu jaqsmu min-naħa għall-oħra tal-wied? Dan il-bridge se jitwaqqa' u jsir xi ħaġa floku aktar adegwata, biex in-nies tinqeda u ma jibqax ta' periklu għal vetturi u dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?
Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-individwu li qed jokkupa art tal-gvern fit-tarf tat-Triq Wied in-Noqor, f'Ħal Farruġ, li tiġi fuq in-naħa tal-Kappella fejn illum hemm niċċa tal-Madonna? Meta ingħata dan it-titolu? Xi kriterji intużaw biex ingħata dan it-titolu? Jekk ma ngħatax ebda titolu, kif ma ittieħdux passi u dan għaliex dak li sar fuq din il-biċċa art ħoloq perikolu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq dejqa li ddawwar din il-parti ta' din l-art?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18555.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — nuqqas ta' turisti mill-Ġermanja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-findings tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u/jew is-Segretarjat Parlamentari dwar it-tnaqqis drastiku ta' madwar 18% mit-turisti li jiġu mill-Ġermanja, meta din id-destinazzjoni dejjem kienet serviced b'għadd ta' rotot provduti fil-maġġoranza tagħhom mill-AirMalta f'kull żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Coleiro Preca qed tirreferi għas-sena 2009 meta ssemmi n-nuqqas ta’ 18% fin-numru ta’ turisti Ġermaniżi li żaru Malta.
Fis-sena 2009, l-industrija tat-turiżmu ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi finanzarja dinija. Għaldaqstant, irriżulta li kien hemm inqas Ġermaniżi li marru għall-btala barra minn pajjiżhom.
Il-fatt li kien hemm nuqqas sostanzjali fin-numru ta’ titjiriet lejn Malta żgur ma għenx is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ turisti mill-Ġermanja. Infatti, filwaqt li tradizzjonalment l-Air Malta dejjem operat titjiriet lejn/mill-Ġermanja, wieħed irid jiftakar li fl-2008 kien hemm titjiriet minn linji oħra ta’ l-ajru minn numru ta’ bliet fil-Ġermanja, kif spejgat hawn taħt:
· Ryanair minn Bremen
· German Wings minn Cologne u Stuttgart
· Air Belin minn Nuremberg
(minnbarra «
connecting services
» minn bliet oħra).
Wieħed għandu wkoll jinnota li matul is-sena 2009, in-numru totali ta’ «
seats
» mill-Ġermanja għal Malta naqsu wkoll b’aktar minn 8% (Sors : MIA).
L-MTA hija konxja mill-ħtieġa li jiżdiedu l-għadd ta’ ajruporti, li joffru servizzi diretti lejn Malta, u qed tagħmel kull sforz biex dan il-għan jintlaħaq.
L-MTA qed taħdem fuq pjan ta’ azzjoni biex tkabbar il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ «
seats
» fuq rotot eżistenti, li huma ipprovduti mill-Air Malta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' l-ammont ta' turisti u bħala persentaġġ tat-turisti kollha li żaru pajjiżna, matul dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena li ġew mill-Ġermanja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji mitluba qed jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — comparable grades
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16638 u 15183, jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn nħasset il-ħtieġa li din il-pożizzjoni (Direttur tat-Turizmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex) tkun miftuħa ukoll għall-impjegati fil-Public Service, b'differenza ta' kif isir is-soltu jiġifieri li jkunu eligibbli dawk li jaħdmu fis-Civil Service biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika stabillixxa dawk il-pożizzjonijiet fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali jew ta’ Direttur li huma kkunsidrati bħala pożizzjoni ta’ Kap ta’ Dipartiment. Dawn il-pożizzjonijiet jintlew fit-termini ta’ Artikolu 92(4) tal-Kostituzzjoni, filwaqt li l-kumplament tal-pożizzjonijiet l-oħra jintlew fit-termini ta’ l-Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni.
Il-pożizzjoni in kwestjoni b’hekk ma tirrikjedix li uffiċjali pubbliċi għolja biss (Artikolu 92(4)) jistgħu japplikaw. Dan ma jfissirx li l-pożizzjonijiet kollha li l-ħatra tagħhom issir fit-termini ta’ l-Artikolu 110 ser ikunu kollha miftuħa barra miċ-Ċivil imma hemm qbil mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li fejn meħtieġ ikunu jistgħu japplikaw ukoll persuni mis-settur pubbliku kollu (
public sector
) u/jew anke “
open call
”. Fil-fatt din il-pożizzjoni (fost oħrajn) infetħet għall-uffiċjali fis-settur pubbliku (
public sector
) peress li l-post huwa qasam partikolari u b’hekk setgħa jkun hemm firxa aktar wiesgħa ta’ applikanti prospettivi.
Jista' l-Ministru għall-Finanzi jagħti breakdown skont dawn il-kategorji ta' dawk l-entitajiet u/jew individwi li għadhom pending fil-ħlas tal-income tax u li qed jingħad li l-pendenzi kollha jammontaw għal madwar €400 miljun:
i) kumpaniji li jimpjegaw anqas minn 50 persuna;
ii) kumpaniji li jimpjegaw anqas minn 100 persuna;
iii) kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 100 persuna;
iv) professjonisti skont il-professjoni, per eżempju mediċi, avukati, accountants eċċ;
v) mhux professjonijiet bħal self-employed eċċ.?
Jista' l-Ministru jgħid kemm iridu jgħaddu aktar snin biex Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa jsirilha d-dawl meħtieġ, biex ir-residenti ta' dan ir-raħal żgħir, ma jibqgħux jgħixu qishom fi żmien il-black out tal-gwerra, u dan b'għadd ta' riskji? Jista' jgħid jekk l-Korporazzjoni Enemalta għaddietx is-servizz tad-dawl għal pjazza ta' Ħal Farruġ li tinsab bejn il-ħames blokki ta' appartamenti li hemm u li minħabba n-nuqqas ta' dawl, ir-residenti qed jiffaċċjaw ħafna perikoli u vandaliżmu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18554.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18158 u 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiema li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri mil-liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18018 u jgħid x'titolu għandu l-individwu li qed jokkupa art tal-gvern fit-tarf tat-Triq Wied in-Noqor, f'Ħal Farruġ, li tiġi fuq in-naħa tal-Kappella fejn illum hemm niċċa tal-Madonna? Meta ingħata dan it-titolu? Xi kriterji intużaw biex ingħata dan it-titolu? Jekk ma ngħatax ebda titolu, kif ma ittieħdux passi u dan għaliex dak li sar fuq din il-biċċa art ħoloq perikolu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq dejqa li ddawwar din il-parti ta' din l-art?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-art li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onorevoli Interpellant hija proprjetà tal-Gvern. Madanakollu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ma ta l-ebda titolu fuq din l-art u m’għandu l-ebda nformazzjoni dwar min għamel dan ix-xogħol. Id-Dipartiment qiegħed għalhekk jinvestiga dan il-każ, u f’każ li jirriżulta abbuż, jittieħdu l-passi kollha opportuni skont il-liġi.
Residenti ta' Ħal Farruġ — talbiet għal trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18071 u jgħid għaliex Transport Malta għadha ma laqgħetx id-diversi talbiet li saru biex ir-residenti ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, jkunu mogħtija servizz ta' trasport pubbliku u dan bil-għan li tittaffa t-tbatija ta' tant u tant familji li jgħixu f'din il-komunità u li wħud minnhom ilhom jgħixu hemm aktar minn 25 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18112 u jgħid għaliex l-Awtorità tart-Turiżmu ta' Malta ħabbret l-avveniment tal-Powerboat Racing li se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju, fit-3 ta' Ġunju, jiġifieri daqshekk tard? Jista' jgħid, jekk dan l-avveniment hux se jtellef avvenimenti oħra li ilhom ippjanati u li għalihom ġew inċentivati turisti eċċ. biex jiġu Malta? Jista' jagħti elenku ta' l-attivitajiet li huma ppjanati li jsiru f'dan il-perjodu fil-portijiet ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir u li ġew ippjanati minn żmien ferm qabel mis-settur privat u li jistgħu b'konsegwenza ta'din l-attività tal-Powerboat Racing li tħabbret daqshekk tard, jitilfu n-negozju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta ma kienetx responsabbli mill-avveniment tal-Powerboat Racing, li sar bejn il-11 u t-13 ta’ Ġunju, 2010.
Dan l-avveniment ma tellifx avvenimenti oħra li ilhom ippjanati u li għalihom ġew inċentivati turisti, eċċ. biex jiġu Malta.
Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà taghhom?
Dipartiment tal-VAT — taxxa mhux mħallsa - nies il-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18200 u jgħid jekk il-Gvern jaqbillux jaċċetta li dawk li għandhom x'jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u li jiġu ssentenzjati mill-Qorti biex iħallsu dak li hu dovut u l-multi straordinarji, jingħataw l-opportunità mill-Qorti li jħallsu fuq bażi ta' pagamenti milli jiġu mitfugħa l-ħabs? Kemm qed jiswa lill-gvern kull gurnata li persuna li kellha tagħti lid-Dipartiment tal-VAT u ġiet issentenzjata l-ħabs? X'tiswa lil Gvern jekk persuna li għandha tagħti, tingħata l-opportunità li tħallas b'sistema ta' pagamenti, abbażi ta' persentaġġ? Qiegħed jieħu in konsiderazzjoni il-gvern li persuni li għandhom jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u ġew issentenzjati l-ħabs mingħajr ma ngħataw l-opportunità li jħallsu b'sistema ta' pagament, meta jiġu mitfugħa l-ħabs biex jiskontaw is-sentenza, dawn il-persuni ma jkunux jistgħu jaħdmu b'konsegwenza li l-gvern ikollu joħroġ benefiċċju soċjali lill-familja tagħhom? Kemm fil-fatt qed jiswew lill-gvern il-familji ta' persuni li bħalissa qegħdin il-ħabs jiskontaw sentenzi bħal dawn, f'termini ta' benefiċċji soċjali, l-ammonti skont il-benefiċċji mogħtija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18157 u 17614 u jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta'
press release
bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-
management
tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?
Bord tal-Adozzjoni — backlog ta' każijiet pendenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-Bord tal-Adozzjoni mhux kostitwit u ssusegwentement mhux jiltaqa' skont il-liġi, jiġifieri għallinqas darba fix-xahar? Meta se jiġi kostitwit? Meta se jibda jiltaqa'? Kif se tiġi indirizzata l-backlog? Kemm hemm każijiet b'lura li għad irid jara l-bord il-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord ġie rikostitwit nhar it-Tnejn 21 ta’ Ġunju 2010. Il-Bord ser jibda jiltaqa’ minnufih u jindirizza il-backlog li hemm, jiġifieri billi jitratta l-Applikazzjonijiet b’mod kronoloġiku, skont id-data li fiha is-Segretarju tal-Bord irċieva il-Home Study Report oriġinali. Hemm tlettax-il kas li għad irid jara il-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċini Ikorel jew Nicorandil huma out of stock? Meta huma mistennija li jkunu in stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-15 ta’ Ġunju 2010 kien hemm stock ta’ Nicorandil 60 mg kemm fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kif wkoll fl-istores ċentrali tal-Pharmacy Of Your Choice. Għal darb’oħra nerġa ntenni li meta xi item ma jinstabx f’xi spiżerija tal-Gvern partikolari, ma jfissirx li dak l-item huwa out of stock fl-ispiżeriji kollha. Id-Dipartiment tas-Saħħa jixtri stocks ta’ mediċini fuq bażi regolari u jaddotta prattika ta’ ridistribuzzjoni tal-istock bejn l-ispiżeriji tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Arms Ltd qed toħroġ il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma għal sitt xhur? Jista' jgħid jekk dawn il-kontijiet humiex jintbagħtu lill households u n-negozji kollha f'Malta jew inkella li xi wħud? Jista' Ministru jgħid jekk hux konxju li għal ħafna familji, huwa aħjar li l-kontijiet ikunu ta' xahrejn u mhux ta' sitt xhur u dan għaliex it-tbatija finanzjarja hija akbar?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-kunsilliera lokali li se jinghataw il-€100 fix-xahar bħala kumpens għall-ispejjeż u li jgħixu bil-benefiċċji soċjali, għandhomx jinfurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, b'dan il-kumpens? Jekk iva, dan se jkun ifisser li se jinqatgħalhom l-benefiċċju jew parti minnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artikolu 32(2) tal-Att Dwar Kunsilli Lokali (Kap.363), li jgħid“ Iżda dik l-allowance ma għandiex tkun meqjusa bħala dħul għall-finijiet tal-Att dwar Sigurta’ Soċjali” .
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18019 u jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hiex tikkonsidra l-introduzzjoni tat-Trusted Person, biex persuni b'diżabilità ikunu jistgħu jiġu mgħejuna minn persuna tal-fiduċja tagħhom waqt votazzjoni? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta din il-miżura se tiddaħħal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-liġijiet elettorali jipprovdu u jispeċifikaw il-metodu dwar kif persuni b’diżabilità jingħataw għajnuna waqt il-proċess tal-votazzjoni u l-Kummissjoni Elettorali ssegwi dawk il-provvedimenti.