Servizzi fil-komunità fis-saħħa mentali — Ħaddiema b'kuntratti ta' tlett xhur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif filwaqt li s-servizzi fil-komunita' fis-saħħa mentali qed jiżdiedu, iżda il-ħaddiema, fosthom social workers, trainee psychologists u care workers qed jithaddmu b'kuntratti ta' tlett xhur? Għaliex dawn il-ħaddiema li huma kruċjali għas-suċċess ta' din il-ħidma siewja, qed jitħaddmu b'kuntratti daqstant qosra, minflok li jkun ippjanat li jiġu impjegati b'kuntratti indefiniti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-impjegati msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari qed jiġu mpjegati b’kuntratt ta’ sena.
Jaf l-Ministru li l-passiġġieri li jirkbu mill-stages li huma serviced b'rotta 63, ħafna minnhom fil-ħinijiet tax-xogħol qed ikollhom jistennew ħin twil, minħabba li din tgħaddi kull siegħu u peress li oħrajn minkejja l-ħin twil ta' stennija, lanqas jirnexxielhom jirkbu peress li tkun mimlija, u għaldaqstant hemm min qed imur tard għax-xogħol, bil-konsegwenza li hemm min qed inaqqsulu mill-paga u oħrajn anke jipperikolaw l-impjieg? Jista' jimmedja biex ir-rotta 63 li tgħaddi min-naħa ta' Ħal Qormi San Ġorġ, tgħaddi aktar frekwenti partikolarment fil-ħin tax-xogħol u lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi r-rotta 63 tibda minn San Ġorġ, Ħal Qormi stess u allura mhux kwistjoni ta’ li din “tgħaddi” mimlija imma li proprju timtela’ minn fejn tibda. Din hi waħda mir-rotot ġodda li ġew introdotti x-xahar li għadda u kemm- il darba jirriżulta li konsistentement jiġri dak li qed tgħid l-Onor.Interpellant, tkun trid tiżdied il-frekwenza.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta fl-1 ta' Settembru 2011 saru tibdiliet fir-rotot, Ħal Luqa ġiet introdotta r-rotta 72 tal-Qrendi biex titlaq mill-Belt għal Triq Valletta, għal Triq il-Ġdida, għal Triq Dun Pawl, għall-Pjazza ta' quddiem tal-Knisja ta' Hal Luqa u mhux rotta 71 dik taż-Żurrieq? Dan peress li għalkemm ir-rotta 72 solviet parti mid-diffikultajiet li l-Ħal Luqin iffaċċjaw bl-introduzzjoni tar-riforma l-ġdida f'Lulju li għadda, billi għallinqas issa hemm rotta li tgħaddi mill-qalba tar-raħal hija u ġejja mill-belt, iżda l-Ħal Luqin, bl-introduzzjoni ta' din ir-rotta tal-Qrendi biss, tnaqqsulhom għad ta' benefiċċji li kellhom bir-rotta taż-Żurrieq? Għaldaqstant, jaf li għad ta' Ħal Luqin kienu jużaw r-rotta taż-Żurrieq biex nhar ta' Ħamis imorru s-Suq li jarma ż-Żurrieq, filwaqt li nies miż-Żurrieq, minn Ħal Safi u minn Ħal Kirkop kienu jużaw din ir-rotta taż-Żurrieq regolarment, biex imorru Ħal Luqa biex jiġbru mediċini mill-berġa ta' Ħal Luqa? Jaf li din l-istess rotta taż-Żurrieq kienet tintuża minn għad ta' Ħal Luqin fil-weekends u fi ġranet oħra tal-ġimgħa biex imorru għal ħarġa fiż-Żurrieq, partikolarment f'Wied iż-Żurrieq? Min-naħa l-oħra r-rotta taż-Żurrieq kienet tintuża minn turisti li jżuru Ħal Luqa u wara jmorru Wied iż-Żurrieq.
Ma jarax li r-rotta taż-Żurrieq setgħet tiġi promossa aktar mat-turisti, speċjalment meta f'Ħal Luqa jsiru attivitajiet kulturali u tradizzjonali bil-għan li t-turisti jgħaqqdu ż-żjara tagħhom f'Wied iż-Żurrieq, b'waqfa ukoll f'Ħal Luqa u b'hekk jgħin biex jiġi ġġenerat ukoll in-negożju f'Ħal Luqa? Għalhekk jista' l-Ministru jintervjeni bil-għan li din ir-rotta taż-Żurrieq, terġa' tibda topera mill-qalba ta' Ħal Luqa, sabiex il-Ħal Luqin jerġgħu jgawdu minn dawn il-benefiċċji u ukoll jerġa' jkollhom frekwenza fir-rotta huma u ġejjin mill-Belt Valletta, partikolarment, li r-rotta tal-Qrendi ma tagħtihomx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Rotta 71 tgħaddi minn Triq l-Imgieret biex tagħti servizz ta’ 4 karozzi kull siegħa bejn il-Belt Valletta u San Vincenz de Paule. Dan jitnaqqas sew jekk ikun segwit il-parir tal-Onor. Interpellant.
Infurmat ukoll li rotta 71 taż-Zurrieq fi triqtha lejn il-Belt Valletta, tidħol sal-pjazza ta' Ħal Luqa u toħrog minn triq il-Karmnu għal Triq Ħal Qormi. Għaldaqstant, in-nies ta' Ħal Safi u Ħal Kirkop jistghu jibqgħu jmorru Ħal Luqa kif kienu jagħmlu qabel.
F’każ li n-nies ta' Ħal Luqa jkunu jridu jmorru ż-Żurrieq, jistgħu jieħdu r-rotta 71 minn Triq San Tumas, Ħal Luqa. Jistgħu wkoll jieħdu r-rotta tal-Qrendi bin-numru 72 u jieqfu fuq il-
bus stop
ta' wara l-mina ta' Ħal Kirkop b’isem ‘Mini’ u min hemm ibiddlu r-rotta jew mal-71, 117 u 118 liema rotot iwaqqfuhom fil-pjazza taż-Żurrieq.
Irrid madankollu nghid li l-osservazzjonijiet tal-Onor Interpellant huma nnuttati u jkunu kkunsidrati f’revizjonijiet futuri tar-rotot.
Arriva interchange Ħal Qormi/Marsa — tank għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ġietx involuta biex ġie stallat it-tank kbir għall-ħażna tal-fuel għall-vetturi tal-Kumpanija Arriva fl-interchange ta' Ħal Qormi/Marsa? Jekk ma ġietx involuta, għaliex? Jekk ġiet involuta, x'investigazzjonijiet saru biex l-Awtorità tat il-permessi meħtieġa biex isir dan it-tank? X'assigurazzjoni tista' tagħti l-Awtorita' biex isserraħ moħħ il-klijenti u l-ħaddiema tal-Arriva li jaħdmu f'dan l-interchange u n-nies ta' Ħal Qormi u l-Marsa li jgħixu fil-viċinanza li m'hemmx perikli u riskji żejda?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Arriva interchange ta' Ħal Qormi/Marsa — tank tal-fuel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li assiguraw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex il-Kumpanija Arriva tkun tista' tistalla tank kbir għall-ħazna tal-fuel fl-interchange ta' Ħal Qormi/Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-permess li nħareġ mill-MEPA fit-13 ta' Ottubru 2010 jinkludi biss il-park and ride u faċilitajiet anċillari. Proprju fir-rigward tat-tank tal-fuel li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, fil-fatt inħareġ Enforcement Notice ftit ġranet ilu - ECF 500/11.
Għawdex — Dipartiment tal-Artijiet - ħinijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol jiġifieri sajf u xitwa tad-Dipartiment tal-Artijiet f'Għawdex, jiġifieri l-ħinijiet tax-xogħol tad-Direttur u x'ħin il-pubbliku jista' jinqeda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċċju li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ġewwa Għawdex ikun miftuħ kuljum għall-pubbliku bejn it-8:00am u nofs in-nhar fil-ġranet tas-sajf, filwaqt li fix-xitwa jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00am u 12:30pm u mis-13:00pm sal-16:45pm.
Għawdex — Reġistru Pubbliku - diretturi li ma jiffirmax insinwi u ipoteki
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permessibbli u legali li d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex ma jiffirmax il-kopji tal-insinwi u ipoteki u jagħti kopja tagħhom lin-nutara? Jekk dan mhux permessibbli u mhux legali, x'passi se jittieħdu kontra dawn l-abbużi?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor Interpellant li mhix il-konswetudini li l-Ministri jagħtu pariri legali fi tweġibiet għal domandi parlamentari. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, peress li l-amministrazzjoni tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex hija totalment reponsabbilta ta' Ministeru ieħor, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku - ħaddiema li jagħmlu xogħol part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li impjegati tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku t'Għawdex jagħmlu xogħol relatat part-time? Jekk iva, liema dawk il-karigi li għandhom il-permess u liema huma dawk il-karigi li m'għandhomx permess? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b'dawk li qed jagħmlu xogħol part-time relatat max-xogħol tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex? Jekk mhux infurmat, il-Ministru se jinvestiga u/jew se jieħu xi passi dixxiplinarji kontra min qiegħed jabbuża mill-kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-amministrazzjoni tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex hija totalment responsabbilità ta' Ministeru ieħor, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid hux permess li peress li n-nutara u l-iskrivani tagħhom mhux dejjem ikunu jistgħu jinqdew mir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex għaliex ma jkunx hemm min huwa responsabbli, qed jitħallew ċekkijiet vojta sabiex isiru l-ħlasijiet meħtieġa? Jekk dan mhux permess, x'passi se jittieħdu kontra min qiegħed jagħmel u jħalli dan l-allegat abbuż?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.28132.
Jista' l-Ministru jagħti l-ispiża ta' dawk li huma impjegati direttament mal-gvern u ta' dawk li huma impjegati mill-kuntrattur fis-settur tas-saħħa, kategorija kategorija u skont il-post fejn qed jaħdmu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Serq ta' cable mill-extenstion tal-power station f'Delimara
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li ftit ġimgħat ilu nsteraq cable sħiħ li jiswa madwar €36,000 mis-sit tal-estensjoni tal-power station f'Delimara? X'tip ta' investigazzjoni qed issir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara li fil-25 t’Awwissu 2011, ġie nnutat li cable instab nieqes mill-post fejn qed jiġu maħżuna il-cables tal-proġett tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, il-Korporazzjoni nfurmat lill-Pulizija b’dan u nfetħet investigazzjoni mill-istess pulizija.
Dan il-
c
able
huwa proprjetà tal-kuntrattur li qed jibni il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' abbuż sesswali seħħ fil-Korporazzjoni Enemalta, matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena? X'passi dixxiplinarji ttieħdu fuq kull każ? Dawn il-każijiet ġew rapportati lill-Pulizija? Jekk le, għaliex u jekk iva, x'kien l-eżitu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tliet snin kien hemm 4 każi ta’ abbuż sesswali fl-Enemalta. Każ fit-2009, żewġ każi fl-2010 u każ fl-2011.
Fil- Każ ta’ 2009, il-persuna involuta dehret quddiem il-Bord tad-Dixxiplina ta’l-Enemalta. Din il-persuna kienet sospiża fuq nofs paga sakemm instema il-każ quddiem il-Bord tad-Dixxiplina u wara deċiżjoni mill-Bord tad-Diretturi ġie deċiż li l-flus mitlufa mill-impjegat waqt li kien sospiż ma jkunux irritornati lilu u li ma jibqax iżomm il-kariga li kellu qabel.
Iż-żewġ każijiet ta’ l-2010 kienu jinvolvu biss natura verbali u wara li kien hemm rikonċiljazzjoni bejn il-persuni nvoluti, ma kienx hemm għalfejn jittieħdu ebda passi dixxiplinarji.
Il-Każ ta 2011 se jidher quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina tal-Korporazzjoni.
Il-Pulizija kienet infurmata fil-każ li seħħ fl-2009, madankollu ma sabitx bażi biex ikomplu jmexxu l-każ. Fil-każjiet l-oħra ma sarx rapport lill-Pulizija għax l-inċidenti kienu ta’ natura verbali biss u l-vittmi ma ridux jirreferu l-każ lill-Pulizija.
Dipartiment tas-Saħħa — kuntratti għal servizzi ta' care workers
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti li ngħataw matul dawn l-aħħar ħames snin mid-Dipartiment tas-Saħħa għal servizzi ta' care workers?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġi determinat jekk il-confidentiality clauses u informazzjoni relatata ma data protection jipprojbixxi li dawn il-kuntratti isiru pubbliċi.
Għalhekk dawn il-kuntratti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra llum.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bus stop li kien hemm ħdejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Ħal Far tneħħa u issa l-mijiet ta' klijenti li jmorru l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qed ikollhom jimxu mixjiet twal sakemm jaslu għad-destinazzjoni tagħhom? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li tneħħa minn hemmhekk? Min ħadem ir-rotot jew iddecieda fejn għandhom jieqfu l-karozzi tal-linja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li billi r-rotta antika tbiddlet, il-bus stop antika kellha tinbidel ukoll iżda ġiet sostitwita b'waħda oħra.
Jista' l-Ministru jagħti r-ratio fin-numru tal-istaff amministrattiv għal dak mediku fl-Isptar Materi Dei u kif ukoll ratio fl-ispiża kull sena u sena b'sena minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'overtime minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei, sena b'sena għall-impjegati fl-amministrazzjoni u dak mediku?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — infiq f'servizzi provduti mill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż li ntnefqu minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei għas-servizzi provduti mill-kuntratturi, sena b'sena, kuntrattur kuntratt, servizz servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa f'xogħol (working hours) twettqu fit-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, teatru, teatru matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-informazzjoni dwar is-sigħat f’xogħol li twettqu f’kull teatru tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar 3 snin m’ hijiex disponibbli bil-mod mitlub.
L-informazzjoni miġbura mis-
Surgical Operations Register
hija dwar il-bidu u t-tmien ta’ kull operazzjoni (
actual operation time
). Din l-informazzjoni hija dwar il-ħin li jdum l-intervent kirurġiku li jkun qed isir fuq il-pazjent u ma tinkludix il-ħin li l-pazjent iqatta fl-
operating theatre
qabel l-operazzjoni biex jiġi ppreparat għall-operazzjoni, u l-ħin li l-pazjent iqatta fit-theatres u fir-recovery area wara l-operazzjoni biex jirkupra mill-loppju. Ix-xogħol fl-
operating theatre
jinkludu wkoll xogħol biex jiġi ppreparat it-
theatre
għall-operazzjonijiet, kif ukoll ħin wara l-operazzjoni biex dan jiġi mnaddaf, fost oħrajn.