Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-Dipartiment biex iċ-Ċimiterju ta' Maria Addolorata f'Raħal Ġdid jitnaddaf mill-ħmieġ u ż-żibel li hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sitwazzjoni tal-indafa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata mhijiex fi stat kif qed jiġi deskritt mill-Onor. Interpellant. Tant li t-tindif bħal dak it-tindif tal-fjuri niexfa u l-kontenituri tax-xemgħa, kif ukoll il-knis tat-toroq u passaġġi jsir b’mod regolari mill-ħaddiema tat-taqsima tat-tindif fi ħdan it-Taqsima Amministrazzjoni Tad-Dfin ġewwa l-istess ċimiterju. Madankollu, kull azzjoni qiegħda tittieħed sabiex fil-partijiet taċ-ċimiterju fejn hemm il-ħaxix ħażin, dawn jiġu mnaddfa kif jixraq lil dan il-post.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li trid tkun segwita biex kumpanija jkollha l-permessi meħtieġa biex tiġbor l-iskart li jista' jiġi riċiklat? Fejn trid tapplika? X'inhuma r-rekwiżiti biex jingħata dan il-permess? Xi ħlasijiet hemm f'tariffi għall-għoti ta' dan il-permess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-responsabbilta' tal-ħruġ ta' dawn il-permessi jaqgħu taħt il-MEPA. Għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Membru tindirizza l-mistoqsija tagħha kif indikat.
prezzijiet ta' mediċini, prodotti u servizzi fil-qasam tas-saħħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-prezzijiet ta' mediċini, prodotti u servizzi fil-qasam tas-saħħa huma ogħla f'pajjiżna minn dawk fl-Unjoni Ewropea?
X'inhuma r-raġunijiet individwalment skont l-items li qed jingħataw separatament, għaliex bejn is-sena 2008 u s-sena 2010 hemm din id-differenza bejn il-prezzijiet tal-items, f'pajjizna għal dawk fl-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-każ tal-prezzijiet tal-mediċina iż-żieda hija inqas mill-medja Ewropeja. Dan huwa l-frott tal-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam biex jara li l-prezzijiet ikunu mal-medja Ewropeja.
Ta’ min jgħid li ħafna mis-servizzi jingħataw b’xejn mill-Gvern u għalhekk il-pazjent Malti juża s-servizzi b’xejn li joffri l-Gvern.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - tibdil fil-pjanijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex it-Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi li oriġinarjament kienet ippjanata li tiġi tinfed ma' area magħrufa bħala ta' l-Erba' Qaddisin f'Ħal Qormi u b'hekk tiffaċilità t-triq tal-ilma tax-xita li jagħti għall-wied, illum dawn il-pjanijiet inbidlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi m’għandu l-ebda informazzjoni dwar xi pjanijiet biex Triq Amleto Spiteri titniffed mal-area magħrufa bħala ‘tal-Erba’ Qaddisin’. Dan is-suġġeriment ma jidhirx li kien inkluż fid-Draft Central Malta Local Plan ta’ Lulju 2002, u ma kienx inkluż fid-dokument finali tas-Central Malta Local Plan għal Ħal Qormi.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - tneħħija ta' ħmieġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-parti tal-wied li jiġi fl-aħħar parti tat-Triq Amleto Spiteri u dan għaliex il-ħmieġ akkumulat qed jippreżenta riskju kull meta tagħmel ix-xita għaliex ifixkel il-mixja tal-ilma?
latrini pubbliċi — offerta lil xi kuntrattur - impjegati tas-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15439 u jgħid x'qed isir mill-impjegati tas-servizz pubbliku u li ħafna minnhom huma persuni b'diżabilità li jieħdu ħsieb il-latrini meta dawn l-istess latrini pubbliċi jingħataw b'offerta lil xi kuntrattur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kull meta l-lattrini pubbliċi jiġu mgħoddija lil-kunsill lokali, l-impjegati tal-Cleansing Directorate (CSD) jiġu redployed f’latrini pubbliċi oħra li jaqgħu taħt dan id-direttorat bl-istess doveri li kellhom qabel.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - konġestjoni ta' traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqfu l-pjanijiet li Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi li oriġinarjament kellha tinfed mal-area magħrufa bħala tal-Erba Qaddisin biex tiffaċilità anke d-dħul u l-ħruġ tat-traffiku mill-qalba ta' Ħal Qormi, llum dawn il-pjanijiet inbidlu u sussegwetement qed ikun hemm konġestjoni sħiħa ta' traffiku f'toroq sekondarji bħal, per eżempju Triq Ġorġ u Triq l-Għoxrin ta' Jannar, partikolarment fir-rush hours tax-xogħol? Ghaldaqstant jista' l-Ministru juża' l-esperti tat-traffiku biex jerġa' jsir l-istudju meħtieġ biex Triq Amleto Spiteri tinfetaħ u jiġi faċilitat it-traffiku kif ukoll l-emissjonijiet fl-arja li qed joħolqu riskju serju għas-saħħa tar-residenti Qriema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - inġenji mitluqin
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed l-azzjoni biex inġenji li ilhom is-snin mitluqin u bla liċenzja fil-parti t'isfel ta' Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi u li huma ta' periklu minn diversi lati, bħal per eżempju qed joffru kenn biex isir abbuż mid-droga u attentati ta' serq, qed jimblukkaw il-mixja tal-ilma tax-xita u bl-ilmijiet kbar ta' xita li jgħaddu minn din l-parti li hija wied, dawn l-inġenji jistgħu jimblukkaw din il-bokka tal-wied? Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex dan il-periklu jingħeleb u meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru mhuwiex responsabbli għat-tneħħija ta' vetturi abbandunati. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Servizz Ċivili — post ta’ Director General, Director u Assistant Director
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ vakanzi fil-post ta’ Director General, Director u Assistant Director fis-Servizz Ċivili minn Jannar 2009 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull post ta’ Director General, Director u Assistant Director fid-dipartment li għalihom saru sejħiet għall-applikazzjoni u meta mtlew dawn il-pożizzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tintbgħat f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Gvern għamel mal-Malta International Airport, jigifieri meta għadda l-Ajruport ta' Malta lil kumpanija Awstrijaka?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24422.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24392 u għat-twegiba sussegwenti, tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun il-Guaranteed National Minimum Pension u jekk il-Guaranteed National Minimum Pension hux se jkun ogħla min-National Minimum Pension? Ma jidhirlux il-Gvern li se tkun qed issir inġustizzja ma' dawk li twieldu qabel l-1962 u li r-riforma tas-sena 2006 saret bl-addoċċ u allura l-liġi għandha tiġi emendata immedjatament biex kulħadd jieħu l-Guaranteed National Minimum Pension?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed jiġi finalizzat ix-xogħol neċessarju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jiġi stabbilit kemm se tkun ir-rata tal-Pensjoni Minima Garantita li ser titħallas din is-sena lil dawk il-pensjonanti li twieldu fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, nista nikkonferma li skont l-informazzjoni li hemm disponibbli sa issa, jidher li ser tkun ogħla mir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali kurrenti.
Tajjeb li nfakkar li fir-riforma ta’ l-2006 il-parametri tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali inbidel l-aktar għal dawk li twieldu wara l-31 ta’ Diċembru 1961 fejn mhux biss żdiedet l-età tal-pensjoni minn 61 sena għal 65 sena, iżda nbidel ukoll l-ammont ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet li fuqhom tkun ibbazata l-pensjoni kif ukoll l-mod li bih jiġi stabbilit id-dħul pensjonabbli. Kien għalhekk maħsub fir-riforma li minħabba dawn il-bidliet għal din il-kategorija fejn ser ikollhom jirtiraw wara u ser ikollhom iħallsu aktar snin kontribuzzjonijiet li jkollhom pensjoni minima garantita fuq livell ogħla minn dik prezenti.
Tajjeb ukoll jingħad li r-riforma ta’ l-2006 saret wara studji li saru minn diversi esperti (inkluz esperti tal-Bank Dinji) kif ukoll wara diversi xhur ta’ konsultazzjonijiet ma’ l-istakeholders kollha involuti. Għalhekk żgur ma jistax jingħad li r-riforma saret bl-addoċċ.
Wieħed ukoll irid jieħu nkonsiderazzjoni l-fatt li bl-istess riforma tal-2006 saret emenda fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li tizgura li d-diskussjoni dwar il-Pensjonijiet tibqa’ fuq l-aġenda tal-pajjiż peress li kull ħames snin jrid isir rapport strateġiku dwar is-sistema tal-pensjonijiet li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infatti fl-14 ta’ Diċembru li għadda dan ir-rapport tpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra u bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Dan ir-rapport fost ħwejjeġ oħra jikkonferma li r-riforma tal-2006 ħalliet impatt posittiv fir-rigward tas-sistema pensjonistika Maltija u li l-miżuri meħuda b’dik ir-riforma tejbu l-projections li qed isir għal futur tas-sistema tal-pensjonijiet Maltija. Dan jixhed l-inpenn u s-serjetà ta’ dan il-gvern fir-rigward tal-iskema pensjonistika ta’ pajjiżna għal pensjonanti ta’ issa u tal-futur.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-flus ivvotati fl-aħħar budget li kellhom jiġu użati mill-gvern biex jitnaqqsu l-waiting lists? Kemm tlaħħaq iċ-ċifra li ntnefqet għal dan il-għan? Kif intnefqet u fiex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm persuni huma komposti l-waiting lists għal:
a)
hip replacement
;
b) knee replacement; u
ċ) arthroscopy?
Jista' jgħid jekk il-Gvern hux lest li jikkunsidra li jagħti b'xejn prosthesis lil kulmin jitħajjar jagħmel l-operazzjoni fi sptar privat, biex inaqqas il-waiting list, ġaladarba l-Gvern xorta waħda joħroġ l-ispiża għall-prosthesis meta l-operazzjonijiet isiru fl-isptarijiet governattivi? X'inhu jimpedi lill-Gvern milli jasal fi ftehim mal-isptarijiet privati bil-ħsieb li jnaqqas bil-kbir dawn il-waiting lists u hekk inaqqas it-tbatija, is-sofferenzi u l-uġiegħ kontinwu ta' tant pazjenti, kif ukoll itaffi l-piżijiet u l-inkonvenjenzi fuq il-qraba tal-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-kattarretti bħalissa? Kemm ilu/ilha jistenna l-ewwel persuna li ġiet irreġistrata fuq din il-waiting list? X'passi konkreti ħa l-Ministeru tas-Saħħa biex inaqqas din il-waiting list? Jista' jinforma lil din il-Kamra jekk il-Gvern għamilx xi tentattivi biex jidħol fi ftehim ma' sptarijiet u/jew kliniċi privati bil-għan li jnaqqas din il-waiting list u jekk kien hemm, fil-fatt it-tali tentattivi, għaliex għadu ma sar ebda ftehim? Jekk sar ftehim, x'tip ta' ftehim kien u tista' titqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi tat-tip ċesarja fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ interventi tat-tip ċesarja li saru fl-aħħar għaxar snin sena b’sena huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Interventi tat-tip
ċesarja
2001
926
2002
914
2003
1039
2004
1048
2005
1165
2006
1329
2007
1243
2008
1263
2009
1194
2010
1250
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru twelid fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu ċittadini Maltin u kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ twelid fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u kemm minn dawn kellhom nazzjonalità Maltija jew barranija huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Twelidijiet fl-isptarijiet tal-gvern skond in-Nazzjonalita ta’ l-omm.
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
Maltese
3729
3374
3372
3417
3328
3305
3300
3339
3620
3627
3511
Non Maltese
158
136
156
223
217
218
260
266
355
328
303
Total
3887
3510
3528
3640
3545
3523
3560
3605
3975
3955
3814
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li tiswa finanzjarjament investigazzjoni bl-MRI kollox inkluż, jiġifieri diġitali, elettriku, ilma, hardware, speċjalisti, nurses, paramediċi, oħrajn, diprezzamenti u investigazzjoni kapitali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-Avviż Legali Nru 201 tal-2004 il-ħlas li għandu jintalab għal kull investigazzjoni tal-MRI għal dawk il-pazjenti li ma jikkwalifikawx għas-servizzi ta’ saħħa b’xejn huwa €698.81.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inductions of labour fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ “inductions of labour” li saru fl-aħħar għaxar snin sena b’sena huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Deliveries reported by “
Induction of labour”
2001
1565
2002
1527
2003
1554
2004
1456
2005
1374
2006
1427
2007
1372
2008
925*
2009
1268
2010
1124
*
Fis-sena 2008, kien hemm diffikultajiet li damu xi ftit xhur, li fihom l-informazzjoni dwar ‘
inductions
’ ma nġabritx b’mod regolari bħas-soltu. Ir-reġistru tat-twelidijiet (NOIS) qiegħed iwettaq
audit
matul is-sena 2011 sabiex jevalwa u jikkoreġi din il-figura għas-sena 2008. Il-figura hija mistennija li tkun qrib dik tas-sena ta’ qabel u ta’ wara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti/professjonisti jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u/jew f'xi sptar/diviżjoni/klinika tad-Dipartiment tas-Saħħa li għalqu l-61 sena? F'liema dipartiment iservu dawn? Xi kriterji jintużaw biex ċerti konsulenti/professjonijisti jkollhom il-kuntratt imġedded wara l-61 sena u oħrajn le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.