Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li talbu u ngħataw reduced hours? Kemm hemm impjegati fl-awtorità li talbu u ma ngħatawx reduced hours? X'inhuma l-karigi li fuqhom jingħataw ir-reduced hours? X'inhuma r-raġunijiet ta' dawk li ma ngħatawx reduced hours?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm ħdax-il (11) impjegat fuq reduced hours. Ma saret l-ebda talba għal reduced hours li ma ġietx milqugħa. Ir-reduced hours jingħataw fuq kriterji kif stabbiliti mil-linji gwida li jirregulaw l-family friendly measures.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha konsulenti l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ? Min huma? Xi ħlas, x'allowances u xi fringe benefits jingħataw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw extensions fuq l-età tal-irtirar lill-persuni impjegati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta mis-sena 2008 sal-lum? X'inhuma r-raġunijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mis-sena 2008 sa llum ingħataw erba’ extensions fuq l-eta’ tal-irtirar.
Tlieta min dawn l-
extensions
kienu nisa li laħqu l-eta tal-irtirar ta’ sittin sena u ngħataw
extension
sa l-eta ta’ wieħed u sittin. Il-każ l-ieħor kien jikkonċerna raġel li ngħata
extansion
ta’ xagħrejn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għandhiex policy biex tattira turisti mir-Russja? Jekk iva, x'qed isir? Jekk le, qed tħejji xi policy?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-suq turistiku Russu huwa wieħed rilevanti għal Malta. Fil-fatt fl-ewwel disgħa xhur ta’ din is-sena ir-Russja iġġenerat 19,123 turist, żieda ta’ 29.3% fuq l-ewwel disgħa xhur tas-sena l-oħra. Mil-lat ta’ volum, ir-Russja hija l-ħdax il suq l-aktar voluminuż għal Malta u fost l-akbar mis-swieq li ma humiex fl-Unjoni Ewropeja.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu twettaq
Marketing Plan
wiesgħa fis-suq Russu li jinkludi reklamar, programm ta’ relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet promozzjonali, parteċipazzjoni f’fieri, kif ukoll promozzjoni konġunta mal-operaturi tal-ivvjaġġar.
Ghar-reklamar, matul l-2010 kien hemm budget li ntuża l-aktar
f’full page adverts
fil-
print media
kif ukoll fuq l-internet li attira madwar 33% tal-budget tar-reklamar. Ġeneralment ma dan ir-reklamar ġew negozjati wkoll paġni addizzjonali ta’ nformazzjoni jew
banner adverts
li nkisbu b’xejn b’kumpens għar-reklamar li jkun sar.
Apparti r-reklamar, twettaq ukoll programm sħiħ ta’ relazzjonijiet pubbliċi fuq it-televiżjoni u l-istampa. Matul din is-sena nġiebu 26 ġurnalist Russu lejn Malta. Tintbgħat ukoll medja ta’
press release
fix-xahar lill midja Russa.
Isiru wkoll attivitajiet promozzjonali. Fost dawn ta’ min isemmi bhala ezempji il-Celebrity Endorsement li sar mal-OK! Magazine f’Gunju kif ukoll receptions ghal-operaturi u gurnalisti f’Moska u St Petersburg. Dawn l-attivitajiet jirrizultaw f’exposure qawwi u posittiv ghal Malta.
Ir-Raprezentanza tal-MTA fir-Russja tippartecipa wkoll f’numru sostanzjali ta’ Fieri fir-Russja u pajjizi ohra fir-regjun. Il-lista kompleta tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tinghata wkoll importanza kbira lir-relazzjoni mal-Operaturi tal-Ivvjaggar permezz ta’ numru ta’ attivitajiet promozzjonali.
Fost dawn ta’ min isemmi relamar fuq it-Tourism and Leisure Magazine kwazi kull gimgha li huwa ko-finanzjat bejn l-MTA u operaturi differenti. Apparti dan, dawk l-operaturi li jahdmu b’commitment mat-titjiriet tal-Air Malta jinghataw exposure addizzjonali fuq ir-reklamar li jsir.
Nghinu wkoll lill-Operaturi billi nippublicizzaw l-offerti taghhom permezz tal-websajt www.maltahit.ru . Isir workshop ghall-operaturi fi Frar, kif ukoll jithallew jippartecipaw b’xejn f’numru ta’ fieri.
MTA — Christmas tree fid-daħla tal-Berġa tal-Italja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet il-Christmas tree bl-armar b'kollox, li ġiet armata fid-daħla tal-Berġa tal-Italja, jiġifieri fejn hemm l-uffiċini tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Christmas tree li qed issir referenza għaliha hi l-istess siġra li ntużat fis-sala tal-Meditteran ghall- Konferenzi waqt il-Concero di Natale u li sussegwentement intramat fil-Berġa ta’ l-Italja minflok intremiet.
Id-dekorazzjonijiet għal din is-siġra swew euro 337.79 u dawn ġew merfugħa biex jintużaw is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Health Promotion Unit tafx li uffiċjali għoljin fl-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ipejpu fl-uffiċini tal-impjegati tal-istess Awtorità? Jekk taf, x'passi ħadet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-infurzar tal-liġi li tipprojbixxi it-tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol hija ir-responsabbilta tal-istess intrapriża. F’każijiet bħal dawn id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jew il-Pulizija jidħlu biss meta jkun hemm xi rapport formali ta’ ksur tal-liġi. Ninsab infurmat li d-Direttorat ma rċieva l-ebda rapport ta’ din in-natura.
MTA — lista ta' diretturi, senior managers u managers
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-diretturi, senior managers u managers u x-xogħol fil-kompitu tagħhom fi ħdan l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jista' jgħid x'inhuma s-salarji tagħhom, kif ukoll fringe benefits u allowances?
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw lill-impjegati tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta mis-sena 2008 sal-lum, skont id-dati ta' meta ngħataw, il-karigi, l-impjegati partikolari u r-raġuni għalxiex ingħataw?
Jista' l-Prim Ministrun jgħid jekk il-kunċert tal-MTV hux se jerġa' jittella' din is-sena? Jekk se jittella' kemm se jiġi jiswa? Kemm swew il-kunċerti li ttellgħu fis-snin li għaddew, wieħed wieħed, skont is-sena? Jista' jgħid x'riżultat inkiseb għan-nefqa li saret? Kif ġie kkalkulat ir-riżultat?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Media Consulta ingħatatx xi xogħol matul is-sena 2010 mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, x'xogħol ingħatat u kemm tħallset biex għamlet dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu Ernst & Young għax-xogħol fuq l-istrutturar u r-rescue plan tal-Air Malta? Kif qed jitħallsu bħala kuntratt sħiħ, jiġifieri sakemm jitlesta x-xogħol jew fuq bażi ta' perjodu, per eżempju, xahar? X'inhuwa l-kuntratt li ngħataw i.e. x'jinkorpora f'termini ta' xogħol, x'terms of reference ngħataw, eċċ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22407.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha dgħajsa li hija kbira 17-il pied u mgħammra b'magna ta' 1.8 hp u bi break hp ta' 54, jistax ikabbar il-magna ta' din id-dgħajsa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-permessi għat-tkabbir tal-magni fuq dgħajjes mhux marbut mat-tul iżda mal-kategorija tal-bastiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22176 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 20340 u jgħid jekk jikkonsidrax li wasal iż-żmien li tinbidel il-policy biex il-gvern ma jibqax jabbuża minn min hu l-iktar vulnerabbli u kulmin hu intitolat għal xi mediċina li tkun out of stock din għandha jew tinxtralu mill-gvern jew inkella jingħata l-flus li jkun nefaq, peress li għadda xahar u l-informazzjoni għadha ma ngħatatx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20991 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx Environmental Impact Assessment fuq l-iżvilupp ta' ground tal-football fi Triq Ħal Farruġ, Luqa u fejn biex dan il-ground jinbena, se jkollha tiġi kklerjata area sħiħa ta' siġar li huma buffer għall-area residenzjali ta' Ħal Farruġ li hija mdawwra minn Industrial Estate, batching plant, scrapyard, industriji oħra u ajruport li żgur li jħalli effett ta' emissjonijiet fl-arja għad-detriment tal-mijiet ta' familji li jgħixu fiż-żona? Jekk sar dan l-Environmental Impact Assessment, jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta se jsir u jekk l-iżvilupp hux se jsir qabel ma jkun hemm l-esitu ta' Environmental Impact Assessment?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20832 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex policy biex tattira turisti mir-Russja? Jekk iva, x'qed isir? Jekk le, qed tħejji xi policy?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suq turistiku Russu huwa wieħed rilevanti għal Malta. Fil-fatt fl-ewwel disgħa xhur tas-sena 2010, ir-Russja iġġenerat 19,123 turist, żieda ta’ 29.3% fuq l-ewwel disgħa xhur tas-sena ta’ qabel. Mill-lat ta’ volum, ir-Russja hija l-ħdax il-suq l-aktar voluminuż għal Malta u fost l-akbar mis-swieq li ma humiex fl-Unjoni Ewropeja.
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu twettaq
Marketing Plan
wiesgħa fis-suq Russu li jinkludi reklamar, programm ta’ relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet promozzjonali, parteċipazzjoni f’fieri, kif ukoll promozzjoni konġunta mal-operaturi tal-ivvjaġġar.
Għar-reklamar, matul l-2010 kien hemm
budget
li ntuża l-aktar
f’full page adverts
fil-
print media
kif ukoll fuq l-internet li attira madwar 33% tal-
budget
tar-reklamar. Ġeneralment ma’ dan ir-reklamar ġew negozjati wkoll paġni addizzjonali ta’ informazzjoni jew
banner adverts
li nkisbu b’xejn b’kumpens għar-reklamar li jkun sar.
Apparti r-reklamar, twettaq ukoll program sħiħ ta’ relazzjonijiet pubbliċi fuq it-televiżjoni u l-istampa. Matul din is-sena nġiebu 26 ġurnalist Russu lejn Malta. Tintbgħat ukoll medja ta’
press release
fix-xahar lill-media Russa.
Isiru wkoll attivitajiet promozzjonali. Fost dawn ta’ min isemmi bħala eżempji s-
Celebrity Endorsement
li sar mal-OK! Magazine f’Ġunju kif ukoll
receptions
għall-operaturi u ġurnalisti f’Moska u St Petersburg. Dawn l-attivitajiet jirriżultaw f’
exposure
qawwi u pożittiv għal Malta.
Ir-Rappreżentanza tal-MTA fir-Russja tipparteċipa wkoll f’numru sostanzjali ta’ Fieri fir-Russja u pajjiżi oħra fir-reġjun. Il-lista kompleta tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tingħata wkoll importanza kbira lir-relazzjoni mal-Operaturi tal-Ivvjaġġar permezz ta’ numru ta’ attivitajiet promozzjonali.
Fost dawn ta’ min isemmi reklamar fuq it-
Tourism and Leisure Magazine
kważi kull ġimgħa li huwa ko-finanzjat bejn l-MTA u operaturi differenti. Apparti dan, dawk l-operaturi li jaħdmu b’
commitment
mat-titjiriet tal-Air Malta jingħataw
exposure
addizzjonali fuq ir-reklamar li jsir.
Ngħinu wkoll lill-Operaturi billi nippubliċizzaw l-offerti tagħhom permezz tal-websajt www. Maltahit.ru. Isir
workshop
għall-operaturi fi Frar, kif ukoll jitħallew jipparteċipaw b’xejn f’numru ta’ fieri
environmental impact assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19539, 18558 u 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' CEO u ta' Commercial Director tal-Air Malta bħalissa? Kemm qed jitħallas, f'termini ta' paga, allowances u perks oħra? X'kuntratt għandu? X'terms of reference għandu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22407.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-role tac-Chairman tal-Air Malta fil-kuntest tar-restructuring u r-rescue plan li qed issir għal kumpanija? Ingħata kuntratt differenti minn meta nbeda dan ix-xogħol? Jekk iva, x'inhu u x'terms of reference għandu? Jekk le, x'inhuma t-terms of reference tiegħu? X'qed jingħata bħala ħlas, allowances u perks oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-irwol taċ-Chariman huwa dak ta’ Executive Chariman tal-Kumpanija u kif ukoll tal-Executive Structure tal-Kumpanija u tal-Bord tad-Diretturi.
L-ebda kuntratt ġdid ma ngħata minn meta beda r-ristrutturar tal-Kumpanija.
Ir-remunerazzjoni taċ-Chairman u kif ukoll taċ-Chairmen l-oħra hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
*Vide PL 6610 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 1 ta' Marzu 2011 f'Seduta 320
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-membri tal-management fl-Air Malta li għadhom fl-impjieg, wara t-tneħħija ta' xi wħud mill-membri tal-management li kien hemm qabel ġiet ingaġġata l-kumpanija Ernst & Young?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-responsabilta tat-tmexxija tal-kumpanija hija vestita fil-Bord tad-Diretturi.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm tħallas l-Air Malta għall-użu tal-
call centre
;
b) kemm għamlet qligħ il-call centre;
ċ) kemm kien jiġi jiswa l-istess xogħol meta kien isir mill-ħaddiema tal-Air Malta;
d) kemm qed isir bejgħ għall-Air Malta (f'persentaġġ) mill-call centre?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u mhux fl-interess tal-kumpanija li tipproduċi din l-informazzjoni.