Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni għas-servizz tad-dawl fil-garage li jinsab fl-indirizz li qed jidher separatament, għadha ma ġietx proċessata u konkluża mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar wara kważi xahrejn u nofs? Dan meta dan il-garaxx huwa serviced bl-ilma u snin ilu kellu s-servizz tad-dawl ukoll, meta saret l-ispezzjoni minn uffiċjal tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u saru diversi enquiries ma' uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-dewmien kien ikkawzat mill-applikant stess peress li l-ewwel kellu jottempora ruħu mal-ligi sabiex iwaqqaf użu illegali tal-post fejn kien qed jintuża għal bejgħ ta' vetturi mingħajr permess. Barra minn hekk, kellu jemenda l-pjanti sottomessi sabiex dawn isiru jaqblu ma' kif jeżisti l-bini. Is-sitwazzjoni ġiet regolarizzata mingħajr il-ħtiega t'azzjoni t'infurzar. Iżda peress ukoll li l-applikant kien naqas jipprovdi kopja tal-permess oriġinali tal-bini, kellhom isiru investigazzjonijiet interni mill-Awtorita` sabiex jiġi stabbilit jekk il-permess filfatt qattx eżista. Għalkemm ma ġiex rintraċċat fl-arkivji tal-Awtorita, minn evidenza u dokumentazzjoni ulterjuri jirriżulta li permess veru eżista u għall-fatt li l-post kien diġa fornut bis-servizz, l-Awtorita` ser toħrog notifika uffiċċjali lill-entitajiet konċernati fejn jiġi spjegat li l-Awtorita' ma ssibx oġġezzjoni li l-post jiġi fornut bis-servizzi meħtiega, pero` dan mingħajr preġudizzju ta' xi azzjonijiet ulterjuri li jistgħu jittieħdu fl-eventwalita` li jinstab il-permess u l-bini jirriżulta mhux mibni kif approvat.
Pazjenti — operazzjonijiet tal-kataretti fi kliniki privati
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-kriterji li bihom se jintgħażlu l-pażjenti biex jagħmlu l-kataretti fi klinika privata a spejjeż tal-gvern? Liema konsulenti se joperaw fuq il-katarretti fil-kliniċi privati? Il-pazjent li jintgħażel biex jagħmel il-katarretti fi klinika privata, dan se jibqa' taħt il-konsulent li kien għażel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kriterju prinċipali li biħ qegħdin jintgħazlu l-pazjenti biex jagħmlu l-operazzjoni tal-kataretti fi kliniċi privati huwa ż-żmien ta’ kemm ilhom jistennew biex jingħataw is-servizz. Min ilu jistenna l-aktar jinqeda’ l-ewwel.
Il-Gvern għamel kuntratti ma’ kliniċi privati liċenzjati għalhekk huwa l-obbligu tal-kliniċi rispettivi sabiex is-servizz jingħata.
Prodott Gross Domestiku — spiża totali għas-settur tas-saħħa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26612, jista' l-Ministru:
a) jaqsam l-ispiża ikkwotata fil-mistoqsija parlamentari 26612 f'spiża pubblika u f'dik privata għas-settur tas-saħħa;
b) jelenka l-ispiża pubblikata għal Malta u Għawdex b'mod separat; u
ċ) jispjega l-figuri kkwotati ma' dawk li qed jidhru fil-Financial Estimates ippreżentati mill-gvern fl-aħħar budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi standards hemm stabbiliti fid-djar tal-anzjani privati? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istandards? Jista' jgħid jekk hux permess li f'xi djar privati għall-anzjani la ssib servizz ta' physiotherapist u lanqas speech therapist? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji li qed jintużaw fl-għażla ta' dawk l-anzjani li l-gvern qed jibgħathom fi djar privati tal-anzjani u jissussidja l-miżata? Liema huma dawn id-djar tal-anzjani privati li qed jibbenefikaw minn din l-iskema tal-gvern? Fuq liema kriterju dawn id-djar ġew magħżula minn oħrajn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallas/titħallas fattiga impjegata direttament mal-gvern u kemm jitħallas/titħallas fattiga impjegata mal-kuntrattur li huwa kuntrattat mill-gvern biex jagħti dan l-istess servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Ċentru tal-NGOs - sistema tal-arja kondizzjonata
Question
Billi fiċ-Ċentru tal-NGOs fix-Xewkija Għawdex ikollhom bżonn imorru biex jinqdew persuni bi bżonnijiet speċjali, per eżemju, persuni b'diżabilità biex jagħmlu l-blue sticker, tista' l-Ministru tgħid meta se tigi stallata s-sistema tal-arja kondizzjonata f'dan l-uffiċċju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġiet stallata sistema tal-arja kkundizzjonata fl-uffiċċju konċernat.
Jista' l-Ministru jiddentifika lil dawk il-persuni li jidher li jintbagħtu fir-Residenza San Vinċenz de Paule min-naħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-anzjani biex jaraw kemm imutu anzjani kuljum? Jista' jgħid x'awtorità għandom dawn il-persuni? Min qed jagħtihom din l-awtorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-uffiċċju tas-Supretedent Mediku jinforma lid-Direttorat tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’kopja lis-Segretarjat tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ bin-numru ta’ mwiet li jkun hemm kuljum fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Dan l-eżercizzju jsir ukoll mill-Managers responsabbli mid-djar tal-anzjani tal-Gvern.
sponsorships jew advert campagins — VIP seating mal-clubs Ingliżi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jiswew id-diversi sponsorships jew advert campagins kemm fuq il-website taħt partners, kif ukoll il-VIP seating mal-clubs Ingliżi bħala Fulham u Birmingham?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirerefri lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 22454 u 26613
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Zocor qed ikunu out of stock regolarment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurements ħareġ sejħa għall-offerti (kuntratt tat-tliet pakketti) permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Din it-tender għalqet fil-11 ta’ Awwissu 2009. L-istima ta’ din it-tender kienet ta’ €2,417,531.
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni gie mtawwal minħabba li kien hemm oġġezzjoni u d-Dipartiment tal-Kuntratti dam biex ifinalizza dan il-proċess. Għalhekk id-Dipatiment tal-Procurements beda joħroġ sejħiet pubbliċi varji biex tinxtara din il-mediċina f’ammonti żgħar li l-valur tagħħom ma’ jaqbiżx il-limitu Dipartimentali kif stabbilit mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Wara sejħa pubblika għall-offerti, il-Gvern ta kuntratt għal sena lil kuntrattur lokali iżda dan il-kuntrattur informa lid-Dipartiment li kien qiegħed jabbanduna l-kuntratt peress li skont hu hemm unavailability of raw material from our API Manufacturer. Minnufih id-Dipartiment tal-Procurements ħa passi biex jixtri dawn il-pilloli minn sorsi alternattivi u d-dipartiment beda jirċievi konsenji varji fuq bażi regolari. Dawn il-konsenji qegħdin jitqassmu mill-ewwel lill-ispiżeriji kollha tal-Gvern u lid-dipartiment tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għazla Tiegħek. Konsenji oħra mistennija jaslu fil-jiem li ġejjin.
Ħal Qormi — San Ġorġ - nuqqas ta' servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'qed jiġri fir-rigward tar-riforma fit-trasport pubbliku, fl-area ta' Ħal Qormi, San Ġorġ, fis-sens li per eżempju, t-Tlieta 5 ta' Lulju 2011, kulma għaddew min-naħa tal-Knisja ta' San Ġorġ, kienu biss tliet xarabanks u għaldaqstant l-istennija tal-passiġġieri kienet waħda fit-tul wisq? Jista' l-Ministru jispjega jekk din is-sitwazzjoni hijiex se tibqa' hekk u dan għaliex din hija area, fejn hemm ageing population notevoli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-area ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi fil-kuntratt hemm stipulat li għandhom jgħaddu madwar żewġ karozzi tal-linja kull siegħa. Il-frekwenza tas-servizz preżentament offrut mill-operatur huwa inqas minn dak li hemm stipulat fl-imsemmi kuntratt.
Transport Malta tirrikonoxxi l-inkonvenjenza li qed tinħoloq u qed teżiġi li l-operatur jtejjeb is-servizz u jirkupra minn dawn id-diffikulatjiet malajr kemm jista’ jkun.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx l-istħarriġ meħtieġ dwar x'effetti jista' jkollu l-bini tal-bus terminus li nbena ħdejn l-ex fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi, fuq il-korsa tal-ilma tax-xita u dan sabiex jiġi evitat għargħar eventwali, fl-istaġun tax-xita? Jista' jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu fuq il-ħażna tal-fuel li qed jingħad li se jkun hemm f'dan it-terminus?
Residenza San Vinċenz de Paule — swali mingħajr air conditioning
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fir-Residenza San Vinċenz de Paule mingħajr il-faċilità tal-air conditioning? Huwa ppjanat li jiġi stallat matul ix-xhur li fadal tas-sajf? Jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol u meta se jispiċċa? Jista' jassigura li l-fannijiet li qed jintużaw f'dawn is-swali mhumiex ta' periklu għall-istess anzjani? Kif? Fejn qed jintużaw il-portable air conditioning? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa tal-anzjani peress li dawn jixħtu arja fuq naħa waħda u mbagħad meta l-anzjani jduru fuq in-naħa l-oħra jkunu qed jipperikolaw li jieħdu l-irjieħat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-unika sala mingħajr arja kundizzjonata hija s-sala St Francis 4. Bħalissa, din is-sala hija fornuta b’31 fan u 6 portable air conditioners. Rigward il-fannijiet u portable air conditioners, kemm il-management kif ukoll l-istaff huma attenti sabiex dawn ma jkunux ta’ periklu għall-anzjani. Il-bqija tas-swali kollha fir-Residenza San Vincenz de Paule għandhom il-faċilita tal-air conditioning.
Fil-15 ta’ Marzu 2011 inħareġ
tender
biex tiġi nstallata sistema ta’ arja kundizzjunata fis-sala St Francis 4. It-
tender
għalaq fil-5 ta’ April 2011. Dan it-
tender
għadda mill-proċessi kollha ta’ aġġudikazzjoni u l-ittra lill-kumpanija li rebħet il-kuntratt intbagħtet fl-10 ta’ Ġunju 2011. Fis-7 ta’ Lulju 2011, wara li għadda l-perjodu ta’ appell, ntbagħtet l-ittra ta’ konferma biex, skont il-kundizzjonijiet tat-
tender
, ikun jista’ jinbeda x-xogħol fi żmien sitt ġimgħat. Il-kuntrattur huwa obbligat li jlesti x-xogħol fi żmien 10 ġimgħat.
Foundation for Social Welfare Services — ftehiom kollettiv
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Foundation for Social Welfare Services, peress li dan skada f'Diċembru 2010? Ġie finalizzat? Jekk iva, meta se jkun iffirmat? Jekk le, għaliex u/jew meta huwa ppjanat li se jkun finalizzat u ffirmat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed isiru laqgħat regolari bejn il-fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, il-Public Administration Collective Bargaining Unit u l-Union dwar il-ftehim Kollettiv. Hekk kif dawn it-taħditiet jintemmu jkun jista’ jiġi ffirmat il-ftehim il-ġdid.
Ħal Qormi — Triq Pawlu Farrugia - ħsarat tal-għargħar fuq ħwienet tax-xogħol, mħażen u djar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26799 u jgħid jekk il-Gvern iddiskutiex il-possibilità li jagħti kumpens lil dawk li ġarrbu ħsarat estensivi, fil-ħwienet tax-xogħol, mħażen u djar tagħhom fi Triq Pawlu Farrugia Ħal Qormi konsegwenza ta' għargħar li seħħ fil-25 ta' Ottubru 2010 u li seħħ minħabba nuqqasijiet amministrattivi fil-bini tal-pont li hemm fi Triq Correa, kif ukoll minħabba żbalji oħra ta' nuqqas ta' ppjanar tekniku? Jekk il-Gvern iddiskuta, x'kien l-eżitu ta' din id-diskussjoni? Jekk le, għaliex il-Gvern ma nteressahx minn dak li ġara lin-nies b'mod inġust?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26799.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23379 u 26624 u jgħid jekk sarux energy audit fuq l-isptarijiet: Karen Grech; Boffa u Craig u fuq il-health centres? Jekk saru, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux, jista' jgħid meta dawn se jsiru u meta se jitlestew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26622 u 23847 u jgħid kif u fiex intnefqu l-€4 miljun ivvotati fil-budget tas-sena li għaddiet u li kienu maħsuba biex jindirizzaw il-waiting lists?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-somma ta’ €4,000,000 ġiet sussegwentament riveduta għal €1,250,000 li minnha intefqu kif ġej:
€600,000 għal salarji addizzjonali għall-istaff kliniku;
€178,527 fuq consumables; u
€61,000 għall-ħlasijiet lill-istaff klerikali għal xogħol amministrattiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26619 u 23848 u jagħti d-dettalji ta' kemm kien hemm sodod fl-isptarijiet matul dawn l-aħħar ħames snin, sptar sptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ sodod fl-isptarijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena għal-dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
Sptar
2006
2007
2008
2009
2010
Sptar Boffa
51
51
51
51
51
Sptar San Luqa
974
-
-
-
-
Sptar Mater Dei
-
960
981
977
972
Sptar Zammit Clapp
60
60
60
60
-
Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech
-
155
155
155
153
Residenza San Vincenz de Paule
1036
1064
1018
1137
1128
Sptar Monte Karmeli
600
600
690
655
655
Dipartiment tas-Saħħa — eżerċizzji ta' Production Cost
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26618 u 23846 u jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jagħmilx eżerċizzji tal-production costs bħal per eżempju per patient skont is-servizz/kura diversi li jingħataw tas-saħħa? Jekk isiru dawn l-eżerċizzji, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-workings ta' dawn l-eżerċizzji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-eżerċizzju tal-costings huwa lest u jonqos biss il-proċeduri amministrattivi u legali sabiex dan jiġi ppubblikat.
Ħal Qormi — Triq Pawlu Farrugia - ħsarat tal-għargħar fuq ħwienet tax-xogħol, mħażen u djar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddiskutiex il-possibilità li jagħti kumpens lil dawk li ġarrbu ħsarat estensivi, fil-ħwienet tax-xogħol, mħażen u djar tagħhom fi Triq Pawlu Farrugia Ħal Qormi konsegwenza ta' għargħar li seħħ fil-25 ta' Ottubru 2010 u li seħħ minħabba nuqqasijiet amministrattivi fil-bini tal-pont li hemm fi Triq Correa, kif ukoll minħabba żbalji oħra ta' nuqqas ta' ippjanar tekniku? Jekk il-Gvern iddiskuta, x'kien l-eżitu ta' din id-diskussjoni? Jekk le, għaliex il-Gvern ma interessahx minn dak li ġara lin-nies b'mod inġust?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tiċċara x’nuqqasijiet amministrattivi qed tirreferi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm assistant care workers impjegati mal-Gvern? Fejn huma posted(numru u post)? Għaliex l-aħħar sejħa għall-promozzjoni ta' care worker, jiġifieri għal skala 14 ilha ma ssir sa mill-11 ta' Novembru 2002 u dawn l-assistant care workers tħallew fi skala 16 għal dawn is-snin kollha? X'inhi r-raġuni għal dan, meta ħafna minnhom illum għandhom esperjenza kbira fix-xogħol u saħansitra anke jiġu fdati b'xogħol li jmur lil 'l hinn mit-terms of reference tal-impjieg tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm wieħed u tletin (31) assistant care worker jaħdmu mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Minn dawn, ħamsa (5) jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, erbatax (14) jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u tnax (12) jaħdmu fi djar tal-anzjani.
Is-sejħiet għall-applikazzjoni jsiru skont l-esiġenzi tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità bl-approvazzjoni tal-Public Administration Human Resources Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll il-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.