Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rwejjaħ kawża tal-karkassi ta' bhejjem

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir kontra l-irwejjaħ li huma kawża tal-karkassi ta' bhejjem u fdalijiet oħra li suppost qed jinħarqu fl-inċineratur il-ġdid tal-Marsa u li qed jeffettwa lir-residenti fil-viċinanzi tal-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għal stqarrija maħruġa mill-kumpannija Wasteserv Malta nhar it- 22 ta’ Lulju 2010. Qed nehmeż kopja ta’ din l-istqarrija.

Inċineratur ġdid tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur il-ġdid tal-Marsa mhux jaħdem? Jista' jgħid meta se jissewwa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-inċineratur tal-Marsa twaqqaf għal ftit żmien biex issir manutenzjoni ppjanata. L-inċineratur reġa' beda jaħdem regolari wara li sar ix-xogħol fuqu.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — evalwazzjoni ta' tax payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni bediex l-evalwazzjoni ta' dawk it-tax payers li meta rċevew kont pendenti ta' snin kbar ilu mid-Dipartiment bagħtu jinfurmaw li t-talba kienet waħda preskritta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment beda jevalwa l-ittri ta’ dawk it-taxpayers li bi tweġiba għall-ittra li waslitilhom taħt l-Ewwel Fażi tal-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi kitbu lura lid-dipartiment u li fiha għamlu claim li t-taxxa mitluba kienet saret preskritta. Kif intqal diġà meta tħabbar it-Tieni Fażi tal-Iskema nhar is-7 ta’ Lulju, din l-evalwazzjoni se tiġi reflessa fl-ittri li se jintbgħatu fil-ġimgħat li ġejjin b’konnessjoni mat-Tieni Fażi tal-Iskema.

Marsaxlokk — Xatt is-Sajjied - xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jidhirlu l-Ministru li x-xogħol ta' kostruzzjoni mill-ġdid ta' Xatt is-Sajjied f'Marsaxlokk qed imur kontra l-istess liġijiet u regolamenti li jillimitaw ix-xogħol ta' kostruzzjoni eċċ.; li jsir fl-istaġun tas-sajf? Ma jaħsibx li mhux jmexxi bl-eżempju, meta suppost li japplika u jimplimenta dawn il-liġijiet u regolamenti ma' kulħadd? Għaldaqstant, jista' jgħid: a) għaliex ix-xogħol fl- upgrade ta' Xatt is-Sajjied f'Marsaxlokk ingħata bidu għalih, mal-bidu tal- peak season turistiku; b) min ħa din id-deċiżjoni; ċ) meta huwa maħsub li x-xogħol jitlesta kompletament; d) x'qed ikun l-effett fuq in-negozju; e) dawk n-nies tan-negozju li joperaw minn Marsaxlokk u li x-xogħol naqqsilhom u/jew jinsabu bħalissa anke weqfien, minħabba dawn ix-xogħlijiet, se jingħataw kumpens; f) x'tip ta' kumpens; g) kemm se jiġi jiswa dan il-proġett; u ġ) kemm sewa s'issa u jekk hux skont il-pjan finanzjarju ppjanat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi x-xogħol inbeda fi żmien maqbul mal-kunsill lokali u wara konsultazzjoni wiesgħa man-nies fin-negozju u anke meta ittieħed in konsiderazzjoni l-element tal-maltemp li jaħkem ix-xatt. Dan apparti illi fi proġetti li jieħdu ċertu tul ta-żmien bħalma kien ta’ Marsaxlokk bilfors ikun hemm overlap fuq xi perjodu importanti tas-sena. Dwar l-effett fuq in-negozju irid jingħad illi waqt il-proġett is-sidien tan-negozji kienu kontinwament assistiti mill-ħaddiema tal-Ministeru tiegħi biex jonqos kull inkonvenjent li seta' kien hemm billi per eżempju ġew provduti b’aċċess adegwat għall-istabbilimenti għal-klijenti tagħhom bi ftehim kontinwu mal-GRTU. Issa li l-proġett huwa kważi lest in-negozji se jgawdu minn ambjent aħjar fejn iservu l-klijenti tagħhom u kull talba għall-kumpens m’hiex ġustifikata. Il-proġett sewa kif ippjanat jiġifieri madwar żewġ miljun Ewro.

AirMalta — re-structuring exercise

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern fir-rigward ta' re-structuring exercise li qed jintqal li se jsir fl-Air Malta? X'se jiġri mill-ground handling, ground operations u s-sezzjoni tal-engineering, dawn se jiġu privatizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern bħalissa qiegħed jiddiskuti mal-kummissjoni tal-Unjoni Ewropeja s-sitwazzjoni fl-Air Malta. Id-diskussjonijiet li huma fi stat pjuttost avvanzat, huma komplessi u kunfidenzjali. Għalhekk ma nħossx li hu f’waqtu li nitkellem fuq l-ebda tip ta’ ristrutturar fil-kumpanija qabel ma dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi.

AirMalta — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha karozzi mikrijin l-Air Malta? Liema sezzjonijiet għandhom karozzi mikrija? Għalxiex jintużaw? Mingħand min qed jinkrew? X'qed jiswew lill-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanr illi n numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Air Malta huwa ta’ 55 u huma mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt. Għal dawn il-vetturi l-kumpanija tħallas € 671.34 kuljum jew € 20,140.20 fix-xahar. Għajr vettura waħda, il-vetturi kollha jinkrew mingħand John’s Garage Ltd u dan wara sejħa pubblika għall-offerti. . Sezzjoni /Departiment Numru ta’ karozzi Ground Operations 16 Flight Operations 3 Engineering 18 Cargo Operations 1 Amministrazioni Generali 17

Air Malta — Management Pilots

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm management pilots fl-Air Malta? Għaliex? Jista' jikkonferma li dawn il-management pilots għandhom mijiet ta' ġranet f'vacation leave pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta timpjega sitt “Management Pilots” kif ġej: · Chief Officer Flight Operations & Engineering (Pożizjoni Amministrattiva) · General Manager Flight Operations and Flight Operations Post Holder (pożizjoni mitluba mill-liġi) · Chief Pilot Airbus (Pożizjoni Amministrattiva) · Chief Pilot Training and Training Post Holder (pożizjoni mitluba mill-liġi) · Manager Flight Safety (pożizjoni mitluba mill-liġi) · Manager Quality (pożizjoni mitluba mill-liġi) Dawn għandhom medja ta’ 95 ġurnata leave li ġew akkumulati fuq medda ta’ snin.

Inmate fil-ħabs msawwat — X-ray u testijiet oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inmate li qed jallega li ġie msawwat minn uffiċjali tal-ħabs fl-10 ta' Lulju, 2010 ma ttieħedx l-isptar biex isirulu x-rays u testijiet oħra wara l-allegat każ u ġie eżaminat biss mit-tabib tal-ħabs minkejja li l-inmate baqa' muġugħ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija numru W95.

Inkjesta dwar allegat każ ta' swat fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx jew hijiex issir inkjesta dwar allegat każ ta' swat fuq inmate fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-10 ta' Lulju, 2010 fit-3.30 pm minn uffiċjali tal-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ġiet infurmata b'dan il-każ u għaddej l-istħarriġ meħtieġ, kemm dwar ir-reżistenza bi vjolenza kontra persuni nkarigati skont il-liġi minn servizz pubbliku waqt il-qadi ta' dmirijiethom, kif ukoll dwar l-allegazzjoni li għamel il-priġunier. Minn dak li jirriżulta jittieħdu l-passi skont il-Liġi.

filmati tas-security cameras fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom il-filmati tas-security cameras fid-Division 13 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-ħin li qed jiġi allegat każ ta' swat minn uffiċjali tal-ħabs fuq inmate żagħżugħ fl-età ta' 24 sena fl-10 ta' Lulju 2010 fit-3.30 pm?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija numru W95.

YMCA u organizzazjonijiet oħra li ma jħalsux fil-ħin

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għaqdiet bħal YMCA u organizazzjonijiet oħra humiex jitħallsu għal servizzi fil-ħin? Jekk le, għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Organizazzjonijiet bħal YMCA u organizazzjonijiet oħra jitħallsu għax-xogħol tagħhom wara li jsiru l-verifiki neċessarji u skont ir-regolamenti eżistenti. Jien infurmata li l-ħlasijiet qed isiru fil-ħin. Jekk hemm każ partikolari, nistieden l-Onor. Interpellant biex tgħaddili l-informazzjoni meħtieġa biex inħares mill-qrib lejn dan il-każ.
Leg 11 PQ #102 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — cruiseliners ankrati mal-baga

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il cruise liner ankra mal-baga tax-Xlendi minn kemm ilha stallata? Kemm niżlu passiġġieri fix-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Ħal Qormi — Triq is-Sebħ - pedestrian Bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet Transport Malta matul dawn l-aħħar ħames snin biex ir-residenti u l-ħaddiema li jaħdmu fl-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, ikunu jistgħu jaqsmu b'mod sigur Triq is-Sebħ f'Ħal Qormi? Jista' jgħid x'sar mill-pjanijiet li kienu jissemmew bħal per eżempju: pedestrian bridge u faċilitajiet oħra li setgħu jsiru f'din il-parti ta' din it-triq traffikuża? X'se tagħmel Transport Malta biex tassigura li jiġi indirizzat il-periklu li hemm f'din it-triq u li mhux l-ewwel darba li intilfu ħajjiet minħabba inċidenti traġiċi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 13780.
Leg 11 PQ #104 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi Għawdex? X'tip ta' korsijiet qed jingħataw? X'riżultati ta dan l-istitut lill-industrija tat-turiżmu f'Għawdex? Tista' tispjega għaliex studenti li jridu jattendu għal korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi minn Għawdex qed imorru fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' studenti li attendew l-ITS fis-sena 2009-2010 kien 30 fuq bażi full-time u 32 fuq bażi part-time. Il-korsijiet li kienu miftuħa kienu ESTS, Food Preparation & Production, WSET, Pastry Level 1 u Pastry Level 2. L-Istitut tat-Turiżmu jaħdem id f'id ma' l-Industrija u dawn jidhru kuntenti bl-istudenti li jiġu mħarġa f'dan l-Istitut. Xhieda ta' dan hija d-domanda kbira mill-industrija għall-istudenti ta' dan l-Istitut. L-Istitut tat-Turiżmu f'Għawdex joffri l-istess korsijiet bħall-ITS ta' Malta. Meta l-Istitut ta' Għawdex ma jkollux domanda biżżejjed biex jinfetaħ xi kors jista' jkun il-każ li xi applikant jiddeċiedi li jattendi l-Istitut f'Malta.

Mediċina out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-mediċina Glyceryl Ternitrate ilha out of stock għal dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jgħid meta se tkun in stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li hawn skarsezza ta’ din il-mediċina fis-suq internazzjonali. Id-Dipartiment tal-Procurement, Taqsima tas-Saħħa kellu u għad ghandu diversi ordnijiet pendenti għal din il-mediċina ma’ kuntratturi differenti. L-aħħar informazzjoni li għandu d-Dipartiment hija li l-konsenja pendenti mingħand il-UK wholesale dealer mistennija tasal fi żmien ġimgħatejn oħra, filwaqt li dik pendenti mingħand il-manifattur lokali ser tkun fis-suq f’Marzu 2011. Minħabba din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ dawn il-pilloli, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jikkunsidra li l-kura għall-pazjenti li jużaw din il-mediċina tinbidel minn pilloli għal spray .

Mellieħa Bay — tindif ta' area

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex titnaddaf l-area li saret qisha scrap yard tal-karrijiet tad-dgħajjes u li tinsab qabel ma tidħol għal Mellieħa Bay?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-karrijiet li hemm f’dan is-sit huma tas-sajjieda u qegħdin f’dan il-post temporanjament għal matul ix-xhur tas-sajf sabiex ikun hemm iktar spazju u immaniġjar aħjar għal dawk is-sidien li jniżżlu d-dgħajjes tagħhom għal gurnata biss. Fil-ġimgħat li ġejjin dawn il-karrijiet se jerġgħu lura f’posthom fis-sit magħruf bħala tat-Tunnara.

Żurrieq — Triq Dun Vincenz Schembri - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Dun Vincenz Schembri fiż-Żurrieq u dan għaliex madwar sentejn ilu l-Ministru kien informa lir-residenti li kellha ssir għaliex kellhom joħorġu t-tenders?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19277.

Air Malta — impjegati temporanji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati t-18-il ħaddiem li kienu impjegati temporanjament bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri minn liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17496.