Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #29395 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - shifts

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm shifts jaħdmu kuljum fil-gates tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Minn kemm impjegati huwa magħmul kull shift?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kuljum jaħdmu żewġ shifts mas-security section li jieħdu ħsieb il-gates tal-isptar. Ix-xiftijiet jaħdmu hekk: wieħed mis-7.00 sas-19.00 u ieħor mis-19.00 sas-7.00. B'kollox hemm erba' shifts A, B, C u D. Shift A għandu 5 impjegati, Shift B għandu 6 impjegati, Shift C għandu 6 impjegati, Shift D għandu 6 impjegati. Żewġ ħaddiema jaħdmu b'roster ma' xiftijiet A u B, żewġ ħaddiema jaħdmu b'roster ma' xiftijiet C u D u żewġ ħaddiema jaħdmu ma' xiftijiet D u A. Impjegata oħra taħdem b'roster ma' xiftijiet A, C u D u impjegata oħra taħdem b'roster ma' xiftijiet B, C u D. Mal-gate tal-isptar tal-Ibraġġ hemm 6 impjegati u dawn imqassmin hekk: Shift A żewġ impjegati, Shift B żewġ impjegati, Shift C impjegat u Shift D impjegat. Hemm ukoll żewġ principal security officers, wieħed hu in charge minn xiftijiet A u B u l-ieħor in charge minn xiftijiet C u D.
Leg 11 PQ #29396 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ħaddiema mal-gates

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati mal-gates tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Min huma dawn in-nies u kemm ilhom jaħdmu hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm 39 impjegat mal-gates tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex li uħud minnhom ilhom f'dan ix-xogħol sa mill-1985.
Leg 11 PQ #29397 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Triq Għajn Qatet - Gate magħluqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-gate t'isfel tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex li tagħti għal Triq Għajn Qatet hija magħluqa? Tikkonsidra li d-Direttur tal-Customer Care għandha tagħti ordni biex din il-gate terġa' tinfetaħ u li min mhux suppost jidħol jiġi mwaqqaf milli jagħmel hekk minn min huwa inkarigat minn dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-gate tal-isptar hi miftuħa għall-pubbliku bil-mixi mis-7.00a.m. sas-6.55p.m. kuljum, kif ukoll għall-ambulanzi u għal kull min għandu permess mingħand il-management tal-isptar.
Leg 11 PQ #29398 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — impjegati neqsin fil-wards

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati neqsin fil-wards tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? X'inhuma l-gradi tagħhom u x'inhi n-natura tax-xogħol tagħhom? Hemm impjegati żejda f'sezzjonijiet oħra fl-isptar? Jekk hemm, tikkonsidra li jsir deployment aħjar tan-nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-wards fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jeżistu vakanzi fil-gradi ta' infermier u cleaner u li ma jirriżultax li hemm impjegati żejda f'sezzjonijiet oħra fl-isptar li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.

Faculty of Health Science — problema ta' parking lill-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-problema tal-parking tal-istudenti tal-Faculty of Health Science hijiex qed tiġi indirizzata u dan għaliex ħafna minn dawn l-istudenti mhux isibu fejn jipparkjaw minħabba l-ħin partikolari li ħafna drabi matul il-ġimgħa jibdew? Jekk iva, x'tip ta' soluzzjoni se tkun offruta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti tal-Faculty of Health Sciences m’għandhomx parking riservat ġewwa Mater Dei. Però bħall-istudenti kollha tal-Università, huma għandhom post għall-parkeġġ fil-campus tal-Univeristà fuq bażi ta’ first-come-first-served. Dan japplika ukoll għall-istudenti tal-Medical School li huma ukoll stazzjonati fil-bini ta` Mater Dei. Il-parkeġġ ġewwa Mater Dei huwa amministrat mill-management tal-isptar u mhux tal-Università.

Faculty of Health Science — problema ta' lecture room żgħira

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-problema tal-lecture room żgħira li qed tintuża madwar 116-il student tal-Faculty of Health Science li jkollhom jużaw lecture room magħrufa bħala C2 hijiex se tkun indirizzata u dan peress li l-ispazju huwa ferm limitat għal dan l-ammont ta' studenti u li anke l-istess arja ta' din il-lecture room qed tkun saffokanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-lecture room imsemmija tesa` madwar 140 student. Il-lecture room li tinsab ġewwa Mater Dei hija mgħammra b’temperature sensors. Minn informazzjoni mgħoddija lilna mill-Enginiera ta’ Mater Dei, jirriżulta li t-temperatura tal-kamra hija ssetjata għal 22 grad celcius. Meta it-temperatura fil-kamra togħla, din tiġi awtomatikament ikontrollata mill Air Handling Unit li jissuplixxi arja kondizzjonata friska lil din il-kamra.

Faculty of Health Science — studenti subien detailed fil-Maternity Ward

Question

Tista' l-Ministru tindirizza l-problema ta' studenti subien li jattendu fil-Faculty of Health Science u li jiġu detailed fil-Maternity Ward imma ma jitħallewx jaħdmu hemm u anke huma stess ma jkunux jixtiequ jassistu f'dawn il-wards għaliex la l-pazjenti u lanqas l-istudenti ma jħossuhom komdi? Tista' tara li dawn ikunu detailed fuq xogħol u/jew studju ieħor u dan sabiex ma jitilfux żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ħtiġijiet tat-taħriġ għall-professjoni tal-infermiera bħalissa qed jiġu rregolati mid-direttivi Ewropej 77/453/KEE, 89/595/KEE u 2005/36/KE. Dawn id-Direttivi jistipulaw, fost materji oħra, l-oqsma kliniċi fejn jingħata servizz li għandhom jiġu indirizzati fi programm ta’ edukazzjoni għall-infermiera qabel ir-reġistrazzjoni. Waħda mill-oqsma kliniċi obbligatorji fejn l-istudenti għandhom jiksbu esperjenza klinika hija l-kura fil-maternità. Jekk l-istudenti ma jissodisfawx din il-kondizzjoni ma jkunux jistgħu jirreġistraw mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel ta’ Malta (jew kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE) u ma jkunux jistgħu jipprattikaw wara li jiggradwaw. L-istudenti fil-kors għall-infermiera huma pprovduti b’mod strutturat għat-tagħlim fis-sessjonijiet prattiċi fil-maternità permezz tal-użu ta’ workbook u jduru fl-oqsma differenti biex jiksbu esperjenza fil-kura ta’ qabel it-twelid, l-istadji tal-ħlas u l-kura ta’ wara t-twelid. L-għan ta’ dan hu li jiżgura li l-istudent u l-persunal professjonali huma konxji tal-ħtiġijiet għat-tagħlim tal-istudenti u li dawn jinkisbu bl-aktar mod effiċjenti possibbli. Id-Dipartiment tan- Nursing qatt ma rċieva lmenti minn studenti rġiel jew minn dawk li joffru servizz dwar il-preżenza ta’ studenti rġiel fl-oqsma tal-maternità. Studenti infermiera rġiel mhumiex l-uniċi rġiel li jistgħu jkunu qed jassistu nisa tqal fl-ambjenti tal-maternità; hemm diversi ostetriċi, ġinekoloġi u studenti tal-mediċina rġiel li jaħdmu f’ambjenti bħal dawn.
Leg 11 PQ #29032 Sitting 395 2011-10-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry - impjegati li jagħmlu xogħol part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux permess li impjegati tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry f'Għawdex jagħmlu xogħol part-time relatat mal-uffiċċju? Jekk iva, liema huma dawk il-karigi li għandhom il-permess u liema huma dawk il-karigi li m'għandhomx permess? Tista' tgħid jekk hix infurmata b'dawk li qed jagħmlu xogħol part-time relatat max-xogħol tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry f'Għawdex? Jekk mhix infurmata, il-Ministru se tinvestiga u se tieħu l-passi dixxiplinarji meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li mhux permess illi jsir xogħol part-time relatat mal-Uffiċċju, u li l-ebda impjegat tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry f'Għawdex m'hu awtorizzat li jagħmel xogħol part-time relatat mal-Uffiċċju.

dar residenzjali għall-anzjani — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'kull dar residenzjali għall-anzjani? Kemm minn dawn l-anzjani huma eligibbli biex jivvotaw? Min huma l-uffiċjali inkarigati f'kull home? X'kienu u x'inhuma l-kriterji li l-uffiċjali inkarigati ġew magħżula biex imexxu dawn id-djar residenzjali u għal kull home?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W 228.

kwestjoni dwar studenti li spiċċaw il-Form 3

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li uħud mill-istudenti li spiċċaw il-Form 3 Junior Lyceum is-sena l-oħra rċevew iċ-ċertifikat tal-profile tagħhom mhux komplut, fis-sens li dawn ma ngħataw l-ebda marka għas-sezzjonijiet intitolati Non-Formal Educationu/jew Informal Education? Tista’ tara li din il-problema tkun indirizzata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-ċertifikat se jkopri l-profil tat-tfal minn Form 1 sa Form 5. Is-sena l-oħra ingħatat concession lill-istudenti tal-Form 2 u Form 3 biex jinħadmilhom dan iċ-ċertifikat fuq tlett snin u erba` snin rispettivament. Uħud mill-istudenti li spiċċaw il-Form 3 Junior Lyceum is-sena l-oħra ma ngħatawx marki għall- non formal/informal education għaliex dawn il-marki ma kienux imdaħħlin fid- database tal-iskola. Din is-sitwazzjoni qed tiġi ndirizzata mal-iskejjel rispettivi.

kwestjoni dwar min jgħaddi bord

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibli li min diġà għadda bord quddiem it-tobba tal-Bord tal-Invalidità għal iktar minn tliet darbiet jiġi meqjus bħala persuna li hija mgħoddija bord permanenti? Taf il-Ministru li dawn in-nies vulnerabbli qed ikollhom jonfqu ħafna flus kull darba li jiġu biex iġeddu ż-żmien minħabba li jkollhom jagħmlu ċertifikati ġodda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali bħalissa jitlob li talba għal Pensjoni Għal Invalidità tiġi riveduta mill-anqas kull tliet snin. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħalissa qed jistudja kif is-sistema ta’ boarding-out tista’ tkompli titjieb għal benefiċċju taċ-ċittadini li jkunu qed jagħmlu talbiet għal din il-pensjoni.
Leg 11 PQ #29029 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - każ ta' abbuż

Question

Billi l-Aġent Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex mhux qed jiffirma l-kopji tal-insinwa u ipoteki li qed jagħti lin-nutara, tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu biex dan l-abbuż jinqata'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li skont l-Artikoli 50(6) u 52(3) tal-Att dwar il-Professjoni Notarili u Arkivji Notarili l-liġi tobbliga lid-Direttur Reġistru Pubbliku jiffirma t-tielet kopja msemmija mill-Onorevoli Interpellant wara li din tkun ippreżentata fi ktieb miżmum għal dan l-iskop.
Leg 11 PQ #29030 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - aġent direttur li mhux disponibbli għall-pubbliku

Question

Billi l-Aġent Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex rari jkun disponibbli għall-pubbliku u b'konsegwenza ta' dan in-nutara jew l-iskrivani tagħhom qed ikollhom iħallu ċekkijiet vojta biex isir il-ħlas tal-insinwi u l-ipoteki, tista' l-Ministru tara li jinqata' dan l-abbuż u jittieħdu l-passi meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma huwiex minnu li l-Aġent Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex rari jkun disponibbli għall-pubbliku. Jien infurmata wkoll li n-nutara addottaw din is-sistema mhux għaliex ma jsibux lill-uffiċjal inkarigat f'postu iżda għax dan hu konvenjenti għalihom. B'hekk jevitaw li joqogħdu jistennew fl-uffiċċju biex in-noti tagħhom jiġu proċessati. Mhux l-ewwel darba illi diversi nutara fl-istess ħin jippreżentaw ħafna noti f'daqqa li biex jiġu pproċessati hemm bżonn ħin twil u għalhekk ma jkunx prattiku illi joqogħdu jistennew biex in-noti jiġu proċessati. Barra minn dan, ħafna nutara joqogħdu fuq id-Direttur Reġistru Pubbliku biex jikkalkola kemm iridu jitħallsu tariffi. Peress li t-tariffi huma stabbiliti mil-liġi, kull nutar huwa liberu li jikkalkola t-tariffi u jimla ċ-ċekk bl-ammont dovut.
Leg 11 PQ #29031 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku u tad-Dipartiment tal-Land Registry - ħinijiet tax-xogħol

Question

Peress li l-amministrazzjoni tar-Reġistru Pubbliku u tad-Dipartiment tal-Land Registry f'Għawdex, hija totalment responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tax-xitwa u tas-sajf li fih l-Aġent Direttur suppost ikun dispost li jaqdi lill-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Assistent Reġistratur tal-Artijiet f'Għawdex ikun disponibbli kuljum għall-pubbliku mis-7.30a.m. sas-2.30p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa, sajf u xitwa, eskluż meta jkun sick jew vacation leave, jew ikun fuq xogħol barra mill-uffiċċju. L-istess jgħodd għall-impjegati tiegħu. Minkejja dan, in-noti jibqgħu jiġu aċċettati sas-1.30p.m. biex dawn ikunu jistgħu jintbagħtu Malta għand is-Searches Unit.

Sptar Mater Dei — kiri tas-servizzi tat-television

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-arranġamenti li hemm fl-Isptar Mater Dei għal kiri tas-servizz tat-television? Min jistabillixxi l-prezz għall-kiri tas-servizz mill-pazjenti? Il-gvern jew is-service provider? Hemm xi kuntratt bejn il-Gvern u s-service provider? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk hemm kuntratt kemm huwa twil il-perjodu tal-kuntratt?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kiri tas-servizzi tat-television lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei jingħata mill-kuntrattur, f’dan il-każ Melita Cable plc. Il-prezzijiet għal dawn is-servizzi huma stipulati fil-kuntratt u ma jistgħux jinbidlu unilateralment mill-kuntrattur. Jeżisti kuntratt għal dawn is-servizzi li kien sar bejn il-Foundation for Medical Services (FMS) u l-Melita Cable plc fl-14 ta’ Awwissu 2007 u li għandu terminu sal-aħħar tas-sena 2014. Dan wara li kienet ħarġet tender mill-FMS fit-22 ta’ Diċembru 2006 “ Service Concession for the Provision of Bedside Communication, Information and Entertainment Services at Mater Dei Hospital ” Kopja tal-kuntratt imsemmi ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minhabba f’ confidentiality claus e fl-istess kuntratt.

Żoni Turistiċi — Fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ivvotati fondi aktar lill-kunsilli lokali ta’ dawk il-bliet u rħula li huma meqjusa bħala żoni turistiċi, speċifikament biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet li din l-industrija titlob fiż-żona tagħhom, għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena, b’sena, lokal, lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex jingħataw allokazzjoni finanzjarja fis-sena kalkulata fuq formula apposta li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi ta’ kull lokalità fosthom id-daqs tal-lokalità, il-popolazzjoni u s-servizzi li jagħti lill-komunità. Din l-allokazzjoni żdiedet b’ħamsa u għoxrion fil-mija (25%) f’dawn l-aħħar tliet snin. Intant il-gvern offra lill-kunsilli lokali kollha żieda fir-riżorsi umani tagħhom permezz ta’ ħaddiema tal-IPSL u l-Communuity Workers Scheme, b’emfasi fuq żoni turistiċi. Apparti minn hekk il-gvern, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali nieda skema ta’ fondi speċjali għal lokalitajiet b’potenzjal turistiku waqt li bosta kunsilli lokali ħadu vantaġġ minn diversi fondi tal-Unjoni ewropea biex itejbu l-qagħda turistika tal-lokalitajiet tagħhom. Għall-gvern kull lokalità għandu potenzjal turistiku u allura mhux biss investa f’żoni turistiċi, iżda anke f’żoni oħrajn biex jattiraw turiżmu ġdid.

Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-awtorità li kellha tqis il-merti tal-każ tal-environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu, kif stqarr fit-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari 17219 bid-data tat-8 ta' Ġunju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorita ikkunsidrat il-każ fil-merti tiegħu, u stabiliet li ma kienx hemm bżonn li jiġi sottomess studju dwar l-impatt ambjentali għal dan l-iżvilupp.

MTA — lista ta' diretturi, senior managers u managers

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-diretturi, senior managers u managers u x-xogħol fil-kompitu tagħhom fi ħdan l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jista' jgħid x'inhuma s-salarji tagħhom, kif ukoll fringe benefits u allowances?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Ħal Saflieni — żona għall-kaċċa ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, kif l-area ta' Ħal Saflieni, f'Ħal Luqa, li hija mbegħda aktar minn 200 metru 'l bogħod miċ-Ċimiterju tal-Addolorata, partijiet minnha ġiet eskluża għall-kaċċa? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw fil-kejl tad-distanza li mhix permessibbli għall-kaċċa biex ġiet iddeterminata li parti mill-area imsemmija, minkejja li qiegħda barra minn 200 metru u mhux titħalla li ssir kaċċa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skont ir-Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaggi, kif ġew amendati, il-kaċċa mhux permess f’inqas minn 50 metru il-bogħod minn toroq prinċipali jew arterji. Minħabba din ir-restrizzjoni il-kaċċa hija projbita fl-żoni tal-Ħal Saflieni li jinsabu f' din id-distanza mit-triq Garibaldi. Peress li mistoqsija parlamentari nru. 28134, ma’ tispeċifikax iż-żoni f’ Ħal Saflieni li huma esklużi għall-kaċċa, il-MEPA ma’ tistax tgħid jekk dawn iż-żoni huma restretti minħabba li jinstabu qrib tat-triq prinċipali jew le.

Għawdex — Reġistru Pubbliku - uffiċċju magħluq

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux jikkonsidra li jsaħħaħ l-Uffiċċju tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex u dan sabiex dawk in-nutara li huma rreġistrati f'Malta u jkollhom bżonn imorru Għawdex biex jinsinwaw atti u ipoteki fir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex ikunu jistgħu jinqdew peress li ħafna drabi ma jsibu lil ħadd fl-uffiċċju, bil-konsegwenza li dawk li jkollhom il-ħtieġa ta' dan is-servizz qed ikollhom imorru aktar minn darba b'telf kbir ta' ħin mill-qadi ta' dmirijiethom fil-professjoni tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid hux jikkonsidra li n-nutara reġistrati f'Malta jkunu jistgħu jirreġistraw l-atti u l-ipoteki tagħhom fl-Uffiċċju tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.28132.