Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu magħluq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Meta sa jerġa' jiftaħ? Kemm ilu li sar l-kuntratt il-ġdid tal-kiri ta’ dan il-canteen? Jekk il-kera bdiet, qiegħda titħallas minn min ħa l-kuntratt ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ilu magħluq minn Awwissu 2009. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu out of stock il-Vastarel mill-Ispiżeriji tal-Isptar Mater Dei, mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, mill-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u miċ-ċentri tas-saħħa?
Billi kull min hu intitolat għal Vastarel qed ikollu jixtri din il-mediċina, kemm qed ikun ikalkulat li franka flus id-Dipartiment tas-Saħħa mill-Vastarel?
Jikkonsidra l-Ministru li wasal iż-żmien li tinbidel il-policy biex il-Gvern ma jibqax jabbuża minn fuq min hu l-iktar vulnerabbli u kulmin hu intitolat għal xi mediċina li tkun out of stock din għandha jew tinxtralu mill-Gvern jew inkella jingħata l-flus li jkun nefaq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa ma ffranka l-ebda flus għaliex fil-waqt li fl-2009 ħarġu 34,474 x 60 pillola mill-Stores tal-Gvern, f’ħames xhur f’din is-sena ħarġu 28,030 x 60 pillola. Id-Dipartiment bħalissa għandu ordni għal 15,000 x 60 pillola li għandha tasal f’Novembru. Ma setax jinxtara stock mis-suq lokali peress li d-doża li jixtri l-Gvern ma tinstabx fuq is-suq lokali.
Infurmat li l-mediċina Vastarel (Trimetazidine 20mg tablets) bħalissa hija
in stock
fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei. Iż-żmien li din ill-mediċina kienet
out of stock
huwa kif jidher hawn taħt:
Spiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa: mill-14 ta’ Awwissu 2010 sal-14 ta’ Ottubru 2010
Spiżerija tal-Isptar Mater Dei: mid-19 ta’ Awwissu 2010 sal 11 ta’ Ottubru 2010
Fl-ispiżeriji li jipparteċipaw fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek din il-mediċina ilha
out of stock
mis-7 ta’ Lulju 2010.
Ħal Qormi — Triq il-Kaċċatur - construction liquid waste
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'azzjoni qed jittieħdu biex jitwaqqaf minn qiegħed jħammeġ u jniggis Triq il-Kaċċatur f'Ħal Qormi, bir-rimi ta' construction liquid waste u li huwa ta' detriment għar-residenti ta' din it-triq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infumat li matul din is-sena d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva żewġ ilmenti rigward rimi ta’ construction liquid waste fi triq il-Kaċċatur f’Ħal Qormi. Dawn ġew investigati fl-4 t’Awwissu ta’ din is-sena u fil-ħin li l-uffiċċjali kienu fuq il-post ma kienx hemm likwidu imma kien hemm evidenza li xi likwidu kien niżel f’xi ħin. L-uffiċċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ġew infurmati mill-persuna responsabbli li kienu ttieħdu l-passi kollha biex dan l-inkonvenjent ma jerġax isseħħ. Madankollu l-persuna responsabbli xorta waħda ġiet infurmata biex ma tħalli l-ebda ilma fit-triq.
Infurmat wkoll li dan it-tip ta’
waste
jaqa` taħt il-Construction Waste Management Regulations liema regolamenti ma jaqawx taħt il-kompetenza tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Dan id-Direttorat huwa infurmat li ttieħdu passi kontra l-persuna responsabbli mill-pulizija u għalhekk nitlob lill-Onor. interpelant biex jitlob aktar informazzjoni mill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk min ikun ingħata permess biex jaħdem bit-telework fid-dipartiment tagħha jkunx jista' jagħmel xogħol part-time waqt il-ħin tax-xogħol jew jidħol jagħmel overtime bi ħlas is-Sibtijiet filgħodu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif hemm stipulat fiċ-Ċirkulari tal-MPO 36/2010, l-iskop tal-
family friendly
measures
fosthom it-
teleworking
hu intiż biex ikun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Għaldaqstant min qiegħed fuq it-
telework
ma jistax jaħdem xogħol
part-time
. Meta jkun hemm il-bżonn li jsir
overtime
fit-taqsimiet tad-dipartimenti dan jiġi offrut lil kull ħaddiem (inklużi t-
teleworkers
) u min irid u jista, jingħata x-xogħol
overtime
, iżda ukoll skont l-esiġenzi tad-dipartiment jew entita’.
Residenza San Vinċenz de Paul — Part-Time Social Assistants
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13793 u jgħid xi kriterji ntużaw biex intgħażlu l-PTSA (Part-Time Social Assistants) li ġew ingaġġati u li uħud minnhom tħallew fir-Residenza San Vinċenz de Paul u oħrajn li kienu fir-Residenza San Vinċenz de Paul intbagħtu fid-Djar tal-Anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-proċess biex intgħażlu il-Part Time Social Assistants sar permezz ta’ interviews. Dawk li kellhom ċertifikat ta’ caring intbagħtu jagħmlu xogħol relatat fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule jew mal-Outreach Team.
L-applikanti ġew imsejħa skont l-ordni tal-mertu tal-
interview
u ngħataw il-possibilità li jgħażlu bejn ir-Residenza San Vinċenz de Paule jew l-
Outreach
skont il-postijiet battala.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9028 u 8331 u jgħid kif issir l-għażla biex jimtlew il-vakanzi fid-Day Centres tal-Anzjani? Il-postijiet vakanti jimtlew mill-home helpers jew mod ieħor? X'inhuma l-kriterji tal-għażla?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-postijiet vakanti jimtlew minn Part Time Social Assistants li jaħdmu mad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità u li jkunu wrew l-interess tagħhom biex jaħdmu fid-Day Centres. F’każ li jkun hemm aktar minn applikant wieħed għall-istess post ġewwa Day Centre, il-kriterji tal-għażla jinkludu l-esperjenza fil-qasam tal-anzjani, organisation skills u dispożizzjoni adegwata. F’dawn l-aħħar xhur id-dipartiment irċieva talbiet varji minn Part Time Social Assistants biex jidħlu jaħdmu fid-Day Centres u għalhekk qed jiġi rivedut il-metodu tal-għażla.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — bars u ristoranti - depożiti fuq imwejjed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta hijiex qed titlob depożiti bħala garanzija għall-imwejjed eċċ. li bars u ristoranti joħorġu fuq bankini u/jew art pubblika oħra? Kemm qed tintalab garanzija? Fuq liema kriterju qed tintalab din? Kif tista' tintilef din il-garanzija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu titlob depożitu bħal garanzija għal kull approvazzjoni ta’ applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għall-estensjoni ta’ permess eżistenti sabiex jitpoġġew imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika skont rata ta’ €250 għal kull metru kwadru ta’ encroachment approvat. Id-depożitu jintilef parti minnu jew kollu f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet li fuqhom toħroġ il-liċenzja. L-obbligu tad-depożitu bħala garanzija hu wieħed mill-kundizzjonijiet tal-liċenzja li permezz tagħha jkunu jistgħu jitqiegħdu mwejjed u siġġijiet fuq art pubblika. Madankollu qed isir eżerċizzju sabiex din ir-rata tiġi riveduta. Dan l-eżerċizzju mistenni li jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà taghhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 17219.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tibdil fl-istrutturi ta' bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tissanzjona u tinforza tibdil fl-istrutturi ta' bini, anke faċċati tad-djar, ta' dak il-bini u strutturi li nbnew qabel ma twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan ta' detriment kemm finanzjarju u anke strutturali għal dawn is-sidien? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hijiex tagħraf dawn id-diffikultajiet u hijiex tikkonsidra approaches oħra biex dawn is-sidien ma jbatux bla ħtiega?
studenti mitluba n-National Insurance Number biex tiġi rijattivata l-Smart Card
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-istudenti tal-Università qed jintalbu n-National Insurance Number biex tiġi rijattivata l-Smart Card tagħhom, meta dawn ma jkunu qatt ħadmu? Huwa konxju l-Ministeru li b'din il-policy se tkun ippreġudikata s-sitwazzjoni tagħhom 'il quddiem, meta jersqu għal pensjoni, mil-lat ta' l-ammont ta' kontribuzzjonijiet soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux obbligatorju li l-istudenti jagħtu l-NI number tagħhom, jekk ikollhom, biex jieħdu l-għotja ta’ manteniment u tkun attivata s-smart card tagħhom li hi parti mill-imsemmija għotja. Jidher li kien hemm malintiż bejn id-Dipartiment tat-Teżor u l-Uffiċċju tal-Istipendji tal-Università li kien iċċarat f’qasir żmien u l-Uffiċċju tal-Istipendji fl-Università ngħata struzzjonijiet biex ma jinsistix għal din l-informazzjoni.
Nixtieq inserraħ moħħ l-Onor. Interpellant li bl-ebda mod m’hi se tkun preġudikata s-sitwazzjoni ta’ dawn l-istudenti meta jersqu għall-pensjoni, mil-lat tal-ammont ta’ kontribuzzjonijiet soċjali. Dan għaliex il-krediti jingħataw lill-kontribwent tas-Sigurtà Nazzjonali meta titħallas l-ewwel bolla u mhux meta l-individwu jagħmel l-NI number. Għalhekk la l-istudenti ma jħallsux bolla mhux se jintlaqtu negattivament.
Intenni li issa dan l-ekwivoku ġie ċċarat u mhux se jkun hemm insistenza għal din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kuntratturi li qed jiġbru l-iskart re-cycled, għadhom ma tħallsux għax-xoghol li għamlu f'xhur kmieni din is-sena meta kien għadu responsabbli l-Ministeru għal dan il-ħlas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa qed issir verifika tal-kontijiet tal-kuntratturi u l-pagamenti mistennija li jsiru kif jintemm dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-collective agreement li kellu jsir għall-pulizija u li issa ilu mwiegħed is-snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Mhux ċar għal liema collective agreement qed tagħmel referenza għalih l-Onorevoli Membru. Ninsab infurmat li l-Pulizija, bħal kumplament tal-gradi li jagħmlu parti miċ-Ċivil, għadhom koperti bl-aħħar collective agreement li sar fl-2005 u jiskadi fl-aħħar tal-2010.
miżati uffiċjali għal-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżati uffiċjali għal-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi ta' Transport Malta kemm għal min japplika l-ewwel darba, kif ukoll għal dawk li jerġgħu japplikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-miżati uffiċjali għall-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi ta' Transport Malta kemm għal min japplika u jgħaddi mal-ewwel darba huma:
· € 23.25 Permess sabiex tkun tista’ toħroġ titgħallem fit-triq
· € 30.25 Applikazzjoni għal test tat-teorija
· € 23.25 Applikazzjoni għal test prattiku
· € 19.95 Ħlas għall-ewwel liċenzja valida għal 3 snin
Il-miżati uffiċjali għall-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi ta' Transport Malta għal dawk li jerġgħu japplikaw għal test prattiku huwa ta’ € 23.25.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, mhux jingħata l-mediċina Trental mill-Isptar, li ilha tingħatalu kważi 19-il sena u dan minkejja li l-Konsulent tiegħu ordnahomlu għal fuq il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont ir-records tal-uffiċju tal-kartuna s-safra, l-pazjent huwa ntitolat għal din il-mediċina. Il-pazjent huwa mitlub li jibghat il-kartuna s-safra li skadiet f’Awwissu ta’ din is-sena, u b’hekk il-kartuna l-ġdida tingħatalu. Bil-kartuna s-safra l-ġdida u r-riċetta mingħand t-tabib ikun jista’ jiġbor il-mediċina mill-isptar.
Tista' l- Ministru tgħid x'policy għandu l-gvern għal dawk li huma homeless u m'għandhomx mezzi biex jikru mingħand il-privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jkunu homeless jistgħu japplikaw għall-post alternattiv bil-kera mal-Awtorità tad-Djar. Persuni homeless jkunu mitluba jissottomettu rapport mill-Pulizja li jindka li verament huma homeless u għalhekk jingħataw prijorità fuq applikanti oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18158 u 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiema li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri mil-liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17496.
Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-awtorità li kellha tqis il-merti tal-każ tal-environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu, kif stqarr fit-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari 17219 bid-data tat-8 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità tad-Djar — embellishment u xogħol ta' manutenzjoni fil-housing estates
Question
Peress li ilu ma jsir embellishment u xogħol ta' manutenzjoni fil-housing estates tal-Gvern, f'Ħal Luqa, f'Ħal Farruġ, f'Ħal Qormi u fis-Siġġiewi, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għamlitx xi pjanijiet dwar xogħol ta' embellishment u manutenzjoni ta' dawn il-housing estates? Tista' l-Ministru tgħid:
a) jekk hemmx pjanijiet konkreti;
b) meta se jinbeda x-xogħol; u
ċ) fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-futur qrib l-Awtorita’ tad-Djar ser tniedi skema fejn ser tgħin lil xi Kunsilli Lokali finanzjarjament sabiex itejbu l-istat u l-kwalita’ fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern u l-madwar. Fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tagħmel laqgħat mal-kunsilli u fil-viċinanzi ser tkellem l-isindki u kunsilliera tal-kunsilli elenkati mill-Onor. Interpellant sabiex tagħtihom tagħrif kif ser taħdem u f’hiex tista’ tgħin l-Awtorita’ permezz ta’ din l-iskema. Is-somma allokata ser tinqasam
a. fuq livell Edukattiv/Soċjali u
b. fuq livell Fiżiku tal-blokok tal-Gvern.
Dan qed nagħmluh biex ikun hemm verament reġenerazzjoni mhux biss fuq livell ta’ bini imma anke tal-persuni li jgħixu hemmhekk.
Fir-rigward ta’ għajnuna fiżika, l-Awtorita’ tad-Djar ipproponiet il-manutenzjoni u tisbieħ fil-faċċati, fis-soqfa u fil-partijiet komuni tal-blokok u fil-madwar, aċċesibilta’ adekwata għal Blokok u installazjoni tal-
lifts
dejjem suġġetta għal possibilita’, postijiet ta’ rikreazzjoni għat-tfal ta’ dawn ir-residenzi, faċilitajiet għal parkeġġ, u faċilitajiet oħra neċessarji.
Fir-rigward ta’ livell Edukattiv/Soċjali, l-Awtorita’ tad-Djar ipproponiet li jkun hemm taħriġ edukattiv lir-residenti ta’ kull eta’ f’dawn ir-residenzi, moniterraġ ta’ l-attendenza fl-iskejjel u assitenza fil-
homework,
għajnuna lill-anzjani u kull għan ieħor f’dan ir-rigward li l-kunsilli rispettivi jaħsbu li hemm bżonn fil-lokalita’ rispettiva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjan li jiżviluppa canteen adegwat għal ħaddiema tal-biċċerija u d-distributuri minflok is-suppost canteen limitat li jeżisiti llum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa fil-Biċċerija tal-gvern għaddej eżerċizzju ta’ żvilupp ta’ canteen. Dan l-eżerċizzju qed isir bi skop li jinfetħu aċċessi separati għall-imjegati tal-biċċerija u d-distributuri skont il-kategorija ta’ xogħol li jagħmlu u huwa parti minn strateġija kontinwa biex jitjiebu aktar il-kontrolli fuq il-proċessi tal-iġjene. Nikkonferma wkoll, li hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA għall-alterazzjonijiet li ġew mitluba biex isir dan.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-ħaddiema tal-biċċerija u d-distributuri huma mistennija li jbiddlu qabel jibdew ix-xogħol, fi spazju verament limitat u dan meta din iċ-changing room trid tintuża minn aktar minn mitt ruħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Biċċerija għandha changing rooms separati għall-ħaddiema tal-biċċerija u d-distributuri. Huwa inkorett li wieħed jgħid li dawn iż-żewġ changing rooms huma ta’ spazju limitat kif ukoll li jintużaw minn aktar minn mitt ruħ. Fil-preżent, matul il-ġurnata, fiċ-changing room tal-impejgati tal-biċċerija tintuża minn 32 biċċier, u fiċ-changing room fejn ibiddlu id-distributuri qed tintuża minn madwar 35 ruħ. Ta’ min isemmi ukoll, li dawn iż-żewġ changing rooms huma diġà atrezzati biex jakkomodaw għal aktar persuni.