Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — dipartimenti - konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti f'kull wieħed minn dawn id-dipartimenti fl-Isptar Mater Dei: a) mediċina; b) kirurġija; ċ) pedjatrija; d) obstetrija; e) ġinekoloġija; u f) psikjatrija? Kemm huwa n-numru average ta' pazjenti li kull wieħed minn dawn il-konsulenti jara fid-Dipartiment tal-Outpatients kull ġimgħa u kemm-il sodda għandu konsenjata lilu kull konsulent?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — xiri ta' magni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw magni, tagħmir u affarijiet oħra ġodda minn mindu beda jopera l-Isptar Mater Dei? Fiex jikkonsistu dawn l-affarijiet u x'kienet l-ispiża tal-gvern għal kull biċċa apparat jew magna jew tagħmir ieħor?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

impjieg ta' care workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li l-gvern jimpjega care workers direttament miegħu u mhux permezz tal-kuntrattur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma hemm l-ebda vakanzi approvati ta’ care workers fil-Capacity Building Exercise li ġie approvat fl-2010. Il-Capacity Building Exercise għas-snin 2011-2012 qed jigi diskuss.

Kundizzjonijiet ta' care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet u indaġni dwar il-kundizzjonijiet u pagi tal-ħaddiema li jaħdmu bħala care workers mal-kuntratturi u jagħtu s-servizz tagħhom lill-istituzzjonijiet tal-istat? Jekk saru dawn l-ispezzjonijiet, kemm saru minnhom u x'irriżulta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

anticoagulant therapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru (average) ta' pazjenti li qegħdin fuq anticoagulant therapy li jmorru l-Isptar Mater Dei kull xahar biex jiċċekkjaw id-demm (INR = International normalised ratio)? Kemm huwa stmat li jiswa finanzjarjament lil dan id-dipartiment kull xahar u kemm jiswa kull test fil-laboratorju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul is-sena 2010, kien hemm 21,765 każ ta’ pazjenti fuq anticoagulant therapy li marru l-isptar Mater Dei biex jiċċekkjaw id-demm permezz tat-test INR. Dan ifisser medja ta’ 1,814 fix-xahar (tinkludi repeated attendances). Din il-medja titla’ għal 5443 test fix-xahar meta wieħed jikkunsidra it-tests kollha tal-INR li jsiru fil-Mater Dei inklużi dawk li jiġu riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa. Kull test huwa stmat li jiswa €5. Dan ifisser li l-ispiża għal dan it-tip ta’ test hija ta’ madwar €27,000 fix-xahar.

Dipartiment tas-Saħħa — health centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jonfoq biex il-health centres jibqgħu miftuħin għall-pubbliku anke matul il-lejl u x'inhuwa n-numru ta' pazjenti li jirrikorru għall-għajnuna f'dawn l-istess health centres mill-5.00pm sa 12.00am u mill-12.00am sat-8.00am?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ispiża medja biex id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja jħalli t-tlett l-health centres tal-Furjana, Mosta u Raħal Ġdid miftuħin kull jum għall-pubbliku bejn it-8.00 p.m. u 8.00 a.m. hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Din l-ispiża tinkludi salarji ta’ security officers, tobba, infermiera u health assistants. Ċentru tas-Saħħa Rati normali ta’ matul il-Ġimgħa € Rati bejn is-Sibt u l-Ħadd * € Furjana 1,355.52 1,903.20 Mosta 1,233.60 1,754.16 Paola 1,355.52 1,903.20 * Din ir-rata tinkludi 4 siegħat xogħol is-Sibt mit-8.00 p.m. sa nofs il-lejl u 8 siegħat il-Ħadd bejn nofs il-lejl u t-8.00 a.m. Il-medja ta’ pazjenti li jirrikorru għall-għajnuna kuljum fiċ-ċentri tas-saħħa għax-xhur ta’ Jannar u Frar 2011, bejn il-5.00 p.m. u nofs il-lejl u minn nofs il-lejl sat-8.00 a.m. huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt: Centru tas-Saħħa Numru ta’ Pazjenti li Attendew Kuljum Bejn ( average ) 5.00 pm – 12.00 am Numru ta’ Pazjenti li Attendew Kuljum Bejn ( average ) 12.00 am – 8.00 am Bormla (Miftuħ sa 8p.m)* 6 xejn Furjana (Miftuħ 24 siegħa) 79 10 Gżira (Miftuħ sa 8p.m)* 8 xejn Mosta (Miftuħ 24 siegħa) 67 20 Paola (Miftuħ 24 siegħa) 130 26 Qormi (Miftuħ sa 8p.m)* 5 xejn Rabat (Miftuħasa 8p.m)* 5 xejn * Bejn il-5.00 p.m u t-8.00 p.m ikun hemm biss servizz ta’ nfermiera.

Sptar Mater Dei — professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti kategorija, kategorija jaħdmu: a) fl-Isptar Mater Dei; u b) fil-health centres? Kemm minnhom għandhom permess biex jaħdmu privat? Kemm minnhom jaħdmu full-time mal-Gvern u allura ma jistgħux jagħmlu xogħol privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nies li jirċievu l-pensjoni — Guaranteed National Minimum Pension

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu implimentati Artikli 26 u 50A ta’ Kapitlu 318 fejn skont l-emendi ta’ Att nru. XIX tal-2006 huwa specifikat li titħallas il-Guaranteed National Minimum Pension lil dawk li twieldu wara l-31 ta’ Dicembru 1961 u li jircievu l-Pensjoni tal-Invalidità jew il-Pensjoni Minima Nazzjonali kif ukoll lir-romol tagħhom jekk ikun il-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, qed isir ix-xogħol kollu preparatorju biex dawk il-pensjonanti li twieldu fl-ewwel ta’ Jannar 1962 jew wara u qed jirċievu pensjoni minima nazzjonali, jitħallsu r-rata rispettiva tal- Guaranteed National Minimum Pension. Dawn jinkludu pensjonanti li jirċievu pensjoni tal-invalidità, kif ukoll pensjonijiet tar-romol.

Kuntratt bejn l-MIA u l-Kumpanija Awstrijaka

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Gvern għamel mal-Malta International Airport, jigifieri meta għadda l-Ajruport ta' Malta lil kumpanija Awstrijaka?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

fuel li jintuża għall-burners industrijali

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-fuel li jintuża għall-burners industrijali qed ikun tal-istess kwalità u tajjeb għall-makkinarju? Jista' l-Ministru jassigura li dan il-fuel m'għandux emissions li jagħmlu ħsara lin-nies? Jista' jgħid x'testijiet qed isiru biex jassigura dan kollu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fjuwil li jitqassam mill-Enemalta għall-użu fil-burners industrijali huwa tal-istess kwalità li jintuża mill-Enemalta fl-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħha. Dan il-fjuwil huwa kopert b’ċertifikati ta’ kwalità. Għalhekk nista’ nassigura lill-Onorevoli Interpellant li dan il-fjuwil huwa ta’ kwalità tajba.

'Ħal Qormi — Industrial Estate - tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-Industrial Estate tal-Ħandaq f'Ħal Qormi, jinsab mimli ħmieġ u dan għaliex it-toroq qatt ma jitnaddfu? Jista' jgħid x'passi se jieħu biex isir it-tindif meħtieġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill Onorevoli Interpelant li tindif fiż-Żoni Industrijali kollha jaqa' taħt ir-responsabiltà tal-Malta Industrial Parks u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Sptar Mater Dei — vjaġġi tal-ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma stmati l-ispejjeż li tagħmel ambulanza għall-vjaġġ minn u lejn l-Isptar Mater Dei? Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu kollox, jiġifieri, pagi ta' personnel, fuel, użu, deprezzament tal-vettura, eċċ.?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ispejjeż konnessi ma' vjaġġ wieħed tal-ambulanza minn u lejn l-Isptar Mater Dei huma medja ta’ €57.50. Dawn l-ispejjeż jinkludu kollox, jiġifieri, pagi ta’ personnel, fuel, użu, deprezzament tal-vettura, eċċ.

Taqsima tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pazjenti li marru fit-taqsima tal-emerġenza f'dawn l-aħħar tliet snin? In-numru għandu jkun tabulat xahar b'xahar.

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Ta’ min jinnota li d-data provduta tirrifletti n-numru ta’ attendenzi u mhux in-numru ta’ pazjenti għaliex jista’ jkun li pazjent ikun attenda d-Dipartiment tal-Emerġenza aktar minn darba. Xahar Attendenzi 2008 Attendenzi 2009 Attendenzi 2010 Total ta’ Attendenzi Jannar 9281 8671 8350 26302 Frar 8562 7652 7578 23792 Marzu 9330 8630 8481 26441 April 9126 8120 8606 25852 Mejju 9313 8748 9512 27573 Ġunju 8878 8313 9030 26221 Lulju 9186 8554 9764 27504 Awwissu 9163 9169 10229 28561 Settembru 8255 8167 8690 25112 Ottubru 8523 8494 9134 26151 Novembru 8386 8514 8944 25844 Diċembru 8904 8407 8784 26095 Total 106,907 101,439 107,102 315,448

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjonjiet fuq supermarkets

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet qed isiru mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà f'supermarkets kbar biex ikun assigurat li l-operat u l-faċilitajiet li għandhom huma konformi mar-regolamenti u l-leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà? Jista' jgħid kemm-il spezzjoni saret u fejn saru matul is-sena 2010? Jekk kienx hemm ksur ta' regolamenti? Jekk dawn il-postijiet tax-xogħol għandhomx uffiċjali appuntati għas-saħħa u sigurtà kif tipproponi l-liġi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħal ma jiġri għal kull settur industrijali ieħor, l-awtorità torganiżża wkoll spezzjonijiet f’supermarkets, kemm kbar u kif wkoll żgħar. Dawn l-ispezzjonijiet isiru kemm wara li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tkun irċiviet ilment kif ukoll bħala parti minn kampanja ta’ spezzjonar li tkun qed tindirizza qasam speċifiku - eżempju wieħed ta’ kampanji ta’ spezzjoni li saru matul l-2009 u l-2010 huwa dak tal-Manual Handling Campaign li ndirizzat l-irfiegħ u t-tqandil manwali, fejn kienu spezzjonati 52 supermarket u retail outlet ieħor, inklużi mini-markets. Barra din il-kampanja saru 14 il-spezzjoni matul l-2010, sitta wara lmenti li rċeviet l-OHSA, u tmienja ta’ rutina. Dawn l-ilmenti kienu jittrattaw xogħol bil-wieqfa minn kaxxiera, u każ ieħor relatat mal-użu ta’ trolleys (li kienu qed jitilgħu fuqhom il-ħaddiema, għalkemm it-trolleys mhux iddisinjati għalhekk) – dawn il-każijiet ġew riżolti wara l-intervent tal-OHSA. Fejn instabu nuqqasijiet żgħar, inħarġu rakkomandazzjonijiet, waqt li nuqqasijiet iktar serji jkunu ttrattati skont l- Enforcement Policy tal-awtorità. L-Awtorita’ tara wkoll li ċertifikazzjoni ta’ apparat, magni, u impjanti stallati f’ supermarkets u li huwa meħtieġ li jsir skont il-liġi, isir kif suppost. Kemm l-Att Prinċipali kif ukoll l-Avviż Legali 36 tal-2003 jippermettu li f’ postijiet tax-xogħol ma jkunx hemm rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta, basta l-ħaddiema kollha jkunu kkonsultati dwar materji ta’ saħħa u sigurta’.

uffiċjali pubbliċi — salary scale 7 -

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk uffiċjali pubbliċi li bis-saħħa ta’ kuntratt li għandhom qegħdin f’salary scale 7 jew iżjed u li huma designated bħala officer in scale 7 jew iżjed, iżda li s-substantive appointment tagħhom hu inqas minn scale 7 humiex meqjusin bħala senior public officers u għaldaqstant intitolati sabiex japplikaw għal headship positions f'pożizzjoni ta' Direttur taħt Artiklu 110 tal-Kostituzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onor.Interpellant li r-rekwiżiti biex applikant għal kariga għolja ikun uffiċjali pubbliku anzjan ma taplikax għall-pożizzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali li jaqgħu taħt l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni, iżda tapplika biss għall-karigi ta’ Kap ta’ Dipartiment li huma elenkati fit-tieni kolonna tat-tieni skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u bħala tali huma regolati bl-artiklu 92(4) tal-Kostituzzjoni. Skond l-artikolu 9(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika ġie speċifikat li persuna li serviet għal perjodu ta sitt snin konsekuttivi f’ pożizzjoni jew pożizzjonijiet fis-Servizz Eżekuttiv Anzjan tiġi kkunsidrata bħala uffiċjal pubbliku anzjan. Fir-rigward ta’ pożizzjonijiet ta’ Direttur jew Direttur Ġenerali li jaqgħu taħt l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni, barra l-persuni kkunsidrati uffiċjali pubbliċi anzjani kif spjegat aktar ‘l fuq, dawk l-uffiċjali li għandhom ħatra ta’ Officer in Scale 7 jew ogħla jitqiesu li huma eliġibli u għalhekk jistgħu japplikaw.